Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2018

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2018? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 15820 tal-Leġiżlatura Nru 13.

Ħal Għaxaq – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda – 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Għaxaq116100

Gudja – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Gudja112119

Fgura – librerija pubblika — kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Fgura207303

Bormla – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Bormla96233

Santa Luċija – Appartamenti tal-Gvern – lift

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22929 tal-Leġiżlatura preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lift inkwistjoni fil-flats f’Santa Luċija ġiex istallat mill-ġdid u jekk huwiex jaħdem u kemm ġiet tiswa tali spiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar lestiet dan il-proġett li jinkludi lift ta’ 6 passiġġieri flimkien ma’ xogħlijiet ta’ tisbiħ tal-partijiet komuni, intercom, u aperturi ġodda bi spiża globali ta’ EUR 173,218.76 inkluż il-VAT. Il-lift ingħata lura lir-residenti hekk kif kien spjegat fil-mistoqsija 4101.

Santa Luċija – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Santa Luċija14466

Skemi ta' Għajnuna lill-Għaqdiet Volontarji

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema skemi ta’ għajnuna lill-għaqdiet volontarji huma miftuħa preżentement? Liema għaqdiet jistgħu japplikaw għal dawn l-iskemi partikulari?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat bħalissa għandu l-Iskema ta’ Servizz Volontarju taż-Żgħażagħ u l-Iskema ta’ Inizjattiva ta’ Taħriġ miftuħa għall-Organizzazzjonijiet Volontarji kollha rreġistrati mal-OCVO.

Green Malta – diskussjonijiet ma’ kunsilli/ kumitati reġjonali dwar proġetti ta’ tħaddir

Question

Tista’ l-Ministru tgħid ma’ liema kunsilli lokali jew kumitati reġjonali għaddejjin diskussjonijiet bħalissa biex fil-lokalitajiet rispettivi jkun hemm proġetti ta’ tħaddir minn Green Malta? Liema proposti qed jiġu kkunsidrati u f’liema lokalità jinsabu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed nassumi li l-Onor. Interpellanta qed tirreferi għall-entità Project Green peress li ma teżisti l-ebda entità bl-isem Green Malta. Jekk qed tirreferi għall-Project Green, allura ngħarrafha li l-aġenzija Project Green ħabbret skema ambjentali fejn l-oġġettiv kien li jingħata r-riżorsi kollha meħtieġa lil kunsilli lokali kollha u entitajiet non-governattivi, biex jirriġeneraw u joħolqu spazji miftuħa ġodda fil-lokalitajiet tagħhom. L-aġenzija rċeviet aktar minn sebgħin applikazzjoni mingħand entitajiet differenti, prinċiparjament kunsilli lokali. Matul dan il-proċess l-entità Project Green baqgħet għaddejja b’diskussjonijiet ma’ diversi kunsilli lokali interessati biex tinċentiva aktar applikazzjonijiet.

Skejjel tal-Gvern — servizz ta’ interpretu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema skejjel tal-Gvern għandhom servizz ta’ interpretu, u fejn hemm tali interpretu jista’ jgħid minn liema lingwa għal liema lingwa hemm interpretazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Foundation for Tomorrow’s School – ftehim mal-Kunsill Lokali Marsaskala

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-Ministeru jew il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) iffirmaw mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reverse Vending Machines – aċċessibilità

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6065 dwar reverse vending machines, tista’ l-Ministru tgħid fejn jinsabu t-8 RVMs li kellhom jibdew joperaw u s-7 RVMs li kien fadal biex jiġu installati? Minn dawn liema bdew joperaw, liema ġew installati iżda ma bdewx joperaw, u liema għadhom ma ġewx installati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bħalissa hemm 6 RVMs li qed joperaw u dawn jinstabu 2 f’Cospicua, 2 f Ta’ Xbiex u 2 il-Marsa. It-2 li hemm B’Kara huma installati u se jibdew joperaw fil-jiem li ġejjin. 7 RVMs li għadhom ma ġewx installati jinsabu 2 Santa Luċija, 2 fil-Belt Valletta, 2 il-Mosta u 1 f’Senglea.

