Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5399 u ċjoè: B 'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3681 u b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1672, li ngħatat fil-21 ta' Ġunju 2022, rigward kemm fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali, fejn ġie mwieġeb li “ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej”, jista’ l-Ministru jgħid f'kull triq li ssemmiet fit-tweġiba meta nbeda x-xogħol fuqha, kemm tħallsu flus sa issa fuq kull triq, liema xogħlijiet għad fadal isiru, fiex jikkonsistu, u meta se jingħata l-wearing course? Jista' jgħid ukoll jekk baqax kontijiet pendenti u jekk iva, fiex jikkonsistu u kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1672 u 3681.

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6195, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6214 u jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b. kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tliet karozzi li jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt: Għamla Mixtrija/Mikrija Data Tender/Direct Order Ditta Prezz (VAT eskluża) Peugeot 2008 Mikrija 18/10/2022 Direct Order IC Car Rental €13 kull ġurnata Peugeot 108 Mikrija 15/11/2022 Direct Order IC Car Rental €13 kull ġurnata Peugeot 108 Mikrija 24/10/2022 Direct Order IC Car Rental €13 kull ġurnata

Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — karozzi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6218, tista’ l-Ministru twieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija (a) u tgħid mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma nxtraw l-ebda karozzi għas-Segretarjat Privat tal-Ministru.

Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tagħha

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6199, ladarba l-Ministru ddikjarat li mhux qed tuża s-second car, tista’ tgħid kemm hu l-allowance li qed tieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Ministru għall-Anzjanità Attiva — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6209, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Ministru għall-Ġustizzja — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6208 u jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b. kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għamla tal-karozza uffiċjali li nuża jien hija ta’ Volvo XC60, li tinkera mingħand Gauci Automobiles għal €12,711.84 fis-sena. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ma nagħmilx użu minn second car.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6747, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda pagamenti mħallsa lil din il-kumpanija mill-Ministeru għas-Saħħa.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6748, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda pagamenti mħallsa lil din il-kumpanija mill-Ministeru għas-Saħħa.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6749, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda pagamenti mħallsa lil din il-kumpanija mill-Ministeru għas-Saħħa.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6750, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda pagamenti mħallsa lil din il-kumpanija mill-Ministeru għas-Saħħa.

MFSA – entitajiet liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella li turi kemm-il entità liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) tat surrender volontarja tal-liċenzja tagħha, għal kull sena mill-2013 sal-2022? Jista’ jqassam dawn l-entitajiet skont it-tip ta’ entità (jekk hijiex trust/fiduciary; SICAV; crypto jew tali exchange; jew oħrajn)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed tintalab għas-snin 2013-2021 hija disponibbli għall-pubbliku fuq ir-rapporti annwali tal-MFSA li huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-MFSA. Id-dejta għas-sena 2022 (li għaliha bħalissa għad m'hemm l-ebda rapport annwali disponibbli) tista' tinstab hawn taħt: Sector 2022 2022 surrenders new licences Credit Institutions 1 0 Financial Institutions 3 2 Insurance Undertakings 2 1 Intermediaries * 2 12 Pensions 2 0 Securities Schemes (SICAV) ** 19 7 Investment Firms 7 4 Recognised Fund Administrators 1 0 Fund Managers 2 2 Recognised Incorporated Cell Company 1 0 Notified Alternative Investment Funds 4 8 (Subject to a notification not licensing) Company Service Providers 23 105 Trustees and Fiduciaries 13 0 VFA Framework Service Providers 3 1 Agents 3 0 Ninfurmah ukoll li kien hemm xi tibdil f’xi liġijiet u nbidlet ukoll ċertu nomenklatura fejn ghandu x’jaqsam tip ta' liċenzji. *Id-dejta ma tinkludix l-‘enrolment’ ta’ Tied Insurance Intermediaries ġodda. **It-total tas-SICAV ma jinkludix Sub Funds li m'għandhomx personalità ġuridika.

Bank of Valletta – garanzija fuq self lil soċjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern tax garanzija għas-self li l-Bank of Valletta ta lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u x’tip ta’ garanzija ta? Jista’ jqiegħed id-dokumenti relatati fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-sentenza mogħtija mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fl-24 ta’ Frar 2023 dwar dan il-każ, kif ukoll għax-xhieda tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Finanzi ta’ dak iż-żmien li tinsab fl-istess sentenza.

