Legislature:
Category:
Reset
Active:

Laqgħat ma’ individwu fil-Ministeru għas-Saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti elenku tal-laqgħat li attenda l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fil-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Kampanija ‘Sib Job fil-Films’ — impjieg

Question

Fid-dawl tal-kampanja li għaddejja bħalissa 'Sib Job fil-Films’, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed iwiegħed lill-ħaddiema hux ser ikun impieg permanenti garantit għal medda ta' snin jew xogħol temporanju għal ftit xhur?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2022 il-qasam tal-films ħaddem kważi elfejn ruħ bi ftit aktar minn 900 crew ikunu Maltin. Dan ifisser li s-settur jiflaħ iħaddem aktar Maltin. Għalkemm il-jobs fil-films jiġu offruti mis-settur privat, il-Kummissjoni Maltija tal-Films ħasbet biex tinvesti fit-taħriġ ta’ aktar Maltin u Għawdxin biex ikollhom l-opportunità jagħżlu job fil-films.

Santa Luċija – bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm bus stop shelters f’diversi toroq f’Santa Luċija, Malta, billi diversi persuni jridu jistennew il-karozza tal-linja sajf u xitwa mingħajr ilqugħ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7199 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Santa Luċija – bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm bus stop shelters f’diversi toroq f’Santa Luċija, Malta, billi diversi persuni jridu jistennew il-karozza tal-linja sajf u xitwa mingħajr ilqugħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija, li fl-istess lokalità hemm numru ta’ bus shelters li waqt li kien qed isir il-proġett tal-promenade u l-junction ta’ Santa Luċija, l-entità kkonċernata kienet ħadet id-deċi¿joni li tinbidel id-direzzjoni tat-traffiku f’ċertu toroq u għaldaqstant kien hemm xi bus shelters antiki li spiċċaw fuq in-naħa opposta tat-triq, filwaqt li l-bus stops il-ġodda pre¿enement għadhom mingħajr bus shelter. Infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija kkomunika u għadu qiegħed jikkomunika mal-entità kkonċernata sabiex dawn l-istess bus shelters isiru fuq in-naħa t-tajba tat-triq.

Il-Furjana – ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena – fondi allokati għaż-żamma tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi allokat biżżejjed fondi sabiex il-Ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena jiġu miżmuma aħjar, billi għandhom bżonn kura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-fondi li l-Kunsilli Lokali jingħataw sabiex iwettqu l-funzjonijiet statutorji tagħhom, inkluża l-funzjoni taż-żamma u manutenzjoni ta’ ġonna u parks pubbliċi, huma kif stabbiliti fil-formula li hemm fl-Att dwar Gvern Lokali (Kap. 363). Intant infurmat ukoll mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-Kunsill Lokali tal-Floriana din is-sena ġie allokat is-somma ta’ €55,900 għal din il-funzjoni.

Il-Furjana – ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena – assistenza għaż-żamma tagħhom

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi assistit u l-Ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena jiġu miżmuma aħjar billi għandhom bżonn kura?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Furjana – ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena – assistenza għaż-żamma tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi assistit u l-Ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena jiġu miżmuma aħjar billi għandhom bżonn kura?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Furjana – ġnien Sir Luigi Preziosi – grounds tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi assistit sabiex il-grounds tal-futbol li hemm fil-Ġnien Sir Luigi Preziosi jiġu miżmuma aħjar billi għandhom bżonn kura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill imsemmi qatt ma saritlu talba f’dan is-sens.

Ftehim bejn il-Ministeru u l-provider tal-iskema tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim bejn il-Ministeru u l-provditur tal-iskema tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – miżuri favur l-ambjent

Question

B'referenza għal parti mit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4855, tista' l-Ministru tgħid x'miżuri favur l-ambjent ittieħdu fid-dekasteru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà tajt għall-istess Mistoqsija Parlamentari din id-darba bin-numru 4855.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — ħaddiema b’diżabilità

