Legislature:
Category:
Reset
Active:

Użu minn servizz ta’ xufier u karozza – termination package

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6887, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-termination package? Jista' jgħid minn min kien approvat, kif indikat, f’Diċembru 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

Dettalji ta dak li qed tistaqsi dwaru, ingħataw fi tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7134 tal-Leġiżlatura XIV.

Dipartiment tal-Emerġenza – trattament ta’ persuni fi stat ta’ emerġenza/suwiċidju

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega l-pathway ta’ kif tiġi ttrattata/kurata persuna li tbati minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali li tattendi l-Emerġenza u tkun fi stat ta’ emerġenza jew ta’ suwiċidju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li jbatu minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali li jattendu l-Emerġenza, l-ewwel jiġu evalwati mit-tobba tal- emerġenza u jekk dan jiġi kkonfermat, it-tim psikjatriku li jkun on call 24/7 jissejjaħ biex jara lill-pazjent u jiddeċiedi dwar aktar kura.

Wied bejn l-Imtarfa, Rabat u l-Imdina – tindif

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se titnaddaf u tingħalaq il-grada li ġiet istallata fil-wied ta’ bejn l-Imtarfa, ir-Rabat u l-Imdina wara li sar abbuż u ntrema skart tal-kostruzzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 5709 u 5895, nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Imtarfa – permess għal antenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx permessi għall-antenni li twaħħlu u/jew se jitwaħħlu fl-Imtarfa biex jittrasmettu TV u 5G?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onorevoli interpellant jispeċifika it-tip t’antenni li qed jistaqsi dwarhom. Filwaqt li ninforma li Klassi 7 (Żvilupp li għandu x’jaqsam mat-telekomunikazzjoni) ta’ l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar żvilupp (L.S. 552.08) tipprovdi li: “(i) It-tqegħid, manutenzjoni jew alterazzjoni ta’ kwalunkwe tagħmir tat-telekomunikazzjoni sakemm l-iżvilupp ma jinsabx f’ODZ jew fi proprjetà skedata. Sakemm l-iżvilupp ma jinkludix – (a) it-tlugħ ta’ bini jew bidliet f’xi bini; jew (b) l-introduzzjoni ta’ arbli biex iġorru wiring ’l fuq mill-art u, jew strutturi ogħla minn għaxar metri biex isostnu dan it-tagħmir permess; jew (ċ) ħsara diretta jew indiretta lil xi bini eżistenti li huwa skedat jew monumenti, fdalijiet arkeoloġiċi li jinkludu xeltrijiet sotterani, ġwiebi, mini tal-ilma, ħitan tas-sejjiegħ u paviment tal-ġebel.” ma jirrikjedix permess formali ta’ żvilupp.

Imtarfa – testijiet dwar antenni

Question

Fid-dawl li twaħħlu antennas qrib residenzi fl-Imtarfa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux testijiet dwar kif jistgħu jaffettwaw is-saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 21701 tat-XIII-il Leġiżlatura.

Awtorità tal-Artijiet – sejħa għall-offerti CT 2163/2021 – avukati li ffirmaw il-kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-avukati kollha li ssodisfaw il-kriterji għat-tender sabiex jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet (CT 2163/2021) iffirmawx il-kuntratt u provdewx garanzija bankarja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt imsemmi ġie kkanċellat.

Awtorità tal-Artijiet – sejħa għall-offerti CT 2163/2021 – avukati li ffirmaw il-kuntratt

Question

Minn dawk l-avukati li ffirmaw il-kuntratt marbut mat-tender CT 2163/2021 sabiex jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet u pprovdew garanzija bankarja, jista’ l-Ministru jgħid sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm ingħataw xogħol u jelenka r-remunerazzjoni li ngħatat lil kull avukat jew organizzazzjoni s'issa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7164.

Laqgħat ma’ uffiċjali/rappreżentanti ta’ kumpaniji fil-Ministeru għas-Saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti elenku tal-laqgħat li attendew uffiċjali jew rappreżentanti ta' Vitals u/jew Steward Healthcare fil-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx maħtura l-membri tal-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet stabbilit skont l-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81? Jekk inħatru l-membri jista’ jgħid min huma, meta ġew maħtura u għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ kull wieħed minnhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Kummissjoni tal-Liġijiet – membri u ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Law Commission, meta saret il-ħatra ta’ kull membru u għal kemm żmien? Jista’ jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-Law Commission u f’kull każ x’inhi l-kariga tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Il-Kummissjoni għal-Liġijiet hija magħmulha mill-Kummisarju tal-Liġijiet li ġie maħtur fl-2021 b’terminu ta’ 3 snin. Il-Kummissjoni timpjega assistent għall-Kummissarju u xufier/messaġier. Barra minn hekk, mal-Kummissjoni hemm kuntrattati 6 avukati.

