Ambulanzi li huma proprjetà tal-Gvern u dawk li huma mikrija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ambulanzi li huma proprjetà tal-Gvern u kemm oħrajn huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll fejn huma stazzjonati u x’kumpliment ta’ ħaddiema għandhom magħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Gvern għandu 11-il ambulanza leased u dawn huma kollha stazzjonati fil-garaxx tal-ambulanzi f’Mater Dei. Hemm 52 Emergency Ambulance Respondents bħalissa ingaġġati.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min jieħu ħsieb il-manteniment tal-ambulanzi u jekk fil-privat, juri l-kuntratt li marbutin bih?
Residenza San Vinċenz de Paul – ambulanzi li huma proprjetà tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi li huma proprjetà tal-Gvern u kemm oħrajn huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll fejn huma stazzjonati u x'kumpliment ta’ ħaddiema għandhom magħhom f'San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’San Vinċenz de Paul m’hemmx ambulanzi bħala parti mill-flotta u lanqas jinkrew ambulanzi.
Residenza San Vinċenz de Paul – ħaddiema fis-sezzjoni tal-ambulanzi u trasport tal-istaff u pazjenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fis-sezzjoni tal-ambulanzi u trasport tal-istaff u pazjenti f'San Vinċenz de Paul u x'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Filwaqt li m'hemm l-ebda sezzjoni tal-ambulanzi f’San Vinċenz, ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sezzjoni tal-ġarr tal-pazjenti hemm uffiċjal inkarigat, żewg ħaddiema jagħmlu xogħol amministrattiv u sbatax-il xufier. Din is-sezzjoni hija responsabbli għal kull tip ta’ transport li għandhom bżonn l-anzjani kif ukoll transport għal numru ta’ servizzi ġewwa San Vinċenz.
Biex l-operat ikun jista’ jimxi bla xkiel, ta’ kuljum trasport ikun meħtieġ għall-ġarr taċ-ċilindri tal-ossiġnu, prodotti tal-ikel, konsenji tal-ħrieqi, ħwejjeġ għal-laundry, prodotti farmaċewtiċi eċċ. Għal dan ix-xogħol jintużaw żewġ vannijiet li wieħed minnhom huwa friża.
Vannijiet speċjalizzati bit-tail lift jintużaw biex iwasslu l-anzjani għall-appuntamenti ġewwa l-isptar Mater Dei, appuntamenti fil-Geriatrics Day Hospital f’San Vinċenz kif ukoll għad-dipartiment tal-fiżjoterapija u klinika dentali. Ma’ dawn it-tliet vannijiet hemm ukoll żewġ vannijiet iżgħar li jġorru anzjan wieħed bis-siġġu tar-roti.
It-trasport jiġi provdut ukoll biex anzjani jmorru għand il-hairdresser, jattendu għall-quddies jew iċ-ċentru ta’ matul il-jum. Biex nassiguraw li l-anzjani jgħixu ħajja attiva u ta’ kwalità, jiġu organizzati numru ta’ attivitajiet soċjokulturali kemm ġewwa l-faċilità kif ukoll f’lokalitajiet varji fejn jintużaw numru ta’ vannijiet bit-tail lift.
