Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta – Early Retirement Scheme u Voluntary Redundancy Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem tal-Air Malta ngħata s-somma taħt l-Early Retirement Scheme jew il-Voluntary Redundancy Scheme? Jista’ jgħid minn liema gradi u kemm ingħataw, grad grad?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 351 ħaddiem li ngħataw is-somma taħt l-Early Retirement Scheme jew il-Voluntary Redundancy Scheme kif ġej; Industrials 137 Office Administration and Management204 Engineers10

Xemxija – Dawret in-Nawfraġju – manutenzjoni ta’ turġien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat it-taraġ tal-ħadid minn Dawret in-Nawfraġju, fix-Xemxija, għall-boat houses peress li ilhom fi stat deterjorat u ma jistgħux jintużaw għal snin sħaħ? Jista’ jgħid ukoll meta l-promenade ta’ Dawret in-Nawfraġju se jkun irranġat kif imwiegħed mill-kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokal ta’ San Pawl il-Baħar illi t-taraġ minnu msemmi ma jaqax fir-responsabbilità tal-istess Kunsill Lokali. Intant, infurmat mill-istess Kunsill Lokali li mhuwiex minnu li f'din il-leġiżlatura l-Kunsill Lokali wiegħed li l-promenade ta' Dawret in-Nawfraġju ser jiġi rranġat kif inhu allegat fl-interpellanza parlamentari.

Xemxija – Dawret in-Nawfraġju – manutenzjoni ta’ turġien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat it-taraġ tal-ħadid minn Dawret in-Nawfraġju, fix-Xemxija, għall-boat houses peress li ilhom fi stat deterjorat u ma jistgħux jintużaw għal snin sħaħ? Jista’ jgħid ukoll meta l-promenade ta’ Dawret in-Nawfraġju se jkun irranġat kif imwiegħed mill-kunsill lokali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Xemxija – Dawret in-Nawfraġju – manutenzjoni ta’ turġien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat it-taraġ tal-ħadid minn Dawret in-Nawfraġju, fix-Xemxija, għall-boat houses peress li ilhom fi stat deterjorat u ma jistgħux jintużaw għal snin sħaħ? Jista’ jgħid ukoll meta l-promenade ta’ Dawret in-Nawfraġju se jkun irranġat kif imwiegħed mill-kunsill lokali?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħad-Dingli – Skola Sekondarja – testijiet tal-kwalità tal-arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux qegħdin isiru xi testijiet tal-kwalità tal-arja fl-Iskola Sekondarja ta’ Ħad-Dingli, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola, minħabba ammont ta’ trab kbir li jinsab fil-madwar minħabba barriera fil-viċin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandi, qatt ma ntalbu testijiet tal-kwalità tal-arja fl-iskola msemmija.

Work Time Regulations – leave annwali għall-impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5854, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jipprovdi lista tabulata ta' dritt għal leave annwali għall-impjegati, skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea u l-Liġi Maltija, imqassma mill-Ordni dwar il-"Work Time Regulations”?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5855.

Port tal-Imġarr Għawdex – proġett għal triq ġdida bejn il-Port u Triq il-Madonna ta’ Lourdes

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22730 tat-XIII-il Leġiżlatura dwar il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr, Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem (triq alternattiva għall-Port tal-Imġarr), fejn kien ġie mwieġeb li “qabel ma tittieħed deċiżjoni fuq dan il-proġett, il-Ministeru hu tal-fehma li ssir konsultazzjoni pubblika mill-GRDA sabiex jiġu wkoll diskussi l-effetti ambjentali li tali proġett jista’ jikkawża”, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx, fiex waslu u meta bdew il-konsultazzjonijiet pubbliċi mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex (GRDA) sabiex jiġu diskussi l-effetti ambjentali ta' dan l-imsemmi proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ġiet diskussa fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex tal-Parlament fejn saret preżentazzjoni mis-CEO tal-GRDA.

Ministeru għal Għawdex – Sezzjoni tal-Animal Welfare – Welfare Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Animal Welfare Officers fis-Sezzjoni tal-Animal Welfare fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari bin-numri 2811,3428,3643 u 3822. Meta jkun hemm bżonn ta’ infurzar, uffiċjali mill-Animal Welfare ta’ Malta jagħtu l-għajnuna.

Għawdex – skejjel primarji ta’ Kerċem, Żebbuġ, Għarb u diversi skejjel oħrajn – xogħol ta’ tisbiħ u modernizzar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5924, peress li din ma tweġibx il-mistoqsija kollha, jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet in-nefqa u x'sar: a. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja ta' Kerċem; b. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja taż-Żebbuġ; ċ. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja tal-Għarb; u d. fuq it-tisbiħ ta' diversi faċċati ta' diversi skejjel f'Għawdex? F'kull każ, jista' jagħti data meta se jkun lest ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 5924.

Ministeru għal Għawdex – użu ta’ vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5765 kollha kemm hi (intera) u jgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 5765. L-użu tagħhom isir skont il-ħinijiet tax-xogħol.

Qorti ta’ Għawdex – subbasti pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5763 u jgħid kemm hemm subbasti pendenti fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid kemm minnhom huma appuntati u kemm minnhom għad iridu jiġu appuntati? Jista' jgħid f'kull każ kemm ilhom pendenti dawn is-subbasti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi subbasti pendenti fil-Qorti t’Għawdex hemm 21 li għad iridu jiġu appuntati. It-tabella t’hawn taħt turi kemm ilhom pendenti. 2012 1 2013 1 2016 3 2017 1 2019 1 2020 2 2022 12

Għawdex — LSEs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5761 u jgħid kemm hemm LSEs jaħdmu f'Għawdex li ntbagħtu jaħdmu Għawdex mhux għax kien imisshom fil-lista ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta, iżda minħabba raġunijiet mediċi? Jista' jgħid, f'kull każ, kull waħda minn dawn l-LSEs kemm ilha/ilu taħdem/jaħdem f'Għawdex? Jista' jgħid kemm ilhom jaħdmu bħala LSEs f'Malta l-ewwel għaxar LSEs Għawdxin li hemm jaħdmu fi skejjel f'Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 26 LSE li minħabba raġunijiet mediċi jaħdmu f’Għawdex. Minn dawn is-26 LSE hemm min ilu jaħdem Għawdex 17-il sena u hemm min reċentement beda jaħdem dawn l-aħħar ftit xhur. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li minħabba l-privatezza tal-individwi, tali informazzjoni mhux ser tiġi ppreżentata. Fir-rigward tal-ewwel għaxar LSEs Għawdxin, ninforma lill-Onor. Interpellant li ilhom matul dawn l-aħħar 20 sena jaħdmu fl-iskejjel f’Malta. F’dan il-każ ukoll, għar-raġuni ta’ privatezza, tali informazzjoni mhux ser tiġi ppreżentata.

Imġarr – Triq Sir Harry Luke — xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5905, tista' l-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Sir Harry Luke, fl-Imġarr, u x'timeframes hemm?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infakkar lill-Onor. Interpellant fit-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 5905 u għalhekk nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Imtarfa – proġett taċ-ċentru terapewtiku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5907, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir iċ-Ċentru Terapwetiku fl-Imtarfa u meta se jibda x-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 3275.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5780 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5781 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t'hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet tas-Siġġiewi San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Kerċem, Għajnsielem, Qrendi, Xewkija, Rabat, Fontana, Muxar, , Xagħra, u Ħal Għaxaq. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. Entità/Awtorità Ħaddiema igaġġati Ħaddiema li spiċċaw Malta Food Agency 10 2 Governance for Agriculture Bioresources (GAB) 5 1