Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (BORG, IAN)
Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Peress li fil-Pixxina Nazzjonali hemm diversi tined li huma neqsin u oħrajn huma miksura kif jidher fir-ritratti mehmuża, jista’ l-Ministru jgħid meta t-tined neqsin se jitwaħħlu u meta dawk imkissrin ser jiġu sostitwiti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4223 u jgħid kemm-il dar battala għandna f’pajjiżna u kemm minnhom qegħdin għall-użu tal-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 23 residenza tal-Gvern madwar Malta u Għawdex li bħalissa jinsabu battala minħabba li fihom għaddej xogħol ta’ rranġar sabiex dawn isiru abitabbli u jiġu allokati għal skop ta’ akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4226 u jgħid kemm-il applikazzjoni hemm quddiem l-Awtorità tad-Djar minħabba sfida ta’ mobilità jew minħabba li d-dar mimlija periklu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq il-lista ta’ stennija, l-Awtorità tad-Djar għandha 52 applikazzjoni minn persuni bi problema ta’ mobilità u 4 applikazzjonijiet minn persuni li jgħixu fi proprjetà li jkollha xi ħsarat strutturali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4247 u jindika s-servizzi li ngħataw is-sena l-oħra mill-kunsilli lokali fil-qasam tal-anzjani?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Kunsill Lokali
Servizz fil-qasam tal-Anzjani matul 2022
Il-Belt Valletta
(Citta' Umilissima)
1. Influenza vaccine fil-clinic tal-Belt
2. Trasport b'xejn
3. Clinic ġdida u aktar servizzi
L-Imdina
(Citta' Nobile)
NIL RETURN
Il-Birgu
(Citta` Vittoriosa)
1. Titqiba tal-influwenza
2. Trasport b’xejn b’vettura tal-Kunsill għaċ-Ċentru tas-saħħa, sptar u servizzi oħra bħal banek
3. Ħlas ta’ kera, speċjalment binijiet tal-Gvern
L-Isla
(Citta' Invicta)
Infurmat li sad-data ta’ din l-interpellanza l-informazzjoni rikjesta ma ġietx riċevuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali.
Bormla
(Citta Cospicua)
1. Trasport b’xejn lill-anzjani fil-lokalità inkluż policlinic, sigurtà soċjali (Birgu) u biex jagħmlu l-bżonnijiet bħal xiri u appuntamenti
Ħal Qormi
(Citta' Pinto)
1. Transport b’xejn offrut mill-Kunsill Lokali għas-servizzi bażiċi ta’ kuljum
2. Flimkien ma' Nanniet Malta, twaqqaf il-grupp Nanniet Qriema
3. Sehem fl-attivitajiet tal-Milied 2022
4. Ħarġiet kulturali u soċjali.
Ħaż-Żebbuġ
(Ċitta Rohan)
1. Attivitajiet kull nhar ta' Ġimgħa għall-anzjani fejn isirutalks, żfin u tombla għalihom.
2. Barra minn hekk isiru ħarġiet għall-anzjani kemm lejn Malta u anke lejn Għawdex.
Ħaż-Żabbar
(Citta' Hompesch)
1. Tqassim tal-boroż tal-iskart
2. Servizz tas-Silver T
Is-Siġġiewi
(Citta Ferdinand)
1. Ċentru ta’ matul il-jum
2. Diversi korsijiet miftuħin għal kulħadd
3. Diversi sezzjonijiet informattivi miftuħin għal kulħadd
Iż-Żejtun
(Citta` Beland)
1. Żjarat fid-Djar tal-Anzjani.
2. Ħarġiet Kulturali.
