Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru fire drills fil-binjiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, matul is-sena 2025? Jista’ jgħid f’liema binjiet saru dawn il-fire drills?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32494 u jgħid kemm hawn stabbilimenti li ma jaċċettawx ħlasijiet bis-sistema tal- ‘Point-of-Sale’ (POS) u allura jaċċettaw flus kontanti biss?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti li ma jaċċettawx ħlas permezz ta’ sistemi point-of-sale (POS), u minflok jiddependu biss fuq metodi oħra ta’ ħlas, bħall-flus kontanti, ivarja b’mod sinifikanti skont l-industrija u n-natura tal-attività. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32491 u jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li huma:
i. Applikanti single;
ii. Applikanti ’l fuq minn 60 sena; u
iii. Applikanti akkumpanjati bi tfal minuri magħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32490 u jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32487 u jgħid kemm hawn għalliema nieqsa fi klassijiet ta’ skejjel pubbliċi bħalissa u għal liema suġġetti u/jew klassijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm għalliem wieħed biss nieqes.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32486 u jagħti lista ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fl-iskeda preżenti tal-PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ programmi ta’ diskussjonijiet ta' ġrajjiet kurrenti u/jew ġurnaliżmu fl-iskeda preżenti tal-PBS hi hekk kif segwenti: Bla Rispetti, Fehma jew Fatt, Mill-Kamra, Popolin, Realta, Resume’ Ricky Debates, Vi jew VA, XTRA, – kif ukoll servizzi ta’ l-Aħbarijiet.
Sptar Mount Carmel – priġunieri li jużaw is-servizz ta’ Psychiatric In-Reach Services
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qegħdin jiggwadanjaw mis-servizz ta’ Psychiatric In-Reach Services? Kemm kien hemm priġunieri li kellhom jiġu rriferuti għall-kura ġewwa l-Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-aħħar tas-sena 2025, 234 priġunier kienu qed jiġu segwiti minn psikjatra fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Matul l-istess perjodu, kien hemm 202 ċirkostanza fejn priġunieri kellhom bżonn jiġu riferuti għall-kura fil-Forensic Unit, li minnhom 173 kienu fil-sezzjoni tal-irġiel u 29 fis-sezzjoni tan-nisa. Dan in-numru jinkludi priġunieri li ġew riferuti aktar minn darba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu s-sussidju tal-kera fil-mument taħt l-iskemi Rent Subsidy Scheme (RSS), Private Rented Sector (PRS) u Private Rent Housing Benefit Scheme (HBS)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 3,238 persuna li jieħdu s-sussidju tal-kera bħalissa taħt l-iskemi Rent Subsidy Scheme (RSS), Private Rented Sector (PRS) u Private Rent Housing Benefit Scheme (HBS).
Jista l-Ministru jgħid kemm-il persuna weħlet il-ħabs għax ma żammitx mal-obbligazzjonijiet tagħha li tħallas il-manteniment fis-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li, sa l-aħħar tas-sena 2025, kien hemm 11-il persuna li matul l-2025 daħlet il-ħabs dwar manteniment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li huma indipendenti u li jgħixu waħidhom, u kemm hemm li joqogħdu f’shared apartments li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar? Minn dawn il-persuni, jista’ jgħid kemm minnhom għandhom diżabilità fiżika, intellettwali jew mentali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mis-sena 2022 ’l hawn, l-Awtorità tad-Djar allokat total ta’ 28 proprjetà lil persuni b’diżabilità jew b’problemi ta’ mobilità li jgħixu waħidhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il eviction saret fis-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, għall-perjodu li jibda mis-sena 2024 sal-21 ta’ Jannar 2026, saru total ta’ 34 każ ta’ żgumbrament.
Dawn il-każijiet seħħew wara li jkunu ġew eżawriti l-proċeduri kollha previsti mil-liġi skont Kap. 573 u, b’ordni tal-qrati kompetenti. Huwa xieraq li jingħad li dawn il-miżuri jittieħdu biss bħala l-aħħar rimedju, wara li l-Awtorità tad-Djar tkun għamlet minn kollox sabiex il-persuna tikkonforma mar-regolamenti applikabbli. Qabel ma jsir kwalunkwe żgumbrament, jiġu esplorati soluzzjonijiet alternattivi u jiġi pprovdut l-appoġġ soċjali meħtieġ sabiex il-persuni affettwati jkunu jistgħu jkomplu jgħixu ħajjithom b’mod xieraq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mediċini ta’ rutina jingħataw permezz tal-iskema tal-POYC fiċ-ċentri tas-saħħa, u jekk hemmx xi diffikultajiet ta’ forniment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mediċini ta’ rutina, ċioe`għall-kura kronika, jingħataw mill-ispiżeriji privati li huma reġistarti mal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pazjenti b’mard kroniku (eż. dijabete, pressjoni għolja u obeżità) li jiġu segwiti b’mod regolari fil-Kura tas-Saħħa Primarja?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li permezz ta' Servizz Multidixxiplinarju, id-Dipartiment tal-Kura Primarja joffri bosta servizzi lil pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet kroniċi. Uħud minn dawn is-servizzi huma mmirati b’mod speċifiku (bħall-Klinika tad-Dijabete u l-Proġett Pilota dwar l-Obeżità), filwaqt li oħrajn huma aktar ġenerali (bħas-servizz tat-Tabib tal-Familja – kemm b’appuntament kif ukoll mingħajru – servizzi tal-infermiera, u servizzi ta' Allied Health). Dawn is-servizzi kollha huma aċċessibbli għall-pazjenti kollha li jbatu minn kull kundizzjoniji kronika mingħajr ebda preġudizzju.
