Mellieħa – kuntrattur li laqat cables ta’ vultaġġ għoli waqt xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6549, tista' l-Ministru tgħid jekk f'każ li kuntrattur jonqos mill-obbligi li jħares is-servizzi tal-Enemalta, jiġix mitlub jirkupra biss l-ispejjeż involuti għat-tiswija ta' dik il-ħsara jew ikunx hemm penali oħra? Tista' tikkonferma jekk xi ħadd jagħmilx tajjeb għad-danni li jsofru l-konsumaturi minħabba t-traskuraġni ta' min jikkawża din il-ħsara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’ċirkostanzi bħal dawn, l-Enemalta tfittex li tirkupra l-ispejjeż li jinvolvu lil kumpanija. Dwar il-kumpens lil klijenti, l-Enemalta għandha sistema stabbilita li tipprovdi għal kumpens lill-konsumaturi meta t-talba tirriżulta li tkun ġustifikata skont il-liġi applikabbli.
Grazzi għall-impenn u d-determinazzjoni tal-Inġiniera u t-tekniċi kompetenti tal-Enemalta wara dan l-inċident il-provvista tad-dawl f’Għawdex ngħatat lura f’inqas minn sagħtejn u nofs peress li l-provvista ngħatat minn cable alternattiv anke jekk it-tiswijiet kienu għadhom għaddejjin.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2017
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2017? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2016
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2016? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2015
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2015? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2014
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2014? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2013
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2013? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6458 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5587, jista' l-Ministru jgħid meta saru dawn il-laqgħat u min kien preżenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat qegħdin isiru frekwenti mas-Sindku u mas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Qed ikun hemm ukoll korrispondenza bejn il-Kunsill Lokali u l-Awtorità sabiex jitħaffef il-proċess.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6486 dwar xogħol biex jiġi stabbilit mill-ġdid aċċess sigur għal Wied il-Qlejgħa, tista' l-Ministru tgħid għaliex dan ix-xogħol ma sarx fis-sajf li għadda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ilma wara l-ilqugħ (dam) taċ-Chadwick Lakes, 'l isfel mill-pont ta’ taħt l-Imtarfa, nixef b’mod li jippermetti l-aċċess għal bażi tal-ħajt li ġarrab il-ħsara fl-aħħar ta’ Ġunju 2022, u għalhekk l-ewwel assessment tal-bażi tal-embankment tal-catchment seta' biss isir f’Lulju 2022.
F’dan ix-xahar ta’ Lulju 2022 saru l-investigazzjonijiet strutturali neċessarji li ppermettew lill-periti sabiex jiżviluppaw pjan tekniku ta’ kif għandha tiġi indirizzata l-ħsara, b’mod li ma jipperikolax l-ekosistema tal-post. Ġie ppreparat method statement mill-Periti u mal-Awtoritajiet Regolatorji - PA, ERA u SCH, sabiex jiġi żgurat li x-xogħol propost ikun skont il-ligijiet tal-ippjanar u l-ambjent.
Sadanittant ix-xita li għamlet f’Awwissu (eżattament 11 t’Awwissu 2022) wasslet biex reġa' nġema' l-ilma wara l-ilqugħ u b’hekk jipprekludi li jitniżżel il-makkinarju neċessarju biex isir ix-xogħol mingħajr ma ssir ħsara ambjentali. Li kieku x-xogħol sar fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant (wara nofs Awwissu 2022) dan kien iwassal għal ħsara ambjentali sostanzjali – sitwazzjoni li qed naraw li tiġi evitata sabiex ix-xogħol isir b’mod li jikkumplimenta u jsaħħaħ l-ekoloġija tas-sit. Il-proġett għalhekk għadu aċċessibbli minn żewġ bnadi mit-triq tal-Baħrija u minn taħt l-Imtarfa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Lokalità
Kotba mixtrija ġodda - 2022
Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022
Tarxien
89
115
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2022 l-MCAST xtraw 168 ktieb ġdid, filwaqt li sar investiment fuq 102 e-book ukoll. L-MCAST irċiviet ukoll 77 ktieb bħala donazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta' kotba ġodda matul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Kotba fiżiċi mixtrija ġodda - 2022
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – 2022
Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u
l-Kunsilli Lokali – 2022
11,031
Eur 78,120.66
19,974
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6202, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali tagħha? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozza uffiċjali li tuża hi u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a. mingħand min inxtrat u kemm ġiet tiswa l-karozza uffiċjali; u/jew
b. kemm qed tinkera kuljum il-karozza uffiċjali tagħha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-għamla tal-vettura hija Volvo XC60 Plugin Hybrid. Il-proċess tal-akkwist tal-vettura sar kollu fil-parametri tar-regolamenti maħruġa mis-Settur Pubbliku favur enerġija nadifa li jindikaw preferenza għal vetturi hybrid jew electric. Il-karozza hija mikrija mingħand Garden of Eden bil-prezz ta’ €45 kuljum, VAT mhux inkluż.
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6200 jista’ l-Ministru jgħid jekk ħariġx tender u mingħand min qed tinkera l-karozza msemmija? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni fuq it-tieni karozza li juża bħala Ministru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nħarġu l-ebda tenders għall-għażla tal-karozza. Il-Ministru m’għandux it-tieni karozza.
Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6197 jista’ l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender għall-kiri tal-karozza uffiċjali tiegħu u mingħand min hi mikrija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma nħariġx tender għall-kiri tal-karozza uffiċjali u l-karozza hi mikrija mingħand Hertz United Garage.
Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6197, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6196 jista’ l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender għall-kiri tal-karozza uffiċjali tiegħu u mingħand min hi mikrija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma nħarġitx tender għall-kiri tal-karozza uffiċjali. Din qed tinkera mingħand South Lease Ltd.
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret il-manutenzjoni fil-bandli Nalizpelra fis-Siġġiewi, u x’tip ta’ manutenzjoni saret, matul l-aħħat tliet snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li l-manutenzjoni tal-bandli kkoncernat ssir b'mod regolari.
Infurmat illi fl-aħħar sena saret manutenzjoni tal-equipment u bdil ta' diversi partijiet, fosthom it-teddybear swing, u seats oħrajn li saru ġodda, iż-zip line, ċinturini, u fittings biex ikunu ta' sigurtà għat-tfal. Issir ukoll tiswija u manutenzjoni wara li jidħlu rapporti ta’ vandaliżmu lill-istess Kunsill.
Intant infurmat ukoll li bħalissa beda l-proċess tal-procurement sabiex jinbidel is-safety material li ser ikun iffinanzjat minn skema ta' fondi.