3. Weekend Breaks.
4. Korsijiet Varji.
Ir-Rabat (Għ)
(Citta` Victoria)
1. Għajnuna fil-mili t'applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-servizz pubbliku.
Ħ'Attard
1. Ħarġiet kull xahar
2. Laqgħa b’attività: diskussjoni, tombla bl-ikel kull xahar
3. Servizz ta’ trasport
4. Festini Okkażjonali
Ħal Balzan
1. Trasport lill-anzjani tal-lokalità biex jeħodhom l-isptar, il-Health Centre u l-bank (HSBC) f’Birkirkara
Birkirkara
1. Trasport b xejn għall-anzjani li jiġu day centre
2. Courses bħal chair pilates, pilates, fitness mix, make up course, ganutell.
Birżebbuġa
1. Trasport b’xejn għaċ-Ċentru tal-Anzjani
2. Foodbank fis-Sala tal-Kunsill Lokali
3. Tilqim fis-Sala tal-Kunsill Lokali
4. Ħarġiet għall-anzjani
Ħad-Dingli
1. Trasport għad-Day Centre
2. Testijiet tas-Smigħ
3. Ħarġiet
Il-Fgura
1. Formola rikjesti u mogħtija
2. Ħlasijiet ta’ qbiela, ċitazzjonijiet etc
3. Servizz ta’ Aerobics, Line Dancing u Yoga
4. Ħarġiet kulturali u Edukattivi
Il-Floriana
Infurmat li sad-data ta’ din l-interpellanza l-informazzjoni rikjesta ma gietx riċevuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali.
Il-Fontana
1. Ikla lill-anzjani li jgħixu waħedhom fil-festa tal-lokalità 2022.
2. Ħarġiet Malta u Għawdex.
3. Ikla lill-anzjani li jgħixu waħedhom nhar il-Milied 2022.
Il-Gudja
1. Ħarġiet kulturali għall-anzjani
2. Korsijiet tal-Life Long Learning
3. Attivitajiet tal-Milied u ta' Jum il-Gudja
4. Sessjonijiet ta` informazzjoni fuqwell-being.
Il-Gżira
Infurmat li sad-data ta’ din l-interpellanza l-informazzjoni rikjesta ma ġietx riċevuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali.
Għajnsielem
1. Korsijiet dwar l-użu bażiku tat-Teknoloġija Moderna
2. Korsijiet tal-bizilla u ħjata
3. Trasport bil-van għall-ħtiġijiet personali tagħhom
4. Ħarġiet kulturali
5. Ġiti barra minn Malta
6. Żjarat lill-anzjani li jgħixu waħedhom
7. Talks edukattivi
L-Għarb
1. Ikla tal-Milied.
2. Ħarġiet Soċjali.
3. Użu ta’ Transport.
Ħal Għargħur
1. Ħarġiet kulturali
2. Attivitajiet soċjali
3. Klassijiet tal-eżerċizzju
L-Għasri
1. The Ghasri Local Council has 2 councillors that on a regular basis visit elderly persons of the locality to see to their needs.
Ħal Għaxaq
1. Ikla fil-Milied
2. Tqassim ta' boroż tar-riċiklaġġ
3. Għajnuna fl-applikazzjoni tal-Passaport tal-Heritage
4. Għajnuna fil-mili ta' applikazzjonijiet oħra
Il-Ħamrun
1. Attivitajiet u Ħarġiet kulturali
2.Fitness Classes
3.Coffee Mornings
L-Iklin
NIL RETURN
Il-Kalkara
1. Pagamenti ta’ kirjiet, ċitazzjonijiet, permessi
2. Ħruġ speċifikament għall-anzjani darba/darbtejn/month
3. Assistenza fil-mili ta' applikazzjonijijiet bħall-Housing Authority u oħrajn
4. Assistenza fi kwalunkwe lmenti / suġġerimenti li wieħed jista' jkollu
5. Introduzzjoni mal-Community Police
Ta' Kerċem
1. Ħarġa ta’ kull xahar fejn jiġu organizzati diversi taħditiet ma’ diversi awtoritajiet bħal Pulizija, konsulenza medika, eċċ ...
2. Ħarġiet għal Malta
3. Servizz ta’ tabib mit-Tnejn sal-Ġimgħa
4. Ser jibda s-servizz tal-Community Vanfil-ġimgħat li ġejjin sabiex iwassal lill-anzjani l-isptar, għand it-tabib, spiżerija, jew xi bżonnijet oħra li jista’ jkollhom.
