Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għall-Iskola Primarja tal-Imtarfa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntrarjament għall-istqarrija li saret mill-Onor. Interpellant innifsu fuq il-midja soċjali, nitolbu jirreferi għall-istqarrija maħruġa l-Ħamis 9 ta' Frar 2023 mill-Ministeru għall-Edukazzjoni numru PR230217.
Jista’ l-Ministru jqis li meta ssir explanatory note dwar xi liġi, din tkun inkluża bħala anness mal-liġi li qed issir minflok tkun ippubblikata għal rasha fil-Gazzetta tal-Gvern, sabiex wieħed ikun jista’ jsegwi aħjar it-tagħrif mogħti fir-rigward tal-liġi inkwistjoni (ara pereżempju l-avviż numru 224 tal-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta’ Frar 2023 li jidher li sar fir-rigward tal-A.L. 41 tal-2023)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nikkonferma li n-Noti ta’ Spjegazzjoni li m'għandhomx forza ta' liġi jsiru kif rikjest mill-Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar (Kap. 512 tal-Liġijiet ta’ Malta) https://legislation.mt/eli/cap/512/mlt (skont l-Iskeda III tal-istess Kapitolu). L-istess Noti ta' Spjegazzjoni jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern li tinkorpora l-avviżi tal-Gvern lill-pubbliku inġenerali fl-istess ġurnata li tiġi ppubblikata l-leġiżlazzjoni li jkunu qed jispjegaw u jirreferu għaliha.
B'hekk jiġi sodisfatt l-element ta' pubbliċità fir-rigward tan-negozji li jridu jaġġustaw għar-rikjesti l-ġodda tal-leġiżlazzjoni li se tidħol fis-seħħ, kif ukoll għaċ-ċittadini li se jiġu affettwati bl-istess leġiżlazzjoni. L-għan tan-Noti ta' Spjegazzjoni kif stipulat fl-imsemmija Skeda tal-Kap. 512 huwa li jispjega u jagħmel aċċessibbli l-leġiżlazzjoni għall-qarrejja li mhumiex kwalifikati fil-liġi u li m'għandhomx għarfien speċjalizzat tal-materja tas-suġġett. Għaldaqstant huwa idoneu li l-imsemmija Noti jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern mal-Avviżi tal-Gvern lill-pubbliku u mhux fis-Suppliment tal-Gazzetta li hu intiż esklussivament għall-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni primarja u sekondarja.
In oltre, għandu jingħad li s-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern jinkorpora l-leġiżlazzjoni primarja kif ukoll dik sekondarja li tiġi ppubblikata bil-mod segwenti:
TAQSIMA A tinkorpora l-Atti;
TAQSIMA B tinkorpora l-Avviżi Legali;
TAQSIMA Ċ tinkorpora l-Abbozzi tal-Liġi; u
TAQSIMA D tinkorpora l-Bye Laws.
Ċirkewwa and Imġarr passenger ferry terminals — sejħa għal e-ticketing project
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti s-sejħa SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’ u kemm hi stmata li tiswa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rilevanti rigward din is-sejħa.
Ministeru għal Għawdex — servizz ta’ sigurtà minn kumpaniji privati - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-servizz ta' sigurtà minn kumpaniji privati lill-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b' sena mis-sena 2012 sal-aħħar tas-sena 2022?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6080, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk fir-raħal tal-Għasri hemmx għassa tal-pulizija u jekk iva, f’liema indirizz tinsab? Jista' jgħid din l-għassa, bħala medja, kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienet miftuħa għall-pubbliku u b'uffiċjali tal-pulizija fiha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fir-raħal tal-Għasri m’hemmx għassa tal-pulizija. Ir-raħal hu kopert minn ronda regolari li ssir minn uffiċjali mill-Iskwadra Mobbli tad-Distrett kif ukoll mill-Pulizija tal-Komunità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5929, jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn it-12-il binja ġdida (indirizz sħiħ) mikrijin mill-privat matul is-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm hu l-ħlas għal kull proprjetà, sena b’sena, għal kull waħda minn dawn it-12-il binja? Jista’ jgħid ukoll min huma l-kumpaniji privati jew individwu privat li qegħdin jikru l-proprjetà/binjiet lill-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 5929 fejn jista' jsib l-informazzjoni kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti jattendu f’kull Learning Centre (jippreżenta lista għal kull ċentru) fis-sentejn skolastiċi li għaddew (2020-2021 u 2021-2022) u jgħid kemm minnhom ġew integrati lura fl-iskejjel rispettivi minn fejn intbagħtu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5786 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed tidher hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023.
Entità/Awtorità
Ħaddiema ingaġġati
Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex
2
Gozo Channel Operations Ltd.
1
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5787 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’awtoritajiet/entitajiet fi ħdan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ġew impjegati 133 ħaddiem minn Marzu 2022 sal-lum. Dawn il-ħaddiema daħlu flok xi wħud li rtiraw jew inkella biex jipprovdu servizzi ġodda. Dawn il-ħaddiema ġejjin minn diversi lokalitajiet differenti: Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birżebbuġa, Birgu, Bormla, Fgura, Floriana, Ħamrun, Għajnsielem, Għargħur, Ħal Għaxaq, Gudja, Imġarr, Imqabba, Imsida, Imtarfa, Kalkara, Kirkop, Ħal Luqa, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mosta, Naxxar, Paola, Pembroke, Tal Pietà, Ħal Qormi, Rabat(M), Senglea, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Sta Venera, Siġġiewi, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, Rabat (G), Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbug, Żejtun u Żurrieq.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5794 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta' Birkirkara, Birżebbuġa, Għasri-Għawdex, Għaxaq, Kirkop, Ħal Safi, Ħal-Tarxien, Żabbar, Fgura, Gudja, Mellieħa, Rabat-Għawdex, Xagħra-Għawdex, Xgħajra, Żejtun, Iklin, Imġarr, Imqabba, Imtarfa, Raħal Ġdid, San Ġwann, San Lawrenz-Għawdex, Qawra, Ħamrun, Paola, Pietà, Qormi, Balzan, Marsaskala, Sliema, Żebbuġ, Fontana-Għawdex, Naxxar u Siġġiewi.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5776 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Żejtun, Fgura, Mosta, Ħaż-Żebbuġ, Sliema, Ħal Lija, Żurrieq, Rabat, Attard, Balzan, Birkirkara, Dingli, Fontana, Għaxaq, Pietà, Ħamrun, Kalkara, Kerċem ,Marsaskala, Imqabba, Imsida, Paola, Qormi, Qrendi, San Ġwann, Santa Venera u Tarxien.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.
Entità/Awtorità
Ħaddiema ingaġġati
Ħaddiema li spiċċaw
NDSF
/
1
MCESD
3
/
Agenzija servizz.gov
6
2
MSPP
2
/
RSSL
/
35
MITA
33
42
Ministeru għas-Saħħa — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5777 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi minnu ġew impjegati 348 persuna li minnhom 139 huma tobba, 131 huma nurses u 57 Allied Healthcare workers.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5778 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji nħadem il-mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA (Cost of Living Allowance)? Jista' jagħti d-dettalji tal-kalkoli rispettivi li saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2022
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2022? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun konkluż l-awditjar tar-rapport finanzjarju aktar tard matul is-sena.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2021
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2021? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2020
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2020? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2019
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2019? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?