Fl-aħħar sena din is-sezzjoni rat żieda fid-domanda għat-trasport hekk kif is-servizzi ġewwa d-Day Hospital żdiedu u ġew estiżi għall-anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani jew fil-komunità li wkoll ikollhom bżonn it-trasport.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2729, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-16-il dentist li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, jaħdmux kollha full-time u jekk le kif inhu l-kuntratt ta' ħinijiet tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 14-il dentist jaħdmu full-time u 2 jaħdmu reduced hours.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm xi mekkaniżmu biex min ikun jixtieq jifdi l-qbiela tal-art agrikola li jkun qed jaħdem (kemm ta’ art privata u kemm ta’ art tal-Gvern), ikun jista’ jagħmel dan?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, huma għaddejjin bħalissa? Liema xogħlijiet li għaddejjin bħalissa, jew li mistenni jinbdew fil-futur qarib, ħarġu t-tenders għalihom? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni ġie konkluż, min hu l-kuntrattur/i li ġie magħżul u kemm hu l-valur tax-xogħol li ġie aġġudikat? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni għadu mhux konkluż, meta hu mistenni li jiġu evalwati dawn it-tenders u kemm hi l-istima għal kull proġett?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet fil-lokalità tal-Mellieħa li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, huma għaddejjin bħalissa? Liema xogħlijiet li għaddejjin bħalissa, jew li mistenni jinbdew fil-futur qarib, ħarġu t-tenders għalihom? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni ġie konkluż, min hu l-kuntrattur/i li ġie magħżul u kemm hu l-valur tax-xogħol li ġie aġġudikat? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni għadu mhux konkluż, meta hu mistenni li jiġu evalwati dawn it-tenders u kemm hi l-istima għal kull proġett?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet fil-lokalità tan-Naxxar li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, huma għaddejjin bħalissa? Liema xogħlijiet li għaddejjin bħalissa, jew li mistenni jinbdew fil-futur qarib, ħarġu t-tenders għalihom? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni ġie konkluż, min hu l-kuntrattur/i li ġie magħżul u kemm hu l-valur tax-xogħol li ġie aġġudikat? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni għadu mhux konkluż, meta hu mistenni li jiġu evalwati dawn it-tenders u kemm hi l-istima għal kull proġett?
Xemxija, San Pawl il-Baħar – xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-pjan, inkluż is-sejħa għall-offerti, għal xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jinbeda u jitlesta dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-proċess relatat ma’xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tax-Xemxija jinsab għaddej u s-sejħa għall-offerti tinsab fi stadju ta’ vvettjar.
Wara li din tiġi ppubblikata, evalwata u jintgħażel l-offerent, ix-xogħlijiet mistennija jibdew aktar tard din is-sena.
San Pawl il-Baħar – xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet huma mistennija li jsiru fuq is-sistema tad-drenaġġ li sservi l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u għal meta huma ppjanati dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija xogħlijiet jinvolvu tħaffir ta’ trinek, liema xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar tas-sena 2023 u jitlesta lejn l-aħħar tal-2024, kif ukoll xogħlijiet ta’ Microtunneling li mistennija jibdew f’Mejju 2023 u jitlestew f’Ġunju 2024.
San Pawl il-Baħar – xogħol marbut man-new water – sistema tad-drenaġġ
Question
Billi wħud mill-inħawi fejn bħalissa qed isir ix-xogħol marbut man-new water, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, għad m'għandhomx sistema tad-drenaġġ, tista' l-Ministru tgħid jekk mal-istess xogħol hux qed jittieħdu passi biex jgħaddi wkoll main tad-drenaġġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ix-xogħlijiet marbuta man-new water huma mmirati sabiex aktar bdiewa jkollhom aċċess għall-ilma fl-għelieqi tagħhom u allura dan it-tip ta’ xogħol mhux relatat mas-sistema tad-drenaġġ kemm fil-miri tiegħu iżda iktar u iktar fin-natura nnifisha tax-xogħlijiet meħtieġa.
F’dan l-istadju m’hemmx il-ħsieb li tkun estiża s-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi.
Ministeru għal Għawdex — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Ministeru għat-Turiżmu — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tagħha, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtha matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu.
Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi. Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu. Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiz, izda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inzid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu. Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet li jintroduċi policy ta’ presumed consent fejn id-donazzjoni ta’ organi ssir opt-out minflok opt-in?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sistema ta’ kif wieħed isir donatur tal-organi f’Malta hi li jekk pazjent ma jkunx wera preferenza matul ħajtu ikun ikkunsidrat bħala ‘presumed consent’ għad-donazzjoni, jekk ikun hemm ukoll il-kunsens tal-qraba.
Dipartiment tal-Emerġenza — stennija medja għall-għoti ta’ sodda
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hija l-istennija medja sakemm pazjent mill-Emerġenza jingħata sodda f’ward?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħin medju ta’ bejn meta tittieħed deċiżjoni li pazjent ikun ammess fl-isptar mid-dipartiment tal-Emerġenza sakemm jitla' fis-sodda ġo sala huwa ta’ 3 sigħat.