Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali tat-12-il Distrett Elettorali – xiri ta’ proprjetà jew art

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7002 dwar xiri jew żvilupp ta' proprjetà minn kunsilli lokali jew kumitati reġjonali, billi fit-tweġiba ngħad li l-informazzjoni mitluba teħtieġ eżerċizzju li jieħu żmien twil u ħafna riżorsi, jista' l-Ministu jgħid liema kunsilli lokali fit-12-il Distrett Elettorali xtraw proprjetà jew art matul is-snin 2022 u 2023? Liema kunsilli lokali għandhom il-ħsieb li jixtru proprjetà jew art matul is-sena 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-informazzjoni rikjesta tinsab hawn taħt: Kunsill Lokali Xiri u Żviluppi ta' Proprjet à fil-Lokalitajiet 2022 2023 In-Naxxar NIL Xiri ta’ art biswit il-Mitħna tal-Għaqba Triq Giuseppe Stivala Data tal-kuntratt: 26/1/2023 In oltre, ninsab infurmat illi l-lokalitajiet l-oħrajn tat-12-il Distrett ċjoè l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar issottomettew NIL reply.

Imtarfa — użu mill-binja tal-iskola primarja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7146, jista' l-Ministru jgħid jekk il-binja tal-iskola primarja tal-Imtarfa hux se tintuża bħala skola fil-futur wara li tiġi rijabilitata l-istess binja peress li l-istqarrija PR230217 li l-Ministru rreferieni għaliha f'din it-tweġiba ma tgħid xejn dwar dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fis-seduta numru 102 għal mistoqsija supplimentari li saritli, intenni li l-binja tal-Imtarfa mhux adegwata biex tintuża.

Sptar San Luqa — Hydrotherapy pool

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7080, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk hux se ssir hydrotherapy pool oħra barra dik li hemm preżentement fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7080.

Sptar Mater Dei – apparat fis-Sleep Lab

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5271, jista' l-Ministru jgħid xi progress kien hemm dwar iż-żewġ tenders għad-Dipartiment tal-iSleep Lab?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn it-tenders li qiegħed jirreferi għalihom jagħlqu fit-22 ta’ Marzu 2023.

Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej – karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozza uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtrat u kemm ġiet tiswa l-karozza uffiċjali tiegħu; u/jew b. kemm qed tinkera kuljum il-karozza uffiċjali tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali użata mis-Segretarju Parlamentari (Fondi Ewropej) hija BMW 520D. Din tinkera mill-kumpanija Vision Car Leasing Ltd. b’rata ta’ €32.58 (VAT eskluż) kuljum.

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6193, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hi l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6192, ladarba d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hi l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 36589 li ngħatat il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Legiżlatura X1.

Protection orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw protection orders minħabba vjolenza domestika mis-sena 2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-15 ta’ Marzu 2023 tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Sena Numru ta’ Ordnijiet ta' Protezzjoni relatati ma’ Vjolenza Domestika Numru ta’ Temporary Protection Orders relatati ma’ Vjolenza Domestika 2020 91 37 2021 48 16 2022 88 33 2023 3 0

Embellishment ta’ housing estates

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’embellishment sar, fejn sar, u x'tip ta’ embellishment sar fil-Housing Estates madwar Malta?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar tisbiħ u manutenzjoni ta’ binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali, mis-sena 2013 sal-2022 l-Awtorità tad-Djar wettqet diversi proġetti ġewwa Housing Estates madwar Malta. Ix-xogħlijiet f’dawn il-proġetti jiffukaw primarjament fuq tisbiħ tal-faċċati, tindif tal-ġebla, tikħil ta’ fili, kisi u żebgħa tal-ħitan, waterproofing fuq il-bjut u rinovar ġenerali tal-partijiet komuni skont xi jkun meħtieġ l-aktar fil-binja partikolari. Lista’ tal-proġetti li twettqu u tlestew f’dawn l-aħħar snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Formolarju tal-Gvern – mediċini għall-Parkinson's Disease

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'mediċini għall-Parkinson's Disease hemm fuq il-formolarju tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ewwel tabella mehmuża tindika l-mediċini li hemm fuq il-formolarju tal-Gvern għall-Parkinson’s Disease, waqt li t-tieni tabella turi mediċini oħra biex ittaffu s-sintomi ta’ l-istess kundizzjoni. Mediċini speċifikament għat-trattament tal-Parkinsons Amantadine 100mg tabs Benzhexol 2mg Bromocriptine 2.5mg tab Levodopa + bensarazide 100mg + 25mg dispersible tab Levodopa + bensarazide 100mg + 25mg tabs Levodopa + bensarazide 200mg + 50mg tabs Levodopa + bensarazide 50mg + 12.5mg tabs Levodopa + carbidopa 100mg + 10mg tabs Levodopa + carbidopa + Entacapone 100mg + 25mg + 200mg tabs Orphenadrine 50mg tabs Procyclidine 10mg/2ml IV/IM inj Procyclidine 5mg/5ml syrup Procyclidine 5mg tabs Rasagiline 1mg tabs Ropinorole 5mg tabs Ropinorole 5mg tabs Ropinorole 250 mcg tabs Seleginine 5mg tabs Laxatives - Ispaghula Husk powder, Lactulose Syrup, Glycerol suppositories, Phosphate Enema Urinary incontinence – Oxybutinin 5mg tabs Topical preparations – Lidocaine 5% gel, Lubricating jelly 1. Enteral feeds, fluid thickeners and other equipment Carbohydrate Energy Supplement powder Complete Nutritional Liquid 200ml Complete Nutritional Preparation Liquid 500ml Fluid Thickener powder High Protein Powder Water for Injection

