Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentru tas-Saħħa Birkirkara - Ħin ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħin medju ta’ stennija matul ix-xahar ta’ Diċembru 2025 biex persuna tiġi invistata minn tabib wara li tirreġistra fiċ-Ċentru tas-Saħħa Birkirkara, maqsuma ġurnata b’ġurnata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar lill-Onor. Interpellant, li l-pubbliku jista’ jkun jaf il-ħin ta’ stennija f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa u f’kull Health Centre permezz tal-websajt primaryhealthcare.gov.mt.

Ċentru tas-Saħħa Mosta - Ħin ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħin medju ta’ stennija matul ix-xahar ta’ Diċembru 2025 biex persuna tiġi invistata minn tabib wara li tirreġistra fiċ-Ċentru tas-Saħħa Mosta, maqsuma ġurnata b’ġurnata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar lill-Onor. Interpellant, li l-pubbliku jista’ jkun jaf il-ħin ta’ stennija f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa u f’kull Health Centre permezz tal-websajt primaryhealthcare.gov.mt.

Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran - Ħin ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħin medju ta’ stennija matul ix-xahar ta’ Diċembru 2025 biex persuna tiġi invistata minn tabib wara li tirreġistra fiċ-Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran, maqsuma ġurnata b’ġurnata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar lill-Onor. Interpellant, li l-pubbliku jista’ jkun jaf il-ħin ta’ stennija f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa u f’kull Health Centre permezz tal-websajt primaryhealthcare.gov.mt.

Wied Speranza - Inkjesta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx inkjesta dwar x’wassal biex parti minn Wied Speranza, li kien għadu kif ġie rinovat u inawgurat, ċeda mal-ewwel xita? Tista’ tgħid ukoll min se jġorr ir-responsabbiltà għal dan ix-xogħol li mar fix-xejn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li Project Green qed tagħmel valutazzjoni teknika dettaljata tal-ħsarat u jirriżulta li l-ħajt inkwistjoni, li parti minnu ġġarrfet wara l-ammont sostanzjali ta’ xita li għamlet fil-ġranet li għaddew, inbena skont il-permessi approvati u bil-metodi stabbiliti għall-kostruzzjoni ta’ ħitan tradizzjonali. Qegħdin isiru wkoll spezzjonijiet fuq ħitan oħra fl-istess wied biex tkun żgurata s-sigurtà tagħhom. Il-kuntrattur li għamel ix-xogħol huwa marbut kuntrattwalment għal ħames snin li jżomm ix-xogħol f’kundizzjoni tajba. Wara diskussjoni u qbil mal-kuntrattur, ir-rikostruzzjoni tal-ħajt se ssir, a spejjeż tal-kuntrattur, wara li tgħaddi x-xitwa, minħabba l-ammont sostanzjali ta’ ilma li jinġabar fil-wied u biex tiġi preservata l-integrità ambjentali tal-post. Għaldaqstant qed ikun immirat li x-xogħol ikun jista’ jibda fl-aħħar ta’ Mejju. Project Green, flimkien mal-kuntrattur, qed tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tkun assigurata s-sigurtà ta’ kull min jaċċessa ż-żona.

Ta’ Qali - Picnic Area - Xogħlijiet - Direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk approvax id-direct order biex iż-żona tal-picnics f’Ta’ Qali nksiet bir-ramel u ż-żrar, u jgħid x’kienet il-ġustifikazzjoni provduta biex saret it-talba għal direct order?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ta’ Qali - Picnic Area - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-notifika ta’ żvilupp tax-xogħlijiet fil-picnic area f’Ta’ Qali, inklużi l-pjanti u l-elevazzjonijiet, kif ukoll kopja tar-risposta mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li fejn għandu x’jaqsam xogħlijiet f’Ta’ Qali, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiemha l-applikazzjoni bin-numru PA/08356/24.

Ta’ Qali - Picnic Area - Xogħlijiet approvati mill-ERA u Project Green

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-approvazzjonijiet mogħtija kemm mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u kemm minn Project Green biex setgħu jsiru x-xogħlijiet fil-picnic area f’Ta’ Qali, hekk kif jistipula l-Avviż Legali 85 tal-2025 dwar proġetti ta’ tħaddir minn aġenziji tal-Gvern, fost oħrajn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmata li fejn għandu x’jaqsam xogħlijiet f’Ta’ Qali, kienet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li kienet ikkonsultata dwar PA/08356/24.

Il-Marsa - Triq Garibaldi - Nirien fl-iscrapyard - Spiża totali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata l-ispiża totali li ġarrab il-pajjiż, b’mod partikolari f’termini ta’ riżorsi umani, riżorsi materjali bħall-ilma, kif ukoll interruzzjonijiet, biex l-awtoritajiet kompetenti setgħu jikkontrollaw u jitfu n-nirien li ħakmu scrapyard fi Triq Garibaldi, il-Marsa, nhar il-21 ta’ Novembru, 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor.Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Marsa - Triq Garibaldi - Nirien fl-iscrapyard - Spiża totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi stmata l-ispiża totali li ġarrab il-pajjiż, b’mod partikolari f’termini ta’ riżorsi umani, riżorsi materjali bħall-ilma, kif ukoll interruzzjonijiet, biex l-awtoritajiet kompetenti setgħu jikkontrollaw u jitfu n-nirien li ħakmu scrapyard fi Triq Garibaldi, il-Marsa, nhar il-21 ta’ Novembru, 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ewwel stimi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili juru li din l-operazzjoni swiet madwar €166,000.

