Legislature:
Category:
Reset
Active:

Grid tal-elettriku – Xogħlijiet u Infrastruttura

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex ser ikun qed jikkonsisti x-xogħol marbut mal-grid tal-elettriku, fuq firxa ta’ disa’ snin imħabbar mill-Ministeru u l-Enemalta? Tista’ tgħid ukoll kif ser jiġi żgurat li l-infrastruttura meħtieġa, issir b’mod li ma tkissirx lill-infrastruttura eżistenti, fl-istess toroq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għal stqarrija (PR260019) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar it-8 ta’ Jannar 2026, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaż-Żabbar - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħaż-Żabbar matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33477 Ħaż-Żabbar 210 €1,193.98 91

Università ta’ Malta - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Università ta’ Malta matul is-sena 2025 u kemm kienet l-ispiża relattiva?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul is-sena li għaddiet, il-Librerija tal-Università ta’ Malta xtrat 1,174 ktieb ġdid għal spiża totali ta’ €124,926.17.

Ix-Xgħajra - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tax-Xgħajra matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33475 Ix-Xgħajra 226 €1,099.72 29

Libreriji pubbliċi - Kotba bil-lingwa Taljana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Taljana għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk ingħatawx f’donazzjonijiet xi kotba bl-istess lingwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija bil-Taljana – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33474 Libreriji Pubbliċi 51 € 228.57 18

Libreriji pubbliċi - Kotba bil-lingwa Ġermaniża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Ġermaniża għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk ingħatawx f’donazzjonijiet xi kotba bl-istess lingwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li ngħatat donazzjoni waħda.

Il-Belt Valletta – Bormla Ferry – Ticket booth – Nuqqas ta’ staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux dejjem ikun hemm persuna fit-ticket booth għall-ferry tat-Three Cities, bil-konsegwenza li ħafna turisti jkollhom iħallsu abbord, u dan ħafna drabi jikkawża dewmien fit-tluq tal-lanċa jew li l-lanċa titlaq bil-passiġġieri bilwieqfa u għadhom iridu jħallsu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Operatur qed iżomm b’mod regolari rappreżentant għall-bejgħ tal-biljetti.  Ninfurmaha wkoll li f’kundizzjonijiet ta’ temp ħażin, ma jkunx hemm rappreżentant preżenti fit-ticket booth.

Il-Belt Valletta – Bormla Ferry – Restrizzjoni pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex l-aċċess għall-passiġġieri għall-ferry (Three Cities) li qabel kienu jaqsmu minn fuq iż-zebra crossing li hemm quddiem il-mina li tagħti għal-lift u wara kienu jgħaddu minn wara l-pixkerija l-antika issa ngħalaq u issa qed ikollhom jaqsmu t-triq b’mod perikoluż u għall-frustrazzjoni tas-sewwieqa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- pedestrian crossing indikata tneħħiet mill-Awtorità minħabba li l-pożizzjoni tagħha ma kienitx meqjusa adegwata mil-lat tas-sigurtà.  Min irid jaqsam jista’ jagħmel dan b’mod sigur permezz tal-pelican crossing li tinsab aktar ’l isfel. Barra minn hekk, il- pedestrians ma jistgħux jgħaddu min-naħa tal-baħar peress li bħalissa għaddejjin xogħlijiet fuq il-moll.

Public Service Obligation Contract

Question

B’referenza għall-Public Service Obligation Contract li l-Gvern għandu mal-Public Broadcasting Service (PBS), u peress li l-aħħar kuntratt li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skada fl-2024, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt preżenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra kif mgħoddija lili.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall- Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Finanzi – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Direct Orders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kif twieġeb  f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

San Pawl il-Baħar – Il-Veċċja – Tenders marbuta ma’ xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol li huwa mistenni li jsir fejn l-għar tal-Veċċja sabiex jitneħħa kull periklu li jista’ jinħoloq jekk jaqgħu partijiet mill-blat? Fid-dawl li l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar ġew approvati, jista’ jgħid jekk inħarġux it-tenders għax-xogħol neċessarju? Jekk iva, dawn it-tenders ġewx aġġudikati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fejn l-għar tal-Veċċja huwa mistenni li jinbeda lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Id-dokumenti tat-tenders qegħdin jigu ppreparati.

Bridging the Gap Scheme – Persuni li aċċettaw li jieħdu sehem

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29230, jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew identifikati minn Jobsplus matul l-2025 sabiex ikunu jistgħu jingħataw is-sapport skont l-iskema ‘Bridging the Gap’? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-persuni hekk identifikati, fil-fatt aċċettaw li jieħdu sehem f’din l-iskema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Diċembru 2025, wieħed u għoxrin (21) persuna ġew identifikati u aċċettaw li jieħdu sehem f’din l-iskema. L-iskema tal-Bridging the Gap tiġi offrutha lil kull persuna b’diżabilità jew vulnerabbli li għandha bżonn esperjenza ta’ xogħol.

Bridging the Gap Scheme - Persuni li qed jibbenefikaw

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 29228 u 29229 jista’ l-Ministru jgħid kif inbidlu n-numri ta’ persuni li bbenefikaw mill-‘Bridging the Gap Scheme’, matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li l-benefiċċji maħsuba f’din l-iskema jiġu estiżi għal persuni oħra jew għal persuni b’kundizzjonijiet oħra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Diċembru 2025 wieħed u għoxrin (21) persuna ibbenefikaw minn din l-iskema matul is-sena. Din l-iskema hi miftuħa għal persuni b’diżabilità jew vulnerabbli biss. Persuni oħra jistgħu jibbenefikaw minn skemi simili oħra offruti minn Jobsplus.