Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Freeport Terminals – irbit tal-vapuri mal-mollijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6716 u 7015 u jgħid x'inhi l-policy, l-istandard jew il-prattika użata dwar kif (id-direzzjoni) jorbtu l-vapuri mal-mollijiet tal-Malta Freeport Terminals, għaliex ħafna drabi dawn jorbtu bil-poppa u għalhekk il-magni u l-ħsejjes ikunu l-eqreb lejn l-abitant? Hemm possibbiltà li din il-prassi tinbidel b'tali mod li l-ħsejjes ikunu l-aktar 'il bogħod mir-residenti, dejjem jekk l-istandards u r-regoli tal-marittimu u tas-sigurtà jippermettu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pjani li l-prattika tal-ħatt u t-tagħbija tal-bastimenti titbiegħed iżjed mill-abitat, u dan kif se jkun qed iseħħ bi proġett, li qed jiġi propost attwalment. Ma’ dan ngħarrfu wkoll li l-kaptan tal-bastiment, fuq konsultazzjoni mal-piloti marittimi, jiddetermina l-arranġamenti tal-irmiġġ bħala parti minn Skambju ta' Informazzjoni dwar il-Bdot u l-Kaptan abbord. Dan hu fl-interess li jiġi żgurat li l-manuvri tal-wasla u tat-tluq tal-bastimenti jitwettqu b'mod sigur bir-riskji kollha minimizzati sa fejn hu possibbli.

Awtorità tal-Ippjanar – status ta’ applikazzjoni

Question

B'referenza għal applikazzjoni numru PA/03040/16, jista' l-Ministru jispjega xi jfisser l-istatus "Planning Authority decision reviewed by Appeals Board / EPRT" u jekk dan il-każ hux magħluq? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni tal-Ippjanar hijiex qed tikkunsidra mill-ġdid l-applikazzjoni fid-dawl ta’ dak li kien espliċitament deċiż u ordnat mit-Tribunal fid-deċiżjoni tal-appell 343/16, ġaladarba t-Tribunal ħassar il-permess PA/3040/16 fl-appell nru 382/18 JB?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

B’referenza għall-istatus tal-applikazzjoni PA/03040/16 "Planning Authority decision reviewed by Appeals Board / EPRT" ifisser illi l-applikazzjoni kienet appellata u t-Tribunal emenda d-deċiżjoni oriġinali. Bħalissa l-applikazzjoni qed terġa' tiġi kkunsidrata wara li d-deċiżjoni tat-Tribunal fl-appell PAB382/18 JB kienet li l-applikazzjoni terġa tiġi ikkunsidrata mill-Kummissjoni tal-Ippjanar fid-dawl ta’ dak li kien deċiż u ordnat mit-Tribunal fid-deċiżjoni tal-appell PAB343/16, u tiddeċiedi mill-ġdid skont il-liġi u għaldaqstant għadha m’hix magħluqa. Bħalissa l-applikazzjoni qiegħda quddiem il-Kummissjoni tal-Ippjanar u fil-fatt tressqet tlett darbiet minn Mejju tal-2021 s’issa fejn l-applikant intalab biex jemenda l-block plan biex turi permessi li ħarġu ġol-Category 3 Rural Settlement. L-aħħar seduta kienet fil- 15 ta’ Marzu li għadda fejn id-deċiżjoni ġiet diferita għal ħmistax-il ġurnata sabiex il-perit inaqqas id-daqs tal-proposta u l-informazzjoni sottomessa terġa tintbgħat lill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar l-Agrikoltura.

Severance Packaged ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7352 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7134, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jiswa lill-poplu Malti kull oġġett tas-severance package tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kif approvat f’Diċembru 2019, kull sena, u x'inhi l-ispiża totali ta' dan is-severance package fuq bażi annwali?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7085 u 7351 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862 dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu x-xogħlijiet li saru bil-modi indikati fit-tweġiba għas-sena 2022?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet li saru bil-modi indikati fit-tweġiba mistoqsija parlamentari 6862 għas-sena 2022.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7084 u 7350 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862 dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li qed jitwettqu bħalissa bil-mod kif indikat fir-risposta, kemm fejn ix-xogħol qed isir kollu mid-dipartiment, kif ukoll fejn il-kunsill qed jipprovdi l-materjal?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet li qed jitwettqu bħalissa bil-mod kif indikat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6862, kemm fejn ix-xogħol qed isir kollu mid-Dipartiment, kif ukoll fejn il-Kunsill qed jipprovdi l-materjal.

Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar – Project Green

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7228, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi ffinalizzat il-proċess ta' evalwazzjoni għar-rigward tal-Project Green fil-Mellieħa/San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nerġa’ nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7069, inżid li l-proċess ta’ evalwazzjoni mistenni jiġi finalizzat sal-aħħar ta’ Mejju 2023 kif diġà hemm indikat fil-linji gwida.

Skejjel — Fire Drills

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5825, 6640 u 7329 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5119, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-iskejjel li għamlu dawn il-fire drills?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 82 skola li fihom saret evacuation drill. Il-bqija tal-iskejjel huma mistennija li jagħmlu din l-evacuation drill fil-jiem li ġejjin.

Skejjel — Studenti li jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport - Rappori dwar imġiba mhux xierqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6325, 6996 u 7330 u jgħid kemm-il rapport sar fl-aħħar sentejn (2021-22 u 2022-23) minn studenti, ġenituri, xufiera jew membri tal-istaff edukattiv dwar imġiba mhux xierqa ta’ studenti waqt li jużaw is-servizzzi ta’ trasport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull rapport li jsir jiġi nvestigat mill-iskola konċernata u dan b’rispett lejn l-Indipendenza tal-Amministrazzjoni ta’ l-iskejjel.

Skejjel — Investimenti f'Laboratorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6331, 7009 u 7331 u jgħid x’sar mill-wegħda ta’ €150 miljun investiment f’laboratorji fl-iskejjel tagħna? Jista’ jgħid liema skejjel ibbenefikaw u x’materjal ingħata jew ġie mibdul? X’fadal jiġi investit mis-somma inizjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru qatt ma semmejt is-somma ta’ €150 miljun għal investiment f’laboratorji VET. Kien hemm investiment ta’ €10 miljun f’80 laboratorju madwar l-iskejjel sekondarji kollha ta’ Malta u Għawdex, ko-finanzjati b’fondi Ewropej fil-laboratorji VET, total li jikkonsisti f’bini ġdid, modernizzar, xiri ta’ apparat u tagħmir ieħor, bil-għan li l-istudenti jkomplu jingħataw l-opportunità jitgħallmu u jitħarrġu f’suġġetti vokazzjonali f’ambjent xieraq.

Pulizija — persuni li ddaħħlu l-Isptar Mount Carmel minħabba użu ta' sustanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni taħt l-età ta’ 30 sena fl-Isptar Mount Carmel ma’ każijiet relatati ta’ użu ta’ sustanzi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentrari, liema total għandu jingħata rispettivament għal kull sena? Jista’ jipprovdi wkoll informazzjoni f’numri dwar liema tip ta’ sustanza ġew rikoverati dwarha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Scabies — trattament

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjan hemm dwar it-trattament tal-iscabies peress li l-Permethrin Cream u oral Ivermectin jinsabu out of stock/very limited stock u bħalissa mhux qed jingħata trattament lil kull pazjent jew il-kuntatti tiegħu kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina li tintuża għat-trattament tal-iscabies qiegħda Malta u l-approvazzjoni għall-użu tagħha qed tiġi proċessata mill-Medicines Authority.

Scabies — Każijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hawn każijiet ta’ scabies mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 u mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sa issa kienu rraportati 64 kazi ta’ scabies.

Rabat, Għawdex – Triq Marsalforn — rikostruzzjoni tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx fondi Ewropej għar-rikostruzzjoni ta' Triq Marsalforn, mir-Rabat għal Marsalforn?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li sal-lum il-ġurnata għad m’hemmx fondi Ewropej approvati għar-rikostruzzjoni ta’ Triq Marsalforn, mir-Rabat għal Marsalforn.