Mill-bidu tal-2020, meta ġiet implimentata s-sistema tal-EPR, total ta’ 20,718-il pazjent individwali b’Diabetes Mellitus attendew il-Klinika tad-Dijabete fi ħdan id-Dipartiment tal-Kura Primarja. Barra minn hekk, 75 pazjent attendew il-Proġett Pilota dwar l-Obeżità li ġie mniedi fl-2024.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jiżdiedu l-ħinijiet tal-ftuħ (extended hours) fiċ-ċentri tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm pjan li jiżdiedu l-ħinijiet tal-ftuħ (extended hours) fiċ-ċentri tas-saħħa tal-Gżira u Ħal-Qormi ġewwa Malta u r-Rabat Għawdex.
Ċentri tas-Saħħa - Ħin ta’ stennija għal General Practioners
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja tal-ħin ta’ stennija biex pazjent jara General Practitioner f’kull ċentru tas-saħħa ewlieni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirrferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 33420, 33421, 33422 u 33423.
Il-ħinijiet ivarjaw u kull jum jiddependi kemm f’ħin partikolari tal-ġurnata ikun hemm pazjenti li jirrikorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa u l-gravità ta’ kull każ.
Sabiex ngħinu lill-pazjenti jkunu jafu kemm ser ikun il-ħin ta’ stennija fiċ-Ċentru tas-Saħħa, inħolqot il-websajt li turi l-ħin attwali f’dak il-mument. Il-websajt Ħinijiet ta' Stennija Stmati għall-kliniċi walk-in tat-Tabib tal-Familja fiċ-Ċentri tal-Kura tas-Saħħa Primarja - The Department. Kopja ta’ din il-websajt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jispjega kif qed tiġi indirizzata l-problema ta’ stigma kontra persuni b’mard mentali u jgħid jekk hemmx kampanji edukattivi jew preventivi fis-soċjetà u fl-iskejjel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-problema tal-istigma qed tiġi indirizzata permezz ta’ tisħiħ tal-kwalità tal-kura, sabiex aktar persuni jħossuhom komdi jersqu għall-għajnuna. Qed isir enfasi fil-mod kif jiġu ppjanati s-servizzi, biex ma jsir l-ebda distinzjoni bejn mard fiżiku u mard mentali. Fil-fatt, il-futur tal-kura akuta fil-psikjatrija huwa ippjanat li jsir fl-Isptar Mater Dei. Qed jkun hemm parteċipazzjoni regolari tal-membri tad-Dipartiment tal-Psikjatrija f’programmi fil-midja, bil-għan li jżidu l-għarfien pubbliku dwar il-problemi tas-saħħa mentali.
Linji ta’ Emerġenza 24/7 u servizzi ta’ Crisis Intervention għal persuni bi problemi tas-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx linji ta’ emerġenza 24/7 u servizzi ta’ crisis intervention għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, u kemm pazjenti użawhom fl-2023 u fl-2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-helpline 1579 jaħdem 24/7. F’każ ta’ emerġenzi psikjatriċi, l-ambulanza tintbagħat fuq il-post skont il-ħtieġa.
Infurmat li fis-sena 2024 kien hemm 9,830 telefonata fuq il-helpline 1579. Għar-rigward is-sena 2023, nirreferi lill-Onor. Interpllant għat-tweġiba tal-PQ 14432.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30738 u 32140 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika rispettivament u jgħid xi pjanijiet hemm biex jinfetaħ krematorju tal-bnedmin f’Malta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet ‘Partial Review of the Cemeteries Policy and Design Guidance 2015’ biex tintroduċi ‘Policy and Design Guidance for the Development of standalone Crematoria’. Dawn il-linji gwida ġew approvati u daħlu fis-seħħ f’Settembru 2024.