5. Korsijiet tal-Lifelong Learning
6. Ikla b’xejn fil-Milied għal dawk li jgħixu waħedhom.
Ħal Kirkop
1.Day Centre
2. Trasport għad-Day Centre
Ħal Lija
1. Servizz ta’ vaċċinazzjoni kemm tal-influenza kif ukoll Covid-19.
2. Il-Kunsill għal żmien il-Milied organizza bi ħlas festin fejn kienu mistiedna l-anzjani u nies vulnerabbli kollha b’enfasi speċjali lildawk li jinsabu weħedhom.
3. Ħarġiet lill-anzjani ta’ Ħal Lija u r-residenti :- Visti ta’ Ħamis ix-Xirka, Ħarġa għal Għawdex u Ħarġa kulturali l-Birgu.
Ħal Luqa
1. Ħarġiet kulturali u soċjali
Il-Marsa
1. Vann għall-anzjani u persuni b’diżabilità
Marsaskala
NIL RETURN
Marsaxlokk
Infurmat li sad-data ta’ din l-interpellanza l-informazzjoni rikjesta ma ġietx riċevuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali.
Il-Mellieħa
1. Ħarġiet kulturali kull xahar;
2. Transport għall-anzjani li jattendu ċ-Ċentru Anzjanità Attiva; u
3. Korsijiet varji li jsiru fiċ-Ċentru Anzjanità Attiva.
L-Imġarr
1. Servizz ta’ Ċentru ta’ Matul il-Jum, darbtejn fil-ġimgħa, is-sena kollha, fil-bini tal-Kunsill;
2. Faċilitajiet ta’ tilqim tal-vaċċin tal-COVID-19 u tal-influwenza staġonali;
3. Ħarġiet soċjokulturali fosthom fil-Belt Valletta;
4. inkorporazzjoni tal-anzjani f’avvenimenti bħal Festa Frawli, Epifanija fl-Imġarr, etc.
Il-Mosta
1. norganizzaw ħarġiet għal anzjani
2. noffru Day Centre għal anzjani.
3. Festin tal-Milied għal anzjani
4. Grupp tislima fejn jżuru anzjani waħedom, u joffru għajnuna.
Mqabba
NIL RETURN
L-Imsida
1. Ġie mġedded il-ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) u l-Kunsill Lokali Msida għas-servizz taċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva li jiftaħ kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa matul il-ġurnata.
2. Matul is-sena 2022 ġie ffirmat MOU ma l-NGO Nanniet Malta fejn qed ikun hemm laqgħat kull nhar ta’ Erbgħa bejn il- 5 u 7 p.m fil-bini tal-kunsilli lokali bħala Hub ġdida fl-Imsida. Nanniet Malta tieħu ħsieb torganizza wkoll programm li jinkludi bosta attivitajiet soċjali jew safar.
Il-Munxar
1. Trasport għall-ħarġiet organizzati tad-Day Centre
2. Reġistrazzjonijiet għall-aċċess f’siti ta’ heritage malta
3. Ħarġiet soċjokulturali f’Għawdex u anke f’Malta
4. Tqassima ta’ ikla tal-Milied b’xejn provduta mill-Kunsill Reġjonali Għawdex.
In-Nadur
1.Day centrekull nhar ta’ Tlieta u
2. Ħarġiet Kulturali darba f xahar.
In-Naxxar
1. Manutenzjoni tas-sala fejn jiltaqa’Day Centre.
2. Trasport għal ħarġiet għall-anzajni darba f’xahar. (organizzati mid-Day Centre)
3. Trasport għal anzjani nhar ta’ Tlieta sabiex jiġu d Day Centre.
Ir-Raħal Ġdid (Paola)
1. Ċentru Anzjanità Attiva li jiltaqa’ darbtejn fil-ġimgħa
2. Ħarġiet Soċjali/Kulturali
Pembroke
NIL RETURN
Tal-Pieta'
1. Trasport għal attivitajiet li jsiru minn żmien għal żmien
2. Servizz tat-trasport lejn u minn sptarijiet, polikliniċi u postijiet oħra
3. Servizz ta' berġa mill-premises tal-Kunsill Lokali
Il-Qala
1.Day Centregħall-anzjani, 4 days a week.