IDPC – uffiċċju – deċiżjonijiet fuq penalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC) kemm ta deċiżjonijiet fejn impona penalitajiet minħabba nuqqas ta’ ħarsien ta’ regolamenti dwar id-data protection matul l-2022? F’kull każ jista’ jgħid kemm kien l-ammont tal-penali u jekk ġietx ikkontestata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2022, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data impona multa amministrattiva f'erba' każijiet, wara li ġie konkluż li l-kontrollur tad-data rispettiv kiser il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. L-ammont tal-multa u jekk id-deċiżjoni tal-Kummissarju, li permezz tagħha impona tali multa, ġietx ikkontestata, huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. L-appelli taż-żewġ multi msemmija f'din it-tabella għadhom mhux konklużi. Ammont tal-multa amministrattivaDeċiżjoni appellata €250,000Iva €65,000Iva €5,000Le €2,500Le

Leasing of Premises in Qala to House a Community Clinic for Primary Healthcare within the Ministry for Health

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex tikkonsisti s-sejħa li ħareġ reċentement il-Ministeru tiegħu 'Leasing of Premises in Qala to House a Community Clinic for the Primary Health Care within the Ministry for Health' CFT026-3021/23 (CPSU1956/22) u jgħid kemm se tqum fi flus din is-sejħa u għal kemm-il sena hi s-sejħa? Jista’ jgħid fejn fil-passat kien jiġi offrut dan is-servizz ġewwa r-raħal tal-Qala u għala ma baqax jiġi offrut dan is-servizz minn dan il-post? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent minn fejn qed jingħata dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara sejħa pubblika instab sit minn fejn ser tibda topera Klinika Kommunitarja għas-Saħħa fil-Qala. Dan is-sit ser jinkera għas-somma ta’ €12,000 fis-sena. Ninfurmaħ ukoll illi l-klinika l-qadima tal-Qala ma kinitx adegwata peress illi kienet lokata f’kamra waħda ġo skola.

Ir-Rabat – Ċimiterju ta’ Santa Marta – manutenzjoni u xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22261 u 22840 tat-13-il Leġiżlatura intera (kollha kemm huma) rigward iċ-Ċimiterju ta' Santa Marta fir-Rabat u jgħid x’tip ta’ manutenzjoni u xogħol ieħor sar u kemm ġie jiswa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marta fir-Rabat, f’dawn l-aħħar sitt snin maqsuma sena b’sena u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid x’hemm ippjanat bħala manutenzjoni u xogħol ieħor li jsir f’dan iċ-ċimiterju matul is-sena 2023 u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22840, nerġa' ntenni li l-Ministeru se jkun qed jara biex fix-xhur li ġejjin issir il-manutenzjoni meħtieġa b’kollaborazzjoni mas-Superintendence for Cultural Heritage.

Ir-Rabat Malta – Kappella tas-Sanċier — restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx rapport tal-istat li tinsab fiha l-Kappella tas-Sanċier ir-Rabat Malta u hemmx pjan biex isir restawr immedjat u meta ħa jibda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-għaqda non-governattiva ‘Din l-Art Ħelwa’ ssottomettiet rapport dwar l-istat ta’ konservazzjoni tal-Kappella tas-Sanċir bħala parti mid-dokumenti meta saret it-talba għal kustodja tal-istess kappella. F’dan l-isfond, infurmat li fondi għar-restawr jistgħu jingħataw ladarba it-talba għal kustodja tal-binja tiġi milqugħa. Intant infurmat li t-talba qiegħda tiġi pproċessata mill-awtorità kkonċernata.

Partial Knee Replacement – lista ta’ stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'partial knee replacement'?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 133 persuni jistennew il-partial knee replacement.

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attendejt għall-EYCS Council li sar bejn it-28 u d-29 ta’ Novembru (2022) u mistenni nattendi għall-istess Kunsill li jsir bejn il-15 u s-16 ta’ Mejju 2023.

Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – laqgħat fl-UE

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala prassi, u sa fejn ikun possibbli, jien nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi. Normalment dawn ikunu jinkludu il-laqgħat li jsiru tal-Kunsill Ministerjali tal-Ambjent kif ukoll dak tal-Enerġija.

Ministru għall-Ġustizzja – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien attendejt għal dawn il-laqgħat li ġejjin mill-bidu ta' din il-leġiżlatura: - 9 ta’ Ġunju 2022 – Justice and Home Affairs Council ġewwa l-Lussemburgu - 13 u 14 t’Ottubru 2022 – Justice and Home Affairs Council ġewwa l-Lussemburgu - 8 u 9 ta' Diċembru 2022 – Justice and Home Affairs Council ġewwa Brussell - 9 u 10 ta’ Marzu 2023 – Justice and Home Affairs Council ġewwa Brussell Intant fix-xhur li ġejjin ser nattendi l-Justice and Home Affairs Council bejn it-8 u 9 ta’ Ġunju 2023 ġewwa l-Lussemburgu.

Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt u mistenni nattendi laqgħat hekk kif ġej: 25-26 ta’ Jannar – Swedish Informal Home Affairs Council Meeting – Stokkolma, l-Iżvezja, 3-4 ta' Marzu - Med 5, Malta 9 ta’ Marzu – Formal Justice and Home Affairs Council Meeting – Brussell, il-Belġju. 20-21 ta’ Marzu – Jumbo Foreign and Defence Council Meeting + Schuman Security and Defence Forum 2023 – Brussell il-Belġju 8/9 ta’ Ġunju (Dettalji għad iridu jiġu mħabbra) – Formal Justice and Home Affairs Council Meeting – Lussemburgu.

Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.