FIAU – għoti ta’ multi ’l fuq minn 10% tat-turnover
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji jew professjonisti li bejn l-2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ngħataw multa mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li taqbeż l-10% tat-turnover tal-istess subject person?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika mitluba ma tistax tingħata għax ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-multi mogħtija mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li ġew imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell, kemm kienet il-multa oriġinali u kemm ordnat li tkun il-Qorti tal-Appell?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika mitluba hija skont it-tabella t'hawn taħt:
Penalty as issued by FIAU
Penalty as confirmed by the Court
€17,500
€17,500
€42,500
€42,500
€139,500
€0
€3,711,300
€851,792
€30,000
€30,000
€8,000
€0
€10,999
€1,214
€6,080
€0
€6,000
€500
€6,600
€0
€40,500
€6,450
€110,277
€15,749
€156,202
€31,240
€18,750
€7,950
€327,500
€68,000
€58,238
€7,000
€9,000
€2,600
€12,000
€2,000
€10,500
€2,000
€30,000
€4,000
€26,707
€17,500
€20,000
€7,000
€6,600
€0
€500,017
€375,013
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ivverifikax jekk hux minnu li d-deċiżjonijiet dwar il-kuntratti lil Vitals/Steward ġew diskussi fil-Kabinett? Jista’ jgħid jekk dan iddiskutiehx mal-membri tal- Kabinett tiegħu li kienu jagħmlu parti mill-kabinett tal-Eks Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
L-Awditur Ġenerali diġà rrelata dwar dak mistoqsi fil-konklużjonijiet tar-rapporti tiegħu dwar is-suġġett.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ivverifikax jekk is-side agreement tal-100 miljun Ewro kienx ġie diskuss fil-Kabinett? Jista’ jgħid jekk dan iddiskutiehx mal-membri tal-Kabinett tiegħu li kienu jagħmlu parti mill-kabinett tal-Eks Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Diġà weġibt pubblikament li l-ewwel darba li rajt dan il-kuntratt kien wara li ġie ffirmat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ jew tkellem mal-Eks Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara s-sentenza ‘Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni l-Avukat Dr Adrian Delia vs Onorevoli Prim Ministru ta’ Malta Dr Joseph Muscat et’ (Rikors Numru 133/2018 FDP), deċiża fl-24 ta’ Frar 2023, biex jiddiskutu l-istess sentenza u possibbli l-appell?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la ltqajt u lanqas tkellimt mal-Eks Prim Ministru biex niddiskutu s-sentenza u l-possibbli appell.
Passi fil-konfront ta’ uffiċjali misjuba responsabbli għal nuqqas ta' ħarsien tal-interess nazzjonali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara s-sentenza ‘Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni l-Avukat Dr Adrian Delia vs Onorevoli Prim Ministru ta’ Malta Dr Joseph Muscat et’ (Rikors Numru 133/2018 FDP), deċiża fl-24 ta’ Frar 2023, bediex jara min kienu l-uffiċjali kollha li l-Qorti sabet responsabbli għal nuqqas ta' ħarsien tal-interess nazzjonali? Jista’ jgħid x’passi biħsiebu jieħu fil-konfront tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif jaf sew l-Onor. Interpellant is-sentenza għadha m’għaddietx inġudikat.
Persuni involuti fl-għoti ta’ kuntratti lil kumpaniji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jindaga biex jara hemmx persuni oħra involuti min-naħa tal-Gvern li kienu involuti fil-kuntratti mogħtija lil Vitals/Stewards u naqsu bil-kbir fl-obbligi u r-responsabbiltà tagħhom bi ħsara għall-poplu Malti?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Qorti esprimiet ruħha wara provi miġjuba quddiemha, fost oħrajn mill-istess interpellant, f’sentenza ta’ 136 faċċata li għadha m’għaddietx inġudikat.
San Pawl tat-Tarġa, Naxxar – Torri tal-Kaptan – manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu pprovduti fondi sabiex post storiku u ta’ valur magħruf bħala t-Torri tal-Kaptan f’San Pawl tat-Tarġa, Naxxar, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa wara ħsarat strutturali li ġarrab wara l-maltempata li seħħet f’pajjiżna ftit tal-ġimgħat ilu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tieghu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5711 u 6596, u jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet fl-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn għadhom pendenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Artijiet bdiet taċċetta domandi mill-pubbliku fil-forma ta’ applikazzjonijiet, u żżomm rekord diġitali ta’ dawn mill-1 ta’ Settembru 2020 biss. Qabel dan, it-tweġiba tar-risposta tkun tirrekjedi tfittxija manwali fil-files kollha ta’ l-Awtorità. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant mitluba tikkunsidra li tillimita l-iskop tal-mistoqsija għal dawk l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi sa mit-twaqqif tal-Awtorità u t-tħaddim tas-sistema tal-Online Forms.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' xogħol tinvolvi l-kariga ta’ CEO ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC)?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għad-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6560, ninfurmaha li r-rwol ta’ CEO m’għandux sigħat fissi. Ix-xogħol ta’ CEO jitkejjel fuq il-kwalità u l-prestazzjoni aktar milli fuq il-kwantità. Il-kisbiet li għamel is-CEO ta’ Dar il-Mediterran huma bla preċedent. Il-finanzi tal-MCC huma fuq sisien sodi wara li l-entità rreġistrat profitti operazzjonali rekord minkejja li għaddiet minn pandemija u saru investimenti massivi fil-propjetà b’medja ta’ €1.05m fis-sena għall-kuntrarju ta’ €190,000 fis-sena li kienu jiġu investiti mill-amministrazzjoni preċedenti bejn l-2008 u l-2012.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikanti li ssodisfaw il-kriterji sabiex jitqiesu eleġibbli għas-sejħa għall-offerti maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet “Provision of Professional Services of lawyers to provide legal services to the Lands Authority” (CT 2163/2021)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-lista ssib l-applikanti li ssodisfaw il-kriterji sabiex jitqiesu eliġibbli għas-sejħa għall-offerti.