2. Ħarġiet għall-anzjani.
3. Organizzar ta' Tombla.
Il-Qrendi
NIL RETURN
Ir-Rabat (Mt)
1. Faċilità ta' Day Care Centre b'kirja tal-venue mingħand NGO
Ħal Safi
1. Isiru sessjonijiet għal min ibati bil-kundizzjoni tal-Parkinsons kull nhar ta’ Tnejn filghaxija.
2. Fil-Kunsill isiru l-attivitajiet tad-day centre għall-anzjani nhar ta’ Erbgha u nhar ta’ Ġimgħa filgħodu.
3. Jingħata servizz ta’ Podoloġista għall-anzjani darba fix-xahar.
4. F’Ħal Safi għandna wkoll d-Dementia Centre li naħdmu f’kollaborazzjoni flimkien.
5. Isiru sessjonijiet ta’ Oriental Fitness u Aerobics kull nhar ta’ Tnejn filgħodu għall-anzjani.
San Ġiljan
1. Servizz sabiex jittieħdu readings tal-pressjoni, zokkor minn nurse – dan reġa’ beda f’Diċembru 2022 għaliex kien waqaf minħabba l-Covid-19
San Ġwann
1.Podologist
2. Nurse għal monitoring taz-zokkor u pressjoni
3. Trasport
4. Vaccine għal kontra l-influenza
5. Ħarġiet kulturali u soċjali
San Lawrenz
1. Trasport bl-Electric Van tal-Kunsill għal dawk li kellhom xi appuntament ta' sptar jew simili.
San Pawl il-Baħar
1. Trasport provdut lil anzjani lejn u mid-Day Care Centre
2. Trasport provdut lil anzjani għall-ħarġiet organizzati mid-Day Care Centre
3. Lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet il-Kunsill reġa' beda jorganizza ħarġiet kif ukoll jipprovdi trasport għalihom.
Ta' Sannat
1. Kors bażiku fil-kompjuter
2. Keep fit classes kull nhar ta’ Tlieta b’kollaborazzjoni mal-Active Ageing - MGOZ
3. Ħjata kull nhar ta’ Ġimgħa b’kollaborazzjoni mal-Active Ageing - MGOZ
4. Fis-sajf waqt ir-rinovar ta' Dar Padova f’Għajnsielem, il-Kunsill ospita lil dawn l-anzjani fis-sala għal aktar minn xahrejn
Santa Luċija
NIL RETURN
Santa Venera
1. Attivitajiet Kulturali
2. Servizz ta' transport
3. Post fejn jiltaqghu -Day Centre
4. Kors - Għaqal id-Dar
Tas-Sliema
1. Council Cab
2. Day Centre u l-Attivitajiet li jorganizzaw huma
3. Servizzi li jingħataw mill-Kunsill lil kulħadd
4. Korsijiet ta’ Pilates
Is-Swieqi
1. Sezzjonijiet ta' Line Dancing, Chair Pilates, Musical Theatre, Dance Fitness b'kolloborazzjoni mal-Active Ageing Dept. Sezzjonijiet oħra ta' Zumba.
2. Talks informattivi (darba fi xahar) dwar suġetti varji (eż: mard kroniku, kundizzjonijiet, tfaddil eċċ)
3. Ħarġiet edukattivi u kulturali (darba fi xahar) madwar Malta u Għawdex
4. Il-Kunsill qed jaħdem ukoll sabiex fil-futur qarib jipprova jipprovdi servizz ta' transport għal anzjani
5. Il-Kunsill kien joffri servizz ta' berġa għal anzjani (darbtejn fil-ġimgħa) imma sfortunatament wara l-COVID ġie mwaqqaf mid-Dipartiment għal Kura u Saħħa.