Delimara - Impjant ta’ Emerġenza - Użu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-impjant ta’ emerġenza f’Delimara ntużax fis-sena 2024 jew f’okkażjoni oħra minn meta ġie installat? Jekk fl-affermattiv, tista’ tindika d-dati u l-ħin meta dan l-impjant intuża?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32137.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija – mistoqsijiet lil persuni minorenni waqt li jkunu l-iskola

Question

F'każ ta' bżonn u għall-għajnuna waqt investigazzjoni tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-passi li jittieħdu mill-Pulizija biex jagħmlu mistoqsijiet lil persuna minorenni waqt il-ħinijiet tal-iskola u meta  tkun l-iskola, biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-minorenni? Jista' jgħid ukoll min ikun preżenti mal-minorenni f'dawn iċ-ċirkostanzi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33343.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija – mistoqsijiet lil persuni minorenni

Question

F'każ ta' bżonn u waqt investigazzjoni tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid, x'inhi l-proċedura addottata u x'inhuma l-passi li jittieħdu biex il-Pulizija tagħmel mistoqsijiet lill-persuna minorenni biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-minorenni? Jista' jgħid ukoll min ikun preżenti f'dawn iċ-ċirkostanzi mal-minorenni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li dan isir skont is-sezzjoni VII tal-Kodiċi Kriminali, kif trasposta mid-direttiva 2016/800 tal-Unjoni Ewropea.

Is-Sala tal-President tal-Qorti – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali għar-refurbishment tal-kamra li ngħatat l-isem ‘Is-Sala Tal-President tal-Qorti’? Jista’ jipprovdi n-nefqa għal kull oġġett mixtri għad-dekorazzjoni tas-Sala u tal-inventarju kollu tal-kamra? Jista’ jgħid ukoll min ħa ħsieb id-disinn ta’ din il-kamra u jekk inħarġitx tender qabel saret l-għażla tal-persuna jew kumpanija li ħadet ħsieb id-disinn, kif ukoll jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kummissjoni tad-disinn?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sala tal-President, hija l-post fejn il-Prim Imħallef jilqa` delegazzjonijiet ta’ Ġudikanti u dinjitarji oħra li jiġu minn barra l-pajjiż kif ukoll il-post fejn isiru laqgħat importanti mill-Prim Imħallef għal membri tal-Ġudikatura.  Din is-sala kien ilu ma jsir refurbishment u investiment fiha għal aktar minn 20 sena, b’hekk lura fl-2022, fuq inizjattiva tal-Prim Imħallef stess u bi djalogu mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati, skatta proċess biex din is-sala tiġi nmodernizzata, bil-faċilitajiet neċessarji biex terġa sservi l-iskop oriġinali tagħha. Wara t-tlestija tal-proġett is-sala laqgħet fiha diversi dinjitarji u membri tal-Ġudikatura internazzjonali f’ambjent li jixraq lill-Qorti ta’ Pajjiżna. Kif mitlub, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa totali fis-sala tal-konferenzi fil-Binja Prinċipali tal-Qorti ġiet tiswa €146,026.59. Id-disinn tas-Sala ġie kkummissjonat lil Camilleri Paris Mode ai termini tal-Public Procurement Regulations u l-spiża kienet €5,000. L-investiment għal kull oġġett mixtri għad-dekorazzjoni tas-sala, flimkien mal-inventarju, huma elenkati fid-dokument mehmuż.

Rimi ta’ siringi użati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn pazjenti/anzjani għandhom jiddisponu mis-siringi użati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li l-pazjenti/anzjani għandhom jiddisponu mis-siringi użati ġewwa wieħed miċ-ċentri tal-iskart goff (Wasteserv) li hawn madwar Malta u Għawdex. Meta l-kontenitur bis-siringi użati jimtela, dawn għandhom jiġu mormija ġewwa dawn iċ-ċentri. Kontenitur ġdid jingħata wara li jintrema l-kontenitur li jkun mimli.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma - Ftehim kollettiv

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv tal-impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li huwa fis-seħħ bħalissa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Id-dokument mitlub huwa kummerċjalment sensittiv u mhux qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.  Il-kundizzjonijiet huma dawk maqbula bejn l-Amministrazzjoni, WSC u l-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema tal-entità.

