Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Work Poverty - Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ in-work poverty f’pajjiżna matul is-sena 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha mhux disponibbli, u tiġi ppubblikata mill-NSO iktar ‘l quddiem.

VAT – Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet relatati mal-VAT matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar, u lokalità b’lokalità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn ta’ pajjiżna matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Dejn tal-Gvern Ċentrali (bażi ta’ flus kontanti) għas-sena 2025, maqsum xahar b’xahar Jannar €10,562,535 Frar €10,935,235 Marzu €10,794,073 April €10,835,142 Mejju €10,884,347 Ġunju €10,992,733 Lulju €11,162,378 Awissu €11,138,181 Settembru €11,110,165 Ottubru €11,185,064 Novembru €11,361,905 Diċembru - Il-figuri huma ppreżentati f’eluf ta’ Ewro u jaqblu mal-istqarrijiet tal-NSO ‘Iċ-Ċifri tal-Finanzi tal-Gvern, li tiġi ppublikata kull xahar. Il-figura ta’ Diċembru 2025 għadha mhix disponibbli Sors: Bank Ċentrali u d-Dipartiment tat-Teżor

Defiċit fl-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-defiċit ta’ pajjiżna, xahar b’xahar, matul is-sena 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Bilanċ fiskali (bażi ta’ flus kontanti) tal-Fond Konsolidat, xahar b’xahar ghall-2025 Jannar -185.7m Frar +90.6m Marzu -145.4m April -21.0m Mejju +115.4m Gunju -311.4m Lulju -60.5m Awissu +314.6m Settembru -49.7m Ottubru -120.7m Novembru -100.4m Diċembru - Il-figuri huma ppreżentati f’miljuni ta’ Ewro u s-sinjal + (surplus) / - (defiċit). Il-figura ta’ Diċembru 2025 għadha mhix disponibbli. Sors: Uffiċju Nazzjonali ta l-Istatistika

KM Malta Airlines - Statutory Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32722 u 32834 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32480, jista’ l-Ministru jispjega għaliex mhux qed issir referenza għall-artikolu 182(3) tal-Kap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta ai termini ta’ liema “Meta l-ewwel żmien tal-kontijiet tal-kumpanija jkun żmien ta’ iktar minn tnax-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha, iż-żmien li xort’oħra jkun permess għat-tqegħid quddiem il-kumpanija u l-approvazzjoni f’laqgħa ġenerali ta’ kontijiet annwali jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li bihom iż-żmien tal-kontijiet rilevanti jkun itwal minn tnax-il xahar.” ? Jista’ l-Ministru jikkonferma li in vista ta’ dan l-artikolu tal-liġi li japplika fiċ-ċirkostanzi tal-Każ tal-KM Malta Airlines Plc, l-iStatutory Financial Statements kellhom jiġu approvati sal-31 ta’ Awwissu 2025 u sottomessi lill-Malta Business Registry sat-12 ta’ Ottubru 2025, liema perjodu fil-fatt skada u mhux kif erroneament indikat fl-istess tweġiba?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu - Konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21939, 22501, 24077, 32167 u 32837 u jagħti rendikont ta’ kemm-il konsulent ġie maħtur mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul is-snin 2023, 2024 u 2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min huma dawn il-konsulenti, fuq liema kriterji ntgħażlu u x’rata ta’ remunerazzjoni għandhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru huma skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-MTA, il-lista ta’ konsulenti tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Name Mario Attard Dr. Cory Greenland Dr. Ryan C. Pace Dr. Joseph Grech Antoine Portelli: Stratis Consulting Adi Associates Gaby Mallia Michael Piscopo Josef Bonello

Iż-żona tad-Dwejra (Limiti tar-Rabat, Malta) - Okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika

Question

Fid-dawl tal-okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fiż-żona tad-Dwejra (Limiti tar-Rabat, Malta), fejn anke ġie rrappurtat li kienet ikkaġunata ħsara strutturali fuq il-Victoria Lines, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-awtoritajiet kompetenti biex titwaqqaf din l-illegalità u jiġi aċċertat li s-sit jiġi żgumbrat kompletament, u jgħid x’passi legali jew ta’ infurzar qed jittieħdu fil-konfront tal-persuni responsabbli biex jagħmlu tajjeb għal din il-ħsara?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħala Awtorita’ ta’ l-Artijiet qeda ssir investigazzjoni fuq dan il-każ, u qed jaraw li tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Vetturi klassiċi