Persuni fuq is-servizzi soċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6588, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f’Malta u Għawdex, b’mod seperat, li huma fuq is-servizzi soċjali li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jagħti l-kategorija kollha ta’ dawn is-servizzi soċjali u jgħid kemm hemm persuni f’kull kategorija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema servizzi soċjali qiegħed jirreferi. Is-servizzi soċjali li jingħataw mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli huma ħafna minbarra li hemm servizzi soċjali mogħtija minn Ministeri oħra.

Sewqan taħt l-effett tal-kannabis

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6589, jista’ l-Ministru jgħid kif il-pulizija u l-uffiċjali tal-LESA se jkunu qed jaraw li ma jkunx hemm sewqan ta’ vetturi minn persuni taħt l-effett tal-kannabis fid-dawl li skont l-istess tweġiba, din ser tibqa’ illegali meta wieħed ikun qiegħed isuq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-pulizija ser jibqgħu viġilanti biex meta jkun hemm suspett raġonevoli li persuna qed issuq taħt l-effett tad-droga jieħdu azzjoni u jagħmlu talba lill-Maġistrat biex ikun jista’ jawtorizza t-teħid ta’ kampjun/i għal analiżi biex jiġi stabbilit jekk is-suspett ikunx minnu. Uffiċjali tal-LESA jistgħu jikkordinaw mal-Pulizija biex isir dan il-proċess, meta huma jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet fejn ikollhom ukoll l-istess suspett raġonevoli.

Sewqan taħt l-effett tal-kannabis

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6589, jista’ l-Ministru jgħid kif uffiċjali ta’ Transport Malta se jkunu qed jaraw li ma jkunx hemm sewqan ta’ vetturi minn persuni taħt l-effett tal-kannabis fid-dawl li skont l-istess tweġiba, din ser tibqa’ illegali meta wieħed ikun qiegħed isuq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kap. 65, l-Ordinanza Dwar it-Traffiku, diġà tipprovdi għal tali istanzi elenkati mill-Onor. Interpellant. Il-Gvern għandu l-intenzjoni li jkompli jsaħħaħ il-providimenti legali elenkati fil-Kapitlu tal-Liġijiet ta' Malta ċitat.

San Ġiljan — ġbir ta’ skart barra mill-iskeda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6055, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-boroż maħruġa barra mill-iskeda hux qed jinġabru ġewwa San Ġiljan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Reġjonali tal-Lvant illi l-Kuntrattur m’għandux obbligu li jiġbor boroz jekk dawn ikunu maħruġa barra mill-iskeda. Madanakollu infurmat li sakemm l-iskeda l-ġdida tindara minn kulħadd, il-Gvern ċentrali ħaseb li jkun hemm pjan ta’ kontinġenza sabiex l-ebda skart ma jitħalla fit-toroq.

E-scooters — regolarizzazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6584, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-“istudju dettaljat” imsemmi minnu fl-istess tweġiba?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għad-dokument maħruġ minn Transport Malta għall-konsultazzjoni pubblika f'Settembru tal-2019, liema dokument jelenka ħafna mill-informazzjoni misjuba wara l-istudju msemmi. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument maħruġ mill-Awtorità tat-Trasport.

Fondazzjoni Lino Spiteri – xogħol għal persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tinsab fuq ir-reġistru biex taħdem taħt l-iskeda/Fondazzjoni Lino Spiteri, se tingħata xogħol, u dan fid-dawl li hi trid taħdem iżda ħadd ma bagħat għaliha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus flimkien mal-Fondazzjoni Lino Spiteri toffri servizz minnufih lil kull persuna li tinsab fuq ir-reġistru. Dan wara li jiġi evalwat kull każ speċifiku sabiex tittieħed azzjoni li tindirizza l-bżonnijiet, il-ħiliet u l-aspirazzjonijiet tal-persuna, bil-għan li kull persuna ssib impjieg addattat u li jkun sostenibbli.

Manutenzjoni ta’ ambulanzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu responsabbli tal-manutenzjoni tal-ambulanzi, proprjetà tal-Gvern u dawk li huma mikrija mill-privat, f'każ ta’ general maintenance jew inċidenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7070.