Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi — politika fiskali tal-Istati Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi prinċipji ġew maqbula waqt il-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi fi Brussell dwar il-politika fiskali tal-Istati Membri?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Irkupru ta’ fondi minn ftehim frawdolenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel biex jirkupra l-flus mill-ftehim frawdolenti, li jinvolvi tliet sptarijiet tal-Maltin u l-Għawdxin, maż-żewġ soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskussjoni Parlamentari ta’ nhar il-Ħamis 16 ta’ Marzu 2023 u wkoll għall-istqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru PR230402, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ltqajtx mar-rappreżentanti tal-Vitals Global Health Care. Il-laqgħat mar-rappreżentanti ta’ Steward kienu diversi u l-eżitu finali tagħhom kien li t-talbiet ta’ Steward għar-rinegozjar tal-kuntratti ġew riġettati.

Laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7119, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 7119.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7118, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 7118.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7117, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7117.

Ministeru għas-Saħħa — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7116, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7116.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7115, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 7115.

Konsultazzjoni ntitolata “Consultation on the Amendments to the Insurance Business Act and the Insurance Distribution Act”

Question

B’referenza għall-konsultazzjoni intitolata “Consultation on the Amendments to the Insurance Business Act and the Insurance Distribution Act” li ħarġet fi Frar 2023, peress li minn dan id-dokument jidher li l-konsultazzjoni qed issir mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), u peress li din il-konsultazzjoni tinvolvi proposti għal emendi fil-liġijiet u l-prassi fis-snin reċenti kienet li l-emendi proposti għal liġijiet li jista' jkollhom impatt fuq il-pubbliku jsiru wkoll tramite l-website tal-Gvern “online consultations”, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi rwol fil-ħruġ ta’ din il-konsultazzjoni u jekk le, hemm xi raġuni għal dan?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konsultazzjoni intitolata “Consultation on the Amendments to the Insurance Business Act and the Insurance Distribution Act” ħarġet fit-22 ta’ Frar 2023, fuq il-website tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA). Nhar l-20 ta’ Marzu 2023 din il-konsultazzjoni ttellat ukoll fil-website tal-Gvern intitolata “online consultations”, u ser ikun hemm estensjoni tal-perjodu ta’ konsultazzjoni għal perjodu ta’ tliet ġimagħtejn oħra sabiex jingħata biżżejjed żmien għall-kummenti fuq il-konsultazzjoni. Wieħed jinnota illi qabel toħroġ konsultazzjoni l-MFSA tinforma lill-Kabinett.

Għawdex – Xlendi – triq ġdida fi Triq il-Qsajjem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor meta huwa ppjanat li ssir triq ġdida fi Triq il-Qsajjem, fix-Xlendi, peress li tinsab fi stat diżastruż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik it-triq hija private unschemed road.

Għawdex – torrijiet u fortizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-torrijiet u l-fortizzi kollha ta' Għawdex f'idejn min qegħdin u b'liema titolu? Jista' jgħid ukoll l-Għar tal-Mixta fin-Nadur f'idejn min qiegħed?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward l-Għar imsemmi, l-ewwel parti tal-passaġġ li jagħti għall-għar hija tal-Gvern fejn l-għar u l-art tal-madwar hija mwellija mill-Gvern lil Terzi. Rigward il-bqija tal-mistoqsija dwar torrijiet u/jew fortizzi, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun ftit iktar speċifiku.

Żebbuġ, Għawdex– bajja ta’ Marsalforn — applikazzjoni PA/02106/21

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sar s’issa, x'qiegħed isir bħalissa u x'hemm maħsub li jsir dwar l-applikazzjoni PA/02106/21 ERA Reference: EA/00004/21; Project Title: Coastal defence system at Marsalforn Bay consisting of the reconstruction of Santa Marija breakwater, construction of a rubble mound berm on the Menqa site, two rubble mound groins at the valley outfall and replenishment of the beach; Location: Site at, Il-Bajja Ta' Marsalforn, Marsalforn, Żebbuġ (Gozo)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 7366 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Sussidju fuq il-kont tad-dawl għal persuni li jużaw il-magna tal-isleep apneoa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies li jużaw il-magna tal-isleep apneoa d-dar bħala kura u jieħdu sussidju fuq il-kont tad-dawl? Tista' tgħid ukoll liema huma l-kriterji biex wieħed jieħu dan is-sussidju?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – trasferiment tal-għassa tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għassa tal-pulizija ta' San Pawl il-Baħar hux se tiġi trasferita għal post ieħor? Jekk iva, fejn hu mistenni li tiġi trasferita l-istess għassa? Meta hu mistenni li jseħħ dan it-trasferiment?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mill-Għassa ta’ San Pawl il-Baħar jiġi provdut is-servizz ta' Pulizija tal-Komunità. M’iniex infurmat li din l-Għassa se tkun rilokata. Barra minn hekk, infurmat illi San Pawl il-Baħar għandu għassa oħra fil-Qawra li topera bil-mod tradizzjonali.

Project Green – applikazzjonijiet sottomessi minn Kunsilli Lokali, NGOs u entitajiet oħra

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7069 dwar applikazzjonijiet sottomessi lil Project Green, tista' l-Ministru tgħid liema kunsilli lokali, NGOs ambjentali u entitajiet oħra ssottomettew tali applikazzjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 7069, id-dettalji tal-applikazzjonijiet se jiġu ppubblikati wara li jintemm il-proċess tal-evalwazzjoni.

Skejjel tal-Gvern — servizz ta’ interpretu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7020 dwar servizz ta' interpretu għall-iskejjel tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid kemm-il interpretu hemm disponibbli għal dan is-servizz? Jista' jgħid ukoll kif jitħaddem dan is-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ interpretu jsir mill-Community Liason Workers u li bħalissa hemm 9. Dan is-servizz hu offrut lill-kulleġġi kollha madwar Malta u Għawdex.

Skejjel tal-Gvern — miżuri dwar studenti barranin

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6998 dwar miżuri ta' integrazzjoni soċjali għal studenti barranin fl-iskejjel tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel qegħdin jittieħdu dawn il-miżuri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-miżuri jiġu addottati fl-iskejjel kollha skont il-ħtieġa.

Qawra – ħruġ tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ser jittieħdu biex jiġi assigurat li fl-inħawi tal-Qawra, u partikolarment qrib l-inħawi tal-kanal madwar is-salt pans, ma jibqax joħroġ id-drenaġġ? X’interventi saru fl-aħħar xhur f'dawn l-inħawi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fiż-żona indikata ma kien hemm l-ebda żbroff ta’ drenaġġ fil-jiem li għaddew. Minn żmien għal żmien il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel xogħlijiet ta’ manutenzjoni li jinkludu żblukkar tas-sistemi fejn u meta meħtieġ.