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4909 tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies li huma b'diżabilità li jużaw is-siġġu tar-roti u jaħdmu fid-dekasteru tagħha? Hemm aċċessibilità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità imma, fejn applikabbli, il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jikkonformaw mar-regolamenti stabbiliti dwar aċċess għal kulħadd. Fejn ikun hemm talbiet speċifiċi jsir sforz, anke bl-għajnuna tal-Employee Support Programme, biex isiru arranġamenti meħtieġa.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrpriża – persuni b’diżabilità fiżika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru tagħha li għandhom diżabilità fiżika, iżda ma jużawx siġġu tar-roti? X'miżuri ttieħdu biex dawn ikunu komdi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6565.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrpriża – persuni b’diżabilità intellettwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies b'diżabilità intellettwali jaħdmu fid-dekasteru tagħha? X'miżuri ttieħdu biex dawn jaħdmu mingħajr diffikultà?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6565.

Il-Mosta — Supretendent tal-Pulizija fid-distrett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-Distrett tal-Mosta hemmx Supretendent tal-Pulizija assenjat ma’ dan id-distrett biss? Jekk le x’inhi r-raġuni? Jista' jgħid liema distrett ieħor qed jieħu ħsieb is-Supretendent li qed ilaħħaq id-distrett tal-Mosta fil-preżent?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm Supretendent tal-Pulizija li huwa assenjat biex flimkien mad-Distrett ta’ Birkirkara jkopri wkoll id-Distrett tal-Mosta, kif l-esiġenzi jiddettaw. Infurmat illi fl-aħjar interess tal-Korp u tal-pubbliku inġenerali, meta jkun hemm il-ħtieġa, bħalma dejjem kienet il-prassi, kull kambjament, tqassim u rotazzjoni ta’ membri tal-Korp isir skont in-neċessitajiet u s-sitwazzjoni fiż-żmien ikkonċernat.

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema fi grad mediku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4867 kollha kemm hi (intera) u jgħid x'inhu l-proċess biex wieħed jaqleb minn grad mediku għal grad tekniku jew industrijali mal-Ministeru għal Għawdex mingħajr ma toħroġ sejħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 4867.

Toroq f’Għawdex — fondi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4600 dwar il-fondi tar-‘Rural Development Programme 2014-2020' li applika għalihom il-Ministeru għal Għawdex , jista’ l-Ministru jgħid x' inhuma r-raġunijiet għala ma ġietx aċċettata ebda triq biex issir minn dawn il-fondi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq imsemmija kienu preżentati bħala proġett wieħed. Filwaqt li l-applikazzjoni kienet ikkunsidrata favorevolment fit-totalità tagħha, il-kumplessità tan-natura tax-xogħlijiet u l-ispejjeż relatati rriżultaw fi żvantaġġ meta kkumparata ma' applikazzjonijiet oħra fl-istess sejħa.

Pagamenti lil kumpaniji

Question

B'effett minn meta ġew iffirmati l-kuntratti mal-kumpaniji, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, sal-lum, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu l-pagamenti li ngħataw lil dawn il-kumpaniji, sena b'sena? Jista' jinkludi wkoll f'dawn l-ammonti kull pagamenti li ngħataw, anke dawk li ma kenux skont il-kuntratt? Jista' jgħid kemm ġew miżmuma minn dawn l-ammonti għal nuqqasijiet ta' dawn il-kumpaniji, sena b' sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6980.

Ministeru għal Għawdex – proġetti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5398 u jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li applika għalihom il-Ministeru għal Għawdex u li ma ġewx aċċettati biex isiru permezz tal-'Operational Programme I - European Structural and Investment Funds 2014-2020' “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont globali fi flus li ħa l-Ministeru għal Għawdex minn dan il-programm matul is-snin 2014 u 2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li ma ġewx aċċettati biex isiru permezz tal-Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”, huma Promoting the Water Heritage of Gozo u Upgrading of Taċ-Ċawla Housing Estate. L-ammont globali fi flus li ħa l-Ministeru għal Għawdex minn dan il-programm matul is-snin 2014 u 2020 huwa ta’ €7,708,688.

Ministeru għal Għawdex – tender għas-servizz ta’ sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender li nħareġ reċentement għas-servizz ta' sigurtà mill-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid għaliex reġa’ ħareġ mill-ġdid? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat dan il-kuntratt u għal kemm-il sena hu dan it-tender u jelenka s-servizzi kollha li se jkunu qed jingħataw u fejn se jingħataw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.