Ta' Xbiex
1. Berġa
2. Inwasslu lill-anzjani b'xejn fejn ikollhom bżonn bil-vann elettriku
3. Korsijiet tal-Lifelong Learning
4. Podoloġista
Ħal Tarxien
1. Servizz bil-van għall-anzjani b'xejn biex jagħmlu l-qadi tagħhom il-berġa u Raħal ġdid.
2. Taħdiet ta’ Active ageing dwar is-servizzi li joffru lil anzjani.
3. Laqghat b'xejn ta' Għaqal id-dar biex jieklu aħjar.
Ix-Xagħra
1. Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra jamministra Ċentru ta' Matul il-Jum għall-anzjani li jiltaqa' kull nhar ta' Erbgħa bejn id-9.00am u nofsinhar.
2. Minbarra din l-attività regolari, il-Kunsill organizza wkoll diversi attivitajiet soċjokulturali għall-anzjani tal-lokalità tagħna.
Ix-Xewkija
1. Reġistrar għal-card tad-dħul f’siti storiċi
2. Ħarġiet matul is-sena mmirati direttament għall-anzjani.
3. Proġett tal-ischool grannies. Proġett bil-kollaborazzjoni tal-Anzjanità Attiva
4. Integrational Project fejn anzjani qed ikollhom l-opportunità li jgħallmu studenti żgħar snajja’ jew xogħol tal-idejn waqt li jieħdu rimunerazzjoni żgħira. – Proġett bil-kollaborazzjoni tal-Anzjanità Attiva
5. Korsijiet tal-IT u bizzilla
Ix-Xgħajra
1. Għajnuna inġenerali bħal ġieli nieħdu anke boroz fi djar ta dawk l-anzjani li ma jkunux jifilhu joħorġu.
2. Servizz ta' social workers bi sħubija mal-appoġġ sabiex jitkellmu mal-anzjani u nies fil-bżonn.
3. Applikazzjonijiet ta' Heritage Malta passports.
4. Attivitajiet kulturali.
Iż-Żebbuġ (Għ)
1. Kuljum nipprovdu trasport bil-vann tal-komunità lill-anzjani li jeħtieġa jagħmlu qadjiet barra mir-raħal
Iż-Żurrieq
1. Għajnuna fi trasport biex tittieħed l-injection tal-influenza
2. Trasport sa Ħaż-Żebbug biex l-anzjani jagħmlu testijiet tas-smigħ.
L-Imtarfa
NIL RETURN
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4244 u jgħid kemm fil-preżent hawn lone parents, skont id-data miġbura mir-records ta’ ħlasijiet għall-allowances tat-tfal? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-lone parents huma rġiel, u kemm nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-aħħar pagament li sar tal-allowance tat-tfal, kien hemm 13,554 benefiċjarju li huma kkunsidrati bħala lone parents. Kien hemm 5,647 raġel u 7,907 nisa li minnhom hemm jaħdmu 5,332 raġel u 7,106 nisa. In-numru ta’ tfal huwa ta’ 18,997.
Informazzjoni dwar kemm hemm lone parents f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali tista’ tkun disponibbli mill-Uffiċċju Nazzjonali dwar l-Istatistika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4245 u jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4243, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet referuta lilha, u tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru tal-Edukazzjoni – rotot tat-trasport li mhumiex koperti mis-servizz ta’ Onboard Supervisor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux ir-rotot kollha tat-trasport li jirkbu l-istudenti huma koperti mis-servizz ta’ Onboard Supervisor? Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għal dan? Dan jgħodd ukoll għal studenti bi bżonnijiet speċjali.
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ Onboard Supervisor hu provdut matul ir-rotot kollha kemm dawk tal-iskejjel Primarja u kif ukoll tar-Resource Centres, filwaqt li jiġi pprovdut ukoll Onboard Supervisor f’rotot tal-iskejjel Sekondarji u Medji jekk fir-rotta jkun hemm student/a li jbati minn xi kundizzjoni medika jew li teħtieġ attenzjoni speċjali.