Ir-Rabat, Malta – Triq it-Tiġrija – Problema ta’ ‘water runoff’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed fir-rigward tal-problema ta’ ‘water runoff’ li qed tiġi esperjenzata fi Triq it-Tiġrija, fir-Rabat, Malta – problema li ma kenitx teżisti qabel ma saru x-xogħlijiet attwali – minħabba li l-isprall preżenti mhu mqabbad mal-ebda sistema u b’hekk jakkumula, ifur u jibqa’ joħroġ fit-triq għal ġranet sħaħ wara x-xita, b’periklu għal min juża din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru numru ta’ interventi biex jiġi assigurat li s-sistemi tal-ilma jaħdmu kif suppost. F’dawn il-jiem se jkunu qed isiru spezzjonijiet oħra fis-sistemi tal-ġbir tal-ilma matul it-triq imsemmija.

Università ta’ Malta - Letturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm letturi fl-Università ta' Malta li għandhom il-grad ta’ TR4 u min huma? Fejn jaħdmu bħala xogħol full-time? Jista’ jgħid fuq liema kriterji jingħataw appointments fuq bażi part-time meta xi ħadd jintgħażel biex iservi xi mkien ieħor? Jista’ jgħid fuq liema bażi jingħataw is-sabbaticals? Jista’ jassigura li l-persuni li ngħataw sabbaticals kienu għamlu ż-żmien ta’ mhux anqas minn sitt snin jgħallmu skont kif stipulat fil-ftehim kollettiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-ħatra full-time (TR9) fl-Università teħtieġ impenn full-time ta’ erbgħin siegħa fil-ġimgħa. Il-Ftehim Kollettiv għall-Istaff Akkademiku tal-Università ta’ Malta jipprevedi ħatra part-time fuq bażi ta’ TR4. Dan jirrikjedi li akkademiku jipprovdi erba’ sessjonijiet ta’ erba’ sigħat fil-ġimgħa, li huwa ekwivalenti għal total ta’ sittax-il siegħa fil-ġimgħa. Bħalissa hemm 58 akkademiku li huma impjegati fuq bażi TR4. Ħatra fuq kuntratt ta’ impjieg TR4 tista’ tinqala’ għal numru ta’ raġunijiet; 1. Każijiet fejn akkademiċi huma reklutati fuq bażi TR4 permezz ta’ sejħa speċifikata bħala tali. 2. Sitwazzjonijiet fejn min iħaddem jew l-impjegat jista’ jitlob tnaqqis fil-ħatra biex jirrifletti aħjar l-ammont ta’ xogħol li jkun qed iwettaq l-impjegat. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu kkawżati minn raġunijiet professjonali, ta’ saħħa jew ċirkostanzi personali oħra bħal dawk relatati ma’ impjieg barra mill-Università. Tibdil fil-ħatra mibdija minn min iħaddem jew mill-impjegat jiġi rivedut mill-Staff Affairs Committee u approvat mill-Kunsill. Infurmat li l-Università ta’ Malta ma żżommx rekords ta’ impjiegi esterni u ma issegwix jekk l-akkademiċi fuq bażi TR4 għandhomx pożizzjonijiet full-time fl-istess ħin x’imkien ieħor sakemm ma jkunx speċifikat mill-akkademiku. Sabbatical leave huwa previst fil-Ftehim Kollettiv għall-Akkademiċi u japplika għalih l-impjegat u irid jiġi rakkomandat mill-Kap tad-Dipartiment u d-Dekan. Jingħata f'konformità stretta mal-kriterji ta' eliġibbiltà li huma deskritti fil-Ftehim Kollettiv tal-Akkademiċi u tali talbiet jiġu riveduti mill-Staff Affairs Committee u approvati mill-Kunsill.

Pjazza tal-Mosta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33030 dwar kemm qed tiswa lill-Gvern biex tingħalaq il-Pjazza tal-Mosta, fejn ġie mwieġeb li “l-Awtorità għat-Trasport tassisti biss permezz tal-provvista ta’ uffiċjali tal-infurzar sabiex ikun jista’ jitwettaq l-għeluq tal-Pjazza tal-Mosta”, jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tiġi tiswa l-provvista ta’ uffiċjali tal-infurzar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Pjazza tal-Mosta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33030 dwar kemm qed tiswa lill-Gvern biex tingħalaq il-Pjazza tal-Mosta, fejn ġie mwieġeb li “l-Awtorità għat-Trasport tassisti biss permezz tal-provvista ta’ uffiċjali tal-infurzar sabiex ikun jista’ jitwettaq l-għeluq tal-Pjazza tal-Mosta”, jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tiġi tiswa l-provvista ta’ uffiċjali tal-infurzar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qed tassisti permezz tal-provvista ta’ uffiċjali tal-infurzar, mill-19.00 sal-00.00, kull nhar ta’ Ġimgħa u Sibt, sabiex ikun jista’ jitwettaq l-għeluq tal-Pjazza tal-Mosta. Din l-assistenza qed iġġib magħha spiża ta’ madwar €36,348 fis-sena għal Transport Malta. In-numru ta’ uffiċjali (sa massimu ta’ sitta) ivarja skont il-ħtiġijiet operattivi.