Persuni li jbatu mis-cystic fibrosis u kura

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni jbatu mis-cystic fibrosis u x'kura qiegħda tingħata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 19-il persuna li jbatu mis-Cystic Fibrosis. 6 minn dawn huma tfal u jieħdu CF Treatment kollu. 11 minn dawn huma kbar u qegħdin fuq terapija Kaftrio. 2 persuni ma jieħdux t-trattament, waħda imħabba il-ġenetika u l-oħra għax irrifjutat it-trattament.

Mosta – Xogħlijiet ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5810, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li għandhom jiġu rranġati, jew għandu jsir xi xogħol fuqhom, tul l-2023?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ xogħol infrastrutturali f’toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, fosthom fil-Mosta, matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.

Sa Maison – uffiċċju okkupat minn individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sa liema żmien l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament se jkompli jokkupa l-uffiċċju f’Sa Maison, liema uffiċċju huwa proprjetà tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 2150 u 7134 tal-Leġiżlatura XIV.

Malta Business Registry — Kumpaniji li m’hemmx informazzjoni dwarhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kumpaniji reġistrati hawn Malta li dwarhom ma teżisti ebda informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-Malta Business Registry (MBR)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kumpanija reġistrata hawn Malta għandha l-informazzjoni, kif mitluba skont il-liġi, aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-portal miżmum mir-Reġistratur tal-kumpaniji.

Baġit– tnaqqis minn line items

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5440, 5441 u 5442 fejn il-Ministru rreferiet għat-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 5439 li tgħid li "l-allokazzjonijiet ma tistax issir b’mod iżolat imma trid tieħu kunsiderazzjoni l-allokazzjoni totali tal-vot", tista’ l-Ministru tispjega għalfejn użat il-line items?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-infiq tal-flus mil-line items ivvutati fil-Baġit jitmexxa mid-dipartimenti u l-entitajiet rispettivi li jaraw ukoll li l-infiq isir skont ir-regoli, ninformah ukoll li l-allokazzjoni taħt kull line item tintuża għall-iskop li għalih tkun saret l-approprjazzjoni. Meta imbagħad ikun hemm ċirkostanzi fejn ikun meħtieġ li jiġu riallokati fondi minn line item għal ieħor, dan isir billi titressaq talba għall-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.

Baġit 2023 – line item 5891 – tnaqqis

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5439, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-Action Plan fuq il-klima għal din is-sena? Tista’ telenka n-numru ta’ miżuri li ser tkun qed tieħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-miżuri biex ikun indirizzat it-tibdil fil-klima, imorru lil hinn mir-responsabbiltà ta’ ministeru wieħed u allura hemm numru ta’ miżuri oħra li jindirizzaw dan is-suġġett. Pero ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, taħt il-Ministeru tiegħi biss, fil-budget għal din is-sena hemm mhux inqas minn tnax-il miżura relatati mal-klima. Dawn jinkludu fost l-oħrajn għajnuniet lil negozji li jinvestu fi proġetti li jnaqqsu l-carbon footprint u jżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-materja prima, investimenti fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku sabiex din tkun tiflaħ aktar għall-enerġija ġġenerata minn sorsi rinovabbli, skemi u inizjattivi intiżi għall-ġenerazzjoni u l-ħażna ta’ enerġija rinovabbli, investimenti lejn karozzi li jaħdmu bl-elettriku, u t-tkomplija ta’ proġetti fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart b’mod li minflok jikkontribwixxi għall-ħruġ ta’ gassijiet serra dan ikun ukoll sors ta’ enerġija nadifa.

Ġbir tal-ilma tax-xita fil-bjar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5434, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Ippjanar biex tara li verament inbnew il-bjar kif ikunu approvati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu tat-tagħrif mitlub.

Użu minn servizz ta’ xufier u karozza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6887, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid x'tip ta' karozza qed tintuża u jekk il-karozza hijiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern? Jekk inxtrat, kemm inxtrat, meta u mingħand min? Jekk qed tinkera, kemm hi l-kera kuljum u mingħand min qed tinkera? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa pubblika għax-xiri jew kiri ta' din il-karozza?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-vettura tal-għamla Land Rover Discovery inxtrat b’direct order fl-2018 mingħand Muscat Motors għall-prezz ta' €36,014.00.