Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iż-Żejtun - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti ż-Żejtun li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena li għaddiet 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Għajnuna Soċjali Nisa Irġiel Total PQ 33462 ŻEJTUN 114 31 145

Ħal Tarxien - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Tarxien li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena li għaddiet 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Għajnuna Soċjali Nisa Irġiel Total PQ 33461 TARXIEN 99 17 116

Wied Speranza – Ħsarat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-kawża teknika li wasslet biex reċentement tiġġarraf parti mill-ħajt f’Wied Speranza, il-Mosta, ftit ġimgħat biss wara li tlesta x-xogħol ta’ restawr/rikostruzzjoni fuqu? Tista’ tgħid ukoll jekk l-entità responsabbli hux qed tinvestiga min għandu jerfa’ r-responsabbiltà għal din il-ħsara u għaliex l-istruttura ma felħitx għall-maltemp? Tista’ tgħid ukoll jekk hijiex għaddejja investigazzjoni biex tiġi kkonfermata l-integrità strutturali tal-bqija tal-ħajt u biex jiġi żgurat li x-xogħol li sar huwa sikur, u li l-ħajt mhux f’riskju li jċedi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33419.

MOU - ERA UM

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk jeżistix Memorandum of Understanding bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u l-Università ta’ Malta, u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-ftehim?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li iva hemm Memorandum of Understanding fis-seħħ bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u l-Università ta’ Malta. Qiegħda npoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Qorti tal-Maġistrati – Deċiżjoni – Passi biex jitneħħa periklu

Question

B’referenza għas-sentenza tal-Qorti fil-kawża numru 6001/2025, deċiża nhar id-19 ta’ Settembru 2025, fejn il-Qorti għamlet referenza għall-Avviż ta’ Infurzar EN 555/09 u ddikjarat dan li ġej: “...Kummissarju tal-Pulizija u wisq aktar mill-Awtorita’ tal-Ippjanar u din tal-ahhar kienet u ghada tkaxkar saqajha minkejja l-Avviz ta’ Infurzar numru EN 555/09 wara tant snin. Il-Qorti ghalhekk qeghda tordna li kopja ta’ din is-sentenza tigi komunikata minnufih lill-Kap Ezekuttiv tal-Awtorita’ tal-Ippjanar kif ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex in vista’ ukoll tar-rapport tekniku li jindika car u tond li hemm potenzjal ta’ tragedja, jiehdu passi immedjati u urgenti sabiex fost ohrajn jitnehha l-periklu imminenti mill-imsemmi sit. ” Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara d-data ta’ din is-sentenza, ittieħdux il-“passi immedjati u urġenti sabiex... jitneħħa l-periklu imminenti”, u x’kienu speċifikament? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx ċertifikazzjoni minn Perit dwar jekk is-sit huwiex ikkunsidrat bħala sikur, u jekk fl-affermattiv, iqiegħed kopja ta’ dik iċ-ċertifikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sentenza msemmija  kienet mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali. Il-Qorti ma sabitx lill-imputat ħati tal-imputazzjonijiet miġjuba kontra tiegħu. Iżda, fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti rreferiet għall-allegazzjonijiet magħmula minn kwerelant terz fir-rapport li sar minn perit tekniku imqabbad mill-kwerelant stess, u anke saret referenza għall-“Avviż ta’ Infurzar numru EN 555/09”.  Dan ir-rapport tekniku jirrakkomanda li ma jsirx aktar tfigħ ta’ materjal fuq is-sit, u l-materjal li għola ’l fuq mil-livell tat-terren ’il barra mis-sit għandu jitneħħa. Ta’ min jirrileva li s-sit huwa barriera tal-qawwi munita b’liċenzja antika bħala barriera numru 32, kif ukoll bil-permess ta’ żvilupp PA/1807/99 li approva “ To sanction mobile crusher re-location and adjacent structures, offices at entrance, garages and structures under construction .” Sussegwentement kien inħareġ l-Avviż ta’ Waqfien u Twettiq numru EC/0555/09 peress li kienet tneħħiet ħamrija, sar tqattigħ ta’ blat, u kien qiegħed isir operat ta’ barriera tal-qawwi ’l barra mil-limiti liċenzjati. Illum il-ġurnata, qiegħed isir monitoraġġ tas-sit mill-Awtorità tal-Ippjanar u mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi biex ikun żgurat li ma jsirx aktar tfigħ ta’ materjal li jkun miġjub minn barra s-sit. Għal dan l-iskop twaħħlu CCTV cameras u anke tabelli ta’ twissija. Dan il-monitoraġġ jgħodd għas-sit kollu, u mhux għall-parti li taffettwa lill-kwerelant biss. Sid il-barriera ssottometta Restoration Method Statement dettaljat, li kien ippreparat minn perit tekniku mqabbad mis-sid, sabiex il-materjal żejjed li ġie depożitat  (jiġifieri dak il-materjal li għola ’l fuq mil-livell tat-terren oriġinali qabel ma bdiet titħaffer il-barriera liċenzjata) jitneħħa b’mod sistematiku u fuq perjodu ta’ żmien raġonevoli. Dan il- Method Statement qiegħed jiġi rivedut minn esperti tekniċi tal-Awtorità tal-Ippjanar u tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.

