Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6597, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u li issa ġiet riferuta lilu, u jippubblika l-kuntratt tas-sussidjarja tal-Air Malta għat-trasferiment tas-Selmun Palace mingħand is-sussidjarja tal-Air Malta għal għand il-Gvern fl-24 ta' Marzu 2016?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Selmun Palace Hotel Co. Ltd. għaddiet għand il-Gvern b’akkwist ta’ ishma li kellha l-Air Malta plc. u KM Holdings Ltd. f’din il-kumpanija.
It-Transferiment sar fl-24 ta’ Marzu 2016 u ġie reġistrat fir-Reġistru tal-Kumpaniji kif dovut mil-liġi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6662 dwar il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ meta bdew jinħarġu l-multi u meta ntlaħaq l-ammont massimu ta’ € 50,000?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Il-multa inkwistjoni bdiet tiddekorri mis-7 ta’ Novembru 2016, filwaqt li l-massimu ta’ €50,000 intlaħaq fid-19 ta’ Frar 2020.
Enemalta — rapporti ta' undervoltage jew overvoltage
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6581 dwar rapporti ta' undervoltage jew overvoltage li rċeviet l-Enemalta, tista’ l-Ministru tagħti lista tal-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex minn fejn saru dawn ir-rapporti u tgħid kemm-il rapport sar minn kull lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5994, peress li l-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentrari 5670 u din ma twiġibx il-mistoqsija li saritlu, jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-proċess tal-verifikazzjoni u reġistrazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija Parlamentari Nru 5994 u kif diga spjegat, l-proprjetà inkwistjoni li tirreferi għall-fajl A 104/2005 kienet tinvolvi verifiki estensivi u retti. Il-proċess inbeda f’Ġunju 2021 u kien jinvolvi verifiki interni mill-Uffiċċju Konġunt u skambju ta’ informazzjoni mal-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi.
Lista ta' stennija għall-operazzjoni tal-katarreti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5912 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ministru jgħid kemm hija l-lista ta’ stennija ta’ persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 312-il persuna li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti bi żmien ta’ stennija aktar miż-żmien stipulat fil-Patient Charter.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6665, peress li l-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5432 u din ma tweġibx il-mistoqsija li saritlu, fejn tlabtu biex jispjega għalfejn mill-2016 sal-lum għadu ma sar xejn fiż-żona magħrufa bħala l-White Rocks u dik it-tweġiba tgħid li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex il-proġett jimmaterjalizza, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn minn meta ntgħażel l-offerent preferut fl-2016, sal-ġurnata tal-lum, għadu ma sar xejn fiż-żona magħrufa bħala l-White Rocks? Meta hu mistenni li jikkonkludu d-diskussjonijiet u jibda x-xogħol? Jista’ jgħid ukoll ma’ min għaddejjin id-diskussjonijiet dwar dan il-proġett?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5432.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm dewmien twil (saħansitra snin sħaħ ta’ dewmien) fl-għotja ta’ Atti ta’ Kurazija (Guardianship deeds) lil NGOs? Fejn qegħdin jeħlu dawn il-proposti? Jista’ jgħid ukoll jekk dan id-dewmien huwiex ġustifikat jew le? Jista’ jiċċara f’isem il-Gvern jekk hemmx jew le r-rieda politika biex ikomplu jingħataw Atti ta’ Kurazija lil NGOs?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-archaeological drawing tal-permess PA/07155/19 li jinsab fi Triq tax-Xemx u l-Qamar kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, side road ta’ Triq id-Dejma, Fgura? Jista’ jgħid kemm instabu features b’kollox fuq dan is-sit? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista deskrittiva ta’ features li nstabu fuq dan is-sit (cross-referenced mal-archaeological drawing ta’ PA/07155/19), il-valur kulturali mogħti għal kull feature u d-deċiżjoni li ttieħdet għal kull feature hekk kif indikat fit-tabella li qed tintbagħat separatament? Jista' jgħid ukoll jekk instabux special finds fuq dan is-sit u jagħti informazzjoni dwar xi nstab u fejn instabu fis-sit? Peress li diġà għaddiet sena minn mindu nħareġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar, hemm ħsieb li xi fdalijiet li nstabu fuq dan is-sit jiġu skedati? Jekk iva, liema u f’liema livell?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tindirizza d-domandi tagħha lill-Ministeru responsabbli mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.
Santa Luċija – Vjal l-Oleandri – traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali, jara li jittieħdu miżuri sabiex ikun hemm traffic calming measures fi Vjal l-Oleandri, Santa Luċija, minħabba li qed ikun hemm karozzi li qed jgħaddu b'veloċità għolja ħafna b'periklu għar-residenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qed tikkomunika mal-Kunsill Lokali biex tevalwa l-bżonnijiet.
Rapport Annwali tar-Regolatur Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-Rapport Annwali tar-Regolatur (Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali) għas-sena 2021 għadu ma tqigħedx fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Kumitat responsabbli huwa skedat biex jiltaqa' fil-jiem li ġejjin u sussegwentament ikun impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex il-Casino di Venezia, li ilu magħluq madwar għaxar snin, jerġa’ jingħata l-ħajja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu fl-istadju li jikkunsidra l-aħjar mod ta’ kif jiddisponi minn dawn il-propjetajiet fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-liġi tal-barklora li daħlet fis-seħħ fl-1933 għadhiex fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm inġabru f’dan il-fond matul l-aħħar għaxar snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nikkonferma lill-Onor Interpellant li l-Att dwar il-Ħlas ta’ Dritt lill-Barklori, Kap. 73 tal-Liġijiet ta’ Malta, għadu fis-seħħ.
F’dawn l-aħħar għaxar snin ma tħallsu jew inġabru l-ebda ħlasijiet f’dan il fond mid-Dwana, u mill-aġenti tal-vapuri.
Infurmat ukoll illi d-Dwana kkonfermat li fl-aħħar 16-il sena, il-vapuri fil-port dejjem użaw il-passarella għall-iżbark tal-passiġġieri.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux jiġu assenjati ħaddiema mill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) sabiex ix-xtut tal-Cottonera jinżammu fi stat aħjar?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) qiegħda f’taħditiet mal-istakeholders ikkonċernati biex jaraw liema xogħlijiet jistgħu jsiru sabiex tissebbaħ iż-żona msemmija.
Jista’ l-Ministru jara jistax isir intervent fit-triq ħdejn il-Fortini, Birgu int u sejjer lejn il-Kalkara, li niżlet sew?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ xogħol infrastrutturali fit-toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fost l-uffiċjali/ħaddiema li daħlu jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm minnhom li kienu preċedentement ġew ikkundannati għal piena karċerarja wara li ġew misjubin ħatja ta’ reat? Jista’ jgħid kemm hemm minn dawn il-ħaddiema, x’kienu s-sentenzi li ngħataw u dwar xiex ġew misjubin ħatja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi li mill-aħħar intake li sar, l-Aġenzija la hija infurmata u lanqas kien hemm xi forma ta’ dikjarazzjoni minn xi ħaddiem/a li turi li kien hemm min kien ikkundannat għal piena karċerarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamlet spezzjonijiet l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) minn meta twaqqfet sal-lum? Kemm inħarġu stop notices u multi mill-istess Awtorità?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) qed jippjana li joffri diploma u degree fis-Social Work?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.