Għawdex – Environment Protection Unit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Environment Protection Unit hix qed topera f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid kemm hemm uffiċjali jservu f'dan it-territorju?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Sussidju fuq il-Kont tad-Dawl għal persuni li jużaw il-magna tal-Isleep Apneoa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7368 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm nies li jużaw il-magna tal-isleep apneoa d-dar bħala kura u jieħdu sussidju fuq il-kont tad-dawl? Jista' jgħid ukoll liema huma l-kriterji biex wieħed jieħu dan is-sussidju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Għawdex – xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq kienu ppjanati li jsiru imma ma sarux jew mhux se jsiru, minħabba r-reviżjoni tal-Vot Kapitali mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infrastruttura ħa tibqa' prijorità u m’hemm ebda triq li kienet pjanata u mhux ser issir.

Għar Lapsi – niżla ta’ Sa Meżun – tiswija tal-parati

Question

Jista' l-Ministru jinkariga lil Transport Malta biex jerġgħu jissewwew il-parati tan-niżla ta' Sa Meżun f'Għar Lapsi, li tbiddlu ftit xhur ilu, għall-użu tas-sajjieda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li ġejjin, id-dipartiment tal- manutenzjoni fi ħdan Transport Malta se jkun qed jiprepara stima tal-ispejje¿ li hemm involuti u wara li tinġieb l-approvazjoni meħtieġa toħroġ sejħa biex isir ix-xogħol.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – stennija tal-pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-istennija medja ta’ pazjent fl-Emerġenza minn meta jirreġistra sal-punt li tittieħed deċiżjoni medika ta’ jekk jingħatax sodda f’ward jew jintbagħatx lura d-dar wara li jingħata kura jew dijanjosi mit-tobba fl-Emerġenza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dipartiment tal- Emergenza, dawk il-pazzjenti li jipprezentaw inmwegghin gravi, b’mard jew kundizzjonijiet akuti u instabbli, jigu ikkurati minnufih minn tim multiprofessjonali. Dan jfisser li ma jkun hemm ebda dewmien ghal kura u d-decizzjoni medika. Il-kazijiet l-ohra kollha jigu ezaminati, investigati u ikkurati mill-membri tat-tim tal emergenza skond il-priorita medika taghhom. Din tinghata b-ghodda professjonali internazzjonali ta TRIAGE. Tul ix-xahar ta Frar, il-hin medju ta bejn ir-registrar tal-pazjent u d-decizjoni finali kien ta bejn 5 u 6 sighat. Dan Il-hin jiddependi mill-kumplessita tal-kundizzjoni tal-pazjent li xi drabi jkun jehtieglu testijiet dettaljati ta’ demm jew ta’ radjologija – bhal x-rays jew CT Scan li jkunu parti mill-process ta’ dijanjizi u kura akuta li tinghata fid-Departiment tal-Emergenza stress.

BCA – tender method statements

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7144, jista’ l-Ministru jgħid jekk bħalissa huwiex il-perit ingaġġat mill-Awtorità li qiegħed jevalwa l-method statements kollha, jew inkella jekk hemmx periti oħrajn ingaġġati permezz ta’ outsorcing li qegħdin jassistu fil-proċess?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-method statements li jiġu sottomessi lill-Awtorità qed ikunu vverifikati minn numru ta’ periti, fosthom perit li huwa ingaġġat mal-Awtorità.

MCC – kariga ta’ CEO

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7162, jista’ l-Ministru jgħid bħala medja kemm-il siegħa xogħol fil-ġimgħa ħadem is-CEO ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) sa mid-data tal-bidu tal-impjieg tiegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Kif kien spejgat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7162, ic-CEO m’għandux ħinijiet fissi u dawn ivarjaw skont l-esiġenzi tal-MCC. Minħabba n-natura tal-kariga, hija prassi illi l-Kap Eżekuttiv jaħdem siegħat li jmorru ferm lill’hinn minn dak stipulat fil-kuntratt, inkluż filgħaxijiet u weekends, u jżomm kuntatt mal-impjegati.