Ministeru tal-Edukazzjoni – rotot tat-trasport offruti lil studenti bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Onboard Supervisor jonqos biex ikopri r-rotot kollha ta’ trasport offrut mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-ħtiġijiet kollha tal-istudenti bi bżonnijiet speċjali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li kull student bi bżonnijiet individwali, u li jeħtieġ li jkollu onboard supervisor, għandu l-assistenza meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex studenti fl-iskejjel primarji jibbenefikaw mis-servizz tal-Breakfast Club, imma studenti fl-iskejjel sekondarji ma jibbenefikawx minn dan is-servizz? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni wara dan il-ħsieb?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li fl-iskejjel sekondarji t-tfal jitħallew jidħlu kmieni b’superviżjoni organizzata, il-Breakfast Club isir fl-iskejjel primarji biss biex b’hekk il-ġenituri jkunu jistgħu jwasslu lit-tfal qabel il-ħin tal-ftuħ tal-iskola.
Fid-dawl li f’ċerti snin, kapijiet tal-iskejjel kienu jgawdu minn allowance addizzjonali marbut skont id-daqs tal-popolazzjoni tal-istudenti f’dik l-iskola partikolari, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan l-allowance m’għadux jingħata? Japprezza l-Ministru li kapijiet ta’ skejjel li għandhom aktar minn 600 student taħt ir-responsabilità tagħhom ikollhom aktar xogħol minn kapijiet ta’ skejjel li għandhom 200 student u jkollhom l-istess allowance?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Kuntrarju ta’ dak li qed jistqarr l-Onor. Interpellant, il-Kapijiet tal-Iskejjel jitħallsu allowance skont il-popolazzjoni tal-iskola hekk kif stipulat fil-ftehim settorjali tal-2017 bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers.
Jista’ l-Ministru jgħid x’saret mill-wegħda ta’ €150 miljun investiment f’laboratorji fl-iskejjel tagħna? Jista’ jgħid liema skejjel ibbenefikaw u x’materjal ingħata jew ġie mibdul? X’fadal x’jiġi investit mis-somma inizzjali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel – studenti tas-Seba’ Sena – għoti ta’ laptop
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta t-tfal tas-seba’ sena se jirċievu l-laptops li ġew imwiegħda fil-Baġit 2022, peress li s-sena skolastika 2022-23 se tispiċċa fi żmien erba’ xhur? Jaf li dawn l-istudenti issa jridu jistudjaw u jaħdmu x-xogħol tal-iskola u mhux f’Mejju?
Sptar Mater Dei – stennija għal operazzjoni ortopedika
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm persuni li stennew aktar minn ġimgħa biex saritilhom operazzjoni ortopedika wara li kellhom inċident u ddaħħlu l-isptar bi ksur bejn il-15 ta' Jannar 2023 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Sptar Mater Dei – elective surgeries tal-ortopedija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kienx hemm bżonn jitwaqqfu elective surgeries tal-ortopedija f'dawn l-aħħar xahrejn biex isiru dawk ta' urġenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ġimgħat kien hemm tlett istanzi fejn Elective cases kellhom jagħtu preċedent għal każijiet ta' urġenza.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-mediċina Pregabalin Sciecure 150mg u 75mg, li tintuża għall-Fibromyalgia, kienet out of stock f'Jannar u Frar 2023? Jista’ jgħid f'liema ġranet kienet out of stock u xi ngħata minflok?
Tista’ l-Ministru tgħid x'qed isir biex jiġi assigurat li l-barriera f'Santa Katerina, ir-Rabat ma tkomplix teqred l-ambjent tal-madwar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet Ordni ta’ Waqfien u Konformità (OWK0025/19) fuq il-barriera inkwistjoni f’April 2019, b’multi ta’ kuljum imposti fuq l-istess barriera. Applikazzjoni EP0036/19 mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għall-backfilling tal-barriera u operat ta’ batching plant fiha, ġiet miċħuda mill-Bord tal-ERA f’Settembru 2019.
Skola tal-Imtarfa – studenti li ġew trasferiti għall-iskola tal-Imsida
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tfal li ġew trasferiti mill-Iskola tal-Imtarfa għall-Iskola tal-Imsida ma ġewx trasferiti f'lokalità eqreb bħar-Rabat Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6580, ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni temporanja ttieħdet sabiex għal din is-sena skolastika l-istudenti u l-istaff ikunu jistgħu jibqgħu flimkien għall-kumplament tas-sena akkademika.