Question

B’referenza għal-linji gwida l-ġodda dwar vetturi klassiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn meta dawn daħlu fis-seħħ sal-lum, kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda u kemm saru spezzjonijiet mill-ġdid fuq vetturi ta’ dan it-tip, kif ukoll jipprovdi break down ta’ kemm minn dawn il-vetturi għaddew mill-ispezzjoni mill-ewwel u kemm m’għaddewx, maqsuma bejn applikazzjonijiet ġodda u dawk li saritilhom spezzjoni mill-ġdid?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Il-Qrendi – Ċentru Ċiviku – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32455, jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ xogħlijiet li għad iridu jitlestew sabiex iċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi jkun jista’ jibda jintuża?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li ċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi jinsab fil-proċess ta’ procurement għax-xogħlijiet ta’ tikħil, żebgħa, suffetti u partitions; xiri u tqegħid ta’ madum; aperturi; installazzjoni ta’ dawl u ilma; faċilitajiet sanitarji; xogħol tal-injam; air conditioners u CCTV; fittings tad-dwal; railing tal-gallariji; għamara u kitchenettes. Dawn ix-xogħlijiet iridu jitlestew sabiex iċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi jkun jista’ jibda jintuża.

L-Imqabba – Grawnd tal-futbol – Proċess ta’ akkwist ta’ art privata

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32458, jista’ l-Ministru jgħid jekk inbediex il-proċess biex tiġi akkwistata l-art privata sabiex ikun jista’ jsir it-tkabbir tal-grawnd tal-futbol ġewwa l-Imqabba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Basic Specialist Trainee Doctors – Mhux ingaġġati jew rifjutati – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tobba, jew li huma ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2025 u għadhom ma ġewx ingaġġati jew kienu rifjutati, u x’kienu r-raġunijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita’ Attiva rċieva 396 applikazzjoni għall-BST fit-12-il speċjalità. 121 ġew appuntati bħala Basic Specialist Trainees. Għandu jiġi nnutat li l-applikanti japplikaw għal aktar minn speċjalità waħda. Ir-raġunijiet għala ma ġewx magħżula huma: minħabba ma jissodisfawx il-kriterji tal-għażla, l-applikant jirtira l-applikazzjoni, assenti u jew ma kkwalifikawx.

Basic Specialist Trainee Doctors – Mhux ingaġġati jew rifjutati – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2024 u għadhom ma ġewx ingaġġati jew kienu rifjutati, u x’kienu r-raġunijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-PQ 32152.

Basic Specialist Trainee Doctors – Mhux ingaġġati jew rifjutati – Sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2023 u għadhom ma ġewx ingaġġati jew kienu rifjutati, u x’kienu r-raġunijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-PQ 32152.

Is-Siġġiewi – Inċidenti tat-traffiku – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-Siġġiewi matul is-sena 2025, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Santa Luċija - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Santa Luċija li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Għajnuna Soċjali Nisa Irġiel Total PQ 33466 SANTA LUĊIJA 54 5 59

Il-Gudja - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Għajnuna Soċjali Nisa Irġiel Total PQ 33465 GUDJA 8 1 9

Il-Birgu - Mużew Marittimu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-Mużew Marittimu tal-Birgu matul is-sena 2025, kemm kien hemm viżitaturi u kemm inbiegħu pubblikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi li żaru l-Mużew Marittimu sa Mejju 2025 kien 15,864. Wara Mejju l-Mużew ingħalaq għall-pubbliku. Il-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet mis-sit kien ta’ €12,289. Ninsab infurmat ukoll li l-informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż mis-sit matul is-sena 2025 ma tistax tingħata bħalissa, peress li s-sena finanzjarja ta’ Heritage Malta għadha ma’ ġietx magħluqa. Din l-informazzjoni tkun disponibbli u aġġornata f’Marzu 2026.

Marsaxlokk - Persuni li qed jirċievu għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Marsaxlokk li qed jirċievu l-għajnuna soċjali matul is-sena li għaddiet 2025 u jindika kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Għajnuna Soċjali Nisa Irġiel Total PQ 33463 MARSAXLOKK 24 5 29