Monitoraġġ ta’ persuni b’mard mentali li jgħixu fil-komunità
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni b’mard mentali li jgħixu fil-komunità u kemm-il darba jkunu mmonitorjati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-komunità hemm 10,016-il persuna b’mard mentali u dawn jiġu mmoniterjati skont il-bżonn u l-urġenza tal-pazjent.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux ippjanat li ssir waiting area maġenb il-klinika għas-saħħa mentali fl-Imtarfa, minħabba skumdità għall-klijenti li jżuruha kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fit-temp xitwi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-klinika għas-Saħħa Mentali fl-Imtarfa diġa hemm waiting area.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera u qwiebel barranin? Jista’ jgħid kemm hemm minnhom li ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm hemm li ġejjin minn pajjiżi terzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi infermiera u qwiebel barranin li ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u li ġejjin minn pajjiżi terzi huwa skont it-tabella hawn taħt mehmuża.
Non - Maltese Nurses and Midwives
EU Nationals
Third Country Nationals
98
231
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet quddiem it-tribunal tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fl-2022? Kemm ġew riżolti u kemm għadhom pendenti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2022 infetħu 215-il każ ġdid quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur. Apparti dawn kien hemm 168-il każ li ma kinux riżolti fl-2021 u li ġew diferiti għas-sena 2022.
Fl-2022 ġew riżolti 75 każ, filwaqt li 76 każ ġew irtirati jew it-Tribunal astjena milli jieħu konjizzjoni tagħhom. Sal-aħħar tal-2022, kien hemm 232 każ li kien għadu qed jinstema'.
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Laqgħa
Data
Pajjiż
Informal meeting of ministers responsible for Higher Education, Research and Innovation
24-25 ta' Jannar 2022
Pariġi
EYCS Council
28-29 ta' Novembru 2022
Brussels
5th European Education Summit
1 ta' Diċembru 2022
Brussels
EYCS Council
7 ta' Marzu 2023
Brussels
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda laqgħa oħra li hi kkonfermata apparti l-lista t’hawn fuq.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella t'hawn taħt:
Visit
Visit Dates
Country
City
Island Commission General Assembly & Inter Mediterranean Commission Policial Bureau Meeting
22/02/2023 to 23/02/2023
Spain
Palma De Mallorca
CPMR Political Bureau Meeting
09/03/2023 to 10/03/2023
Spain
Murcia
Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittjiet tal-Konsumatur – laqgħat fl-UE
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar 12-il xahar attendejt għal dawn il-laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea:
12 ta’ Mejju 2022
Konferenza Ministerjali f’Pariġi organizzata mill-Presidenza Franċiża intitolata: Chemicals: Better Protecting Health and the Environment
22-23 ta’ Settembru 2022
Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli mid-Drittijiet tal-Konsumaturi mtella’ fi Praga bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat li jiġu organizzati mill-Istat Membru li jkun qed imexxi l-Presidenza tal-UE.
Dwar attendenza għal-laqgħat sa Ġunju ta’ dis-sena, s’issa m’hemmx pjanat safar relatat ma’ materji fi ħdan l-UE.
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa attendejt għall-unika laqgħa li kienet skedata f’Jannar 2023. Aktar laqgħat skedati li jien beħsiebni li nattendi huma f'Marzu, April, Mejju u Ġunju.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Isem
Kariga
2018
2019
Dr. Luciano Busuttil
Chairperson - Monitoring Board for Detained Persons
€1,304.56
€3,261.40
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtha, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Tista' f'kull każ tgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Dr Luciano Busuttil serva lill-kumpanija ARMS Ltd. abbażi ta’ kuntratt ta’ konsulenza legali fl-2021 u fl-2022. Il-ħlasijiet kienu ta’ €11,364 u €11,519 (VAT inkluż) rispettivament.
Min-naħa tagħha l-kumpanija Wasteserv (Malta) Limited użat is-servizzi ta’ Dr Gavin Gulia bħala konsulent legali tal-Bord. Dan l-ingaġġ sar b’kuntratt ta’ impjieg, inizjalment mal-kumpanija nnifisha u, mill-2020 ’il quddiem, fuq bażi part-time permezz tal-kuntrattur. Permezz tal-impjieg part-time li hemm fis-seħħ bħalissa, l-persuna kkonċernata tagħti servizz meta mitluba bir-rata ta’ €26.60 fis-siegħa.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata ebda kuntratt ta’ konsulenza, servizz jew xort’oħra ta’ remunerazzjoni mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu lill-Eks Membri Parlamentari msemmija fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — rapporti lill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi hemm proċeduri tas-servizz pubbliku li jiġu segwiti f'tali istanzi. Rapporti riċevuti mill-Pulizija huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — rapporti lill-pulizija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Tista' tgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.