Legislature:
Category:
Reset
Active:

Diskussjonijiet dwar art

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10821, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern daħalx, jew jekk jinsabx f’diskussjonijiet sabiex jidħol f’arranġament mal-privat sabiex l-art immarkata b’linji blu fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament, tinbiegħ jew tingħata b’titolu legali ieħor lill-privat? Jekk huwa l-każ, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-arranġamenti li saru jew li jinsabu fil-proċess li jsiru, u jidentifika l-kumpaniji jew individwi privati li huma parti minn dawn l-arranġamenti jew diskussjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Mażri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 35447 u 35553 u jgħid kemm-il mażżra ġiet allokata f'San Pawl il-Baħar matul l-aħħar 12-il xahar u jaqsam din l-informazzjoni skont il-bajja li fiha ġew allokati dawn il-mażri?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar 12-il xahar kien hemm riorganizzazzjoni tal-mażri eżistenti.

Ċentri sportivi - Sapport finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35537 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34698, fejn intqal li “kien hemm 11-il għaqda sportiva li ngħataw sapport min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.”, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju jew xogħol bla ħlas, sar minn dan id-dipartiment? Jista’ jgħid ukoll: lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna matul l-2024 u l-2025, separatament għal kull sena; f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa; fejn hu mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u kif jista’ klabb jew ċentru sportiv japplika biex jingħata tali għajnuna?

Response (BONETT, CHRIS)

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 34698, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet ivarjaw minn installazjoni ta’ fencing u seats għall-ispettaturi, xogħol ta’ kostruzzjoni, kisi u tibjid, tqegħid ta’ madum, xogħol ta’ plumbing u elettriku, installazzjoni ta’ aperturi u heatpumps, kif ukoll xogħol ta’ manutenzjoni. Klabb jew Ċentru Sportiv jista’ japplika biex jingħata tali għajnuna mis-sit elettroniku tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ( https://publicworksdepartment.gov.mt/en/services/ ) Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-sit elettroniku kif ukoll il-lista tal-għaqdiet sportivi msemmija.

Kuntratt ta’ xiri ta’ gass

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jiskadi l-kuntratt ta’ xiri tal-gass (LNG) li kien sar oriġinarjament mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Tista’ tgħid ukoll sarux arranġamenti għax-xiri tal-gass għal wara li jiskadi dan il-ftehim?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR260639) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ April 2026, wara laqgħa li saret mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) fejn flimkien mal-Prim Ministru tajna preżentazzjoni teknika, u garanzija ta’ serħan il-moħħ mhux biss ta’ stabbiltà fil-prezzijiet imma wkoll ta’ stabbiltà fil-provvistà tal-enerġija.

Bormla - Triq Carmelo Mifsud Bonnici - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici, f’Bormla u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici, Bormla jikkonsistu f’tibdil tal-pajpijiet ta’ l-ilma u drenaġġ (kif ukoll l-konnessjonijiet privati li nstabu li kienu ta’ l-asbestos), tibdil u iffurmar mill-ġdid tal-bankini, preparazzjoni għall-charging pillar għall-vetturi elettriċi, iffurmar mill-ġdid tat-triq li jikkonsisti f’saffi varji inkuż żewg saffi ta’ asfalt.

Ħal Tarxien/Raħal Ġdid - Triq Lampuka - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Lampuka, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol jikkonsisti f’tibdil ta’ servizzi tal-ilma, tibdil tal-bankini u resurfacing tat-triq innifisha.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè – Encroachments

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista dettaljata tal-encroachments kollha maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè, u jgħid meta se tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman sabiex ikun hemm identifikazzjoni ċara u trasparenza akbar dwar l-art mogħtija bħala encroachment, inkluż fejn applikabbli, li din tkun indikata fuq il-post?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Att li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji sħaħ tal-ftehimiet kollha li ntlaħqu mal-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana taħt l-Att li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Taxxa, Att 30 tal-2025, l-Abbozz ta’ Liġi Nru 142, inkluż: •    in-numru ta’ ftehimiet li ntlaħqu; •    l-ammont oriġinali tat-taxxa dovuta qabel kwalunkwe aġġustament; •    l-ammont finali mħallas wara l-ftehim; •    l-ammont u r-rata tal-penali jew imgħax applikati; •    it-termini ta’ ħlas mogħtija (inkluż perjodu u skeda ta’ ħlas); u •    u jekk kienx hemm każijiet fejn parti mill-ammont dovut ġiet imħassra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal‑15 ta’ April 2026, b’kollox ġew konklużi 11‑il ftehim, li jkopru 16‑il taxpayer distint u li jinkludu kemm kumpaniji kif ukoll individwi.  Permezz ta’ dawn il‑