Waste brokers – Rekwiżiti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’rekwiżiti jrid jissodisfa applikant biex tinħareġ liċenzja għat-twettieq ta’ attivitajiet u servizzi ta’ waste brokerage?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta li tinsab ukoll aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-ERA permezz ta’ dan il- link .(https://era.org.mt/topic/waste-brokers-forms/)

Sptar Mater Dei - Medical wards - Nuqqas ta’ infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jindirizza l-problema ta’ nuqqas  ta’ infermiera fis-swali tal-Isptar Mater Dei, speċjalment fil-medical wards?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li f’Settembru li għadda, ġew ġew ingaġġati 94 il-infermier ġewwa Mater Dei, fejn 66 minhom huma bażi full-time u l-kumplament fuq bażi part-time.  Dawn qed joffru is-servizz tagħhom skont l-esiġenzi tas-servizz.

Ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ambulanzi kienu qed jintużaw matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei jintużaw 11-il ambulanza u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jintużaw 6 ambulanzi. Ngħarraf ukoll, li aktar kmieni dan ix-xahar,  ġew intrpdotti sitt vetturi ġodda ta’ rispons rapidu, li se jżidu s-servizz tal-pre-hospital care b’aktar mid-doppju.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Direct Orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

L-Università ta’ Malta u l-MCAST – Kors fl-Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li applikaw għall-kors fl-Intelliġenza Artifiċjali fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li għal din is-sena skolastika, fl-Universita applikaw 143 student għall-korsi imsemmi, filwaqt li fl-MCAST applikaw 54 student.

Każijiet ta' bullying u cyber bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bullying u ta' cyber bullying f’dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena u x’kienu l-etajiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ rapporti li daħlu għand is-servizz kontra l-ibbuljar li jaqa’ taħt id-Diprtiment għas-Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru jinsab hawn taħt; Każijiet ta' bullying Sena Primarja Medja Sekondarja 2023 188 143 168 2024 180 204 147 2025 277 182 168 Każijiet ta' Cyberbullying Sena Primarja Medja Sekondarja 2023 7 6 12 2024 9 8 6 2025 15 4 18

Każijiet ta' bullying u cyber bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bullying u ta' cyber bullying f’dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena u x’kienu l-etajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każi huma kif qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li dawn it-tip ta’ każi ssibhom rapportati taħt forom diversi skont kif jirriżulta mill-Kodiċi Kriminali, kien kif jidher fit-tabella ma’ din it-tweġiba. Dwar cyber bullying , infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija kategorija speċifika ta’ dan ir-reat ġiet miżjuda wara li fil-5 ta’ Awissu 2025 ġew introdotti provedimenti ġodda tal-liġi fil-Kodiċi Kriminali Kap 9, u ċioe l-Artiklu 251BC.

L-Imġarr u n-Naxxar – Ċitazzjonijiet mill-ERA

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28718 u 28719, tista’ l-Ministru tgħid kemm żdiedu l-azzjonijiet meħuda mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq ksur ta’ regoli tas-separazzjoni tal-iskart?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-25 ta’ Mejju 2025 sat-30 ta’ Novembru 2025, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma qabdet lil ħadd jikser ir-regoli tas-separazzjoni tal-iskart fil-lokalità tal-Imġarr (Malta) u għaldaqstant ma nħarġet l-ebda multa amministrattiva jew ittra ta’ twissija. Matul l-istess perjodu, fil-lokalità tan-Naxxar, l-ERA ħarġet erba’ ittri ta’ twissija fir-rigward ta’ nuqqas ta’ separazzjoni tal-iskart kif inhu obbligat bil-liġi. Fir-rigward ta’ skart maħruġ barra fil-ġurnata jew il-ħin meta mhux suppost, l-ERA ħarġet multa amministrattiva waħda fin-Naxxar fil-perjodu inkwistjoni.

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – Skart fil-parapetti – Passi meħuda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet li fihom l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħadet passi dixxiplinari kontra persuni li ħallew il-parapetti privati tagħhom mimlija b’kull tip ta’ skart, matul l-2025, fil-lokalitajiet tal-Gżira, tas-Sliema, is-Swieqi, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr u n-Naxxar, maqsuma lokalità b'lokalità? Tista’ tgħid ukoll kemm persuni ttellgħu l-qorti jew ġew immultati wara li l-ERA ħadet l-ewwel passi min-naħa tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li, fejn ikun hemm parapetti privati li ma jkunux magħluqin bi grada jew mod ieħor u jkunu direttament aċċessibbli għall-pubbliku, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tieħu miżuri ta’ infurzar, fosthom bi twissijiet uffiċjali kif ukoll multi amministrattivi, kontra l-persuni li jħallu l-parapetti privati tagħhom mimlijin b’tipi differenti ta’ skart direttament għall-pubbliku. Dan isir bil-għan li titnaddaf il-proprjetà u ma jkomplix jiġi attirat rimi ta’ skart ieħor.  Id-database tal-Awtorità ma tikklassifikax b’mod separat dawn it-tip ta’ każi, għax dawn jiġu klassifikati taħt twissijiet relatati ma’ skart.