Pulizija – standard operating procedures għall-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-iStandard Operating Procedures (SOPs) tal-pulizija għall-Vjolenza Domestika li l-Gvern wiegħed fl-2017 għadhom ma ġewx in vigore sitt snin wara?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar l-iStandard Operating Procedures (SOPs) tal-pulizija għall-Vjolenza Domestika msemmija mill-Onor. Interpellant, dawn jinsabu fi stadju avvanzat u huwa previst li dawn ikunu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin. Sadanittant infurmat illi mis-sena 2017 indikata mill-Onor. Membru, dwar proċeduri fuq każi ta’ vjolenza domestika hemm diversi linji gwida li nħarġu mill-Pulizija anke kull meta kien hemm reviżjoni tal-liġijiet relatati. Dawn il-linji gwida kienu anke jinħarġu fis-snin ta’ qabel is-sena 2017, u komplew jiġu mġedda matul iż-żmien.

DASH multidisciplinary risk assessment team

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-DASH multidisciplinary risk assessment team li tħabbar fl-2018 għadu ma nħatarx u mhux jiffunzjona?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li d-DASH huwa risk assessment tool utililzzat minn risk assessors u professjonisti dwar vjolenza domestika, u mhux multidisciplinary risk assessment team. Il-multidisciplinary risk assessment team (MARAM) jipproċessa każijiet fejn l-instrument jindika li hemm riskju għoli. L-użu ta’ dan l-instrument kif ukoll il-multidisciplinary risk assessment team jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ Ministeru ieħor.

Użu minn servizz ta’ xufier u karozza

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mhux biss qed jagħmel użu mis-servizz ta’ xufier u karozza, imma għandu wkoll it-tieni karozza (second car) u li din qed tintuża mill-mara tiegħu? Jista’ jgħid jekk din it-tieni karozza tinkludix ukoll is-servizz ta' xufier u/jew security imħallsa mill-Gvern? Jista' jgħid x'tip ta' karozza qed tintuża u jekk il-karozza hijiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern? Jekk inxtrat, kemm inxtrat, meta u mingħand min? Jekk qed tinkera, kemm hi l-kera kuljum u mingħand min qed tinkera? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa pubblika għax-xiri jew kiri ta' din il-karozza? Kemm qed jitħallas ix-xufier u/jew security fix-xahar?

Response (ABELA, ROBERT)

L-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament għandu l-użu tat-tieni karozza li hi l-istess waħda li kienet tintuża meta kien fil-kariga (bla xufier) u dan skont it-termination package approvat f’Diċembru 2019.

Prim Ministru – karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6191 u jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b. kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Preżentement qed tintuża l-vettura tat-tip Evoque indikata fit-tweġiba Parlamentari 21501 mwieġba fil-leġiżlatura numru XIII.

Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – karozza uffiċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtrat u kemm ġiet tiswa l-karozza uffiċjali tiegħu; u/jew b. kemm qed tinkera kuljum il-karozza uffiċjali tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, hija tal-għamla BMW 530E IPerformance li hija mikrija mingħand Zammit Leasing & Investments għal €28.58 (VAT eskluża) kuljum. Din intgħażlet wara li nġabru l-kwotazzjonijiet.

Settur Pubbliku u Servizz Pubbliku – ħaddiema bir-remote working/teleworking

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5910, jista’ l-Prim Ministru jagħti ċ-ċifri għas-settur pubbliku u mhux għas-servizz pubbliku biss, kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fl-entitajiet fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 8 nisa u 34 raġel jaħdmu bir-remote working u rigward teleworking hemm 11 nisa u 10 rġiel.

Awtorità tad-Djar – kiri ta' binjiet li nbnew wara l-gwerra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-binjiet li nbnew wara l gwerra, u li wara li nbnew mill-ġdid kienu nkrew lil dawk li kellhom bżonn residenza, is-sidien ta’ dawk il-postijiet (illum l-eredi taghhom) għadhomx jitħallsu bl-istess rata li kienu jitħallsu meta l-proprjetà nkriet għall-ewwel darba?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tqassim ta’ fondi għal ħidma tal-ġurnaliżmu stampat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4241, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: B'referenza għall-istqarrija li kienet saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru nhar il-21 ta' Mejju 2022 dwar il-fond ta' €500,000 biex isostnu l-ħidma tal-ġurnaliżmu stampat, jista' l-Ministru jgħid kif tqassmu dawn il-flus?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-flus imsemmija tqassmu skont mekkaniżmu maqbul bejn il-benefiċjarji stess li jieħu inkonsiderazzjoni numru ta' fatturi u kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Publication Total Grant Standard Publication €91,470 Mediatoday €74,280 Allied Newspapers €139,684 Medialink €89,610 Sound and Vision Print €18,420 Union Print €88,290