Tender ID
Name of Tenderer
170072
Kris Scicluna
170058
ACJ Cleaning and Hospitality Services Ltd
170051
Aequitas Legal
170029
Dr. Marc Sant
169970
Alexia J Farrugia Zrinzo
169969
Lara Chetcuti
169737
Karl Tanti
169703
Dr Stephanie Abela
169582
Dr Justyne Caruana
168974
Luke Dalli
168972
Matthew Paris
168773
Josephine’s Law Firm
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu D Visas kull xahar matul is-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kif mitluba hi kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Tajjeb wieħed jirrimarka li fl-2020 u l-2021 in-numri kienu affettwati mill-pandemija tal-COVID-19.
Xahar202020212022
Jannar20173941602
Frar12314592164
Marzu3074011805
April1134521345
Mejju1925571547
Ġunju2266713879
Lulju1414964705
Awwissu1589353655
Settembru48311782411
Ottubru40015282240
Novembru43020141794
Diċembru43216431545
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4594 u jgħid kemm daħlu appelli fis-sena 2022 quddiem l-Immigration Appeals Board? Kemm minn dawn l-appelli li ġew introdotti fis-sena 2022 ġew deċiżi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6873.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4595 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ appelli pendenti quddiem l-Immigration Appeals Board fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6873.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjonijiet effettivi qed jittieħdu fir-rigward ta' azzjoni ta' infurzar EC/00169/22 minħabba ksur tal-kontroll tal-ippjanar dwar permess PA/07319/18, partikolarment dwar iċ-ċilindri tal-gass li qed jitħallew barra, il-madum li twaħħal kontra l-permess, u umbrelel ’il barra miż-żona allokata għall-imwejjed u s-siġġijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-avviż ta’ infurzar bin-numru EC/0169/22 maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar huwa soġġett għal multa għal kull ġurnata li tibqa’ tiddekorri sakemm l-iżvilupp illegali jitneħħa jew jiġi sanzjonat jew regolarizzat b’permess ta’ żvilupp.
Peress li sar appell mid-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni ta’ żvilupp PA1337/22, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tipproċedi b’azzjoni ulterjuri fuq l-avviż ta’ infurzar EC/0169/22 minħabba l-provvedimenti tal-artikolu 97(8) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552).
Madankollu, jekk hemm periklu fuq is-sit minħabba ċilindri tal-gass, dan mhux fil-kompetenza tal-Awtorità tal-Ippjanar biex tieħu azzjoni. Tali konsiderazzjoni għandha tiġi riferuta lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Pulizija, jew lill-awtoritajiet tas-saħħa. Azzjoni tista’ wkoll tittieħed minn awtoritajiet oħra bħalma huma Transport Malta u l-Awtorità tal-Artijiet, li mhumiex miżmumin milli jieħdu azzjoni bl-artikolu 97(8) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552).
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fir-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali minn dak mogħti fil-mistoqsija parlamentari 18427 tat-XIII-il Leġiżlatura? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi benefiċċji jew perkaċċi oħra ma' din ir-remunerazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda tibdil fir-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal- Bank Ċentrali minn dak mogħti fil-mistoqsija parlamentari 18427 tal- XIII-il Leġiżlatura.
Il-benefiċċji tal-użu ta’ karozza, mobile phone u assikurazzjoni huma wkoll l-istess bħal dawk li jingħataw lill-Gvernaturi ta’ qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jieħu xi passi dwar il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali wara s-sentenza tal-kawża ‘Adrian Delia vs Prim Ministru et al’, li fiha ġie ddikjarat li l-kuntratt li sar mal-Vitals u ma' Steward meta dan il-Gvernatur kien Ministru għall-Finanzi huwa wieħed frawdolenti u ddikjarat null?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għax-xhieda relevanti minn individwi li okkupaw irwoli fil-Ministeru għall-Finanzi kif ukoll nitlob l-Onor. Interpellant jinforma ruħu fuq l-indipendenza u l-awtonomija li joperaw fihom istituzzjonijiet simili.
Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-laqgħat li attenda l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Berġa ta' Kastilja, bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma ltqajt ma’ Ram Tumuluri.
Laqgħat ma’ uffiċjali/rappreżentanti ta’ kumpaniji fil-Berġa ta’ Kastilja
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-laqgħat li attendew uffiċjali jew rappreżentanti ta' Vitals u/jew Steward Healthcare fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Berġa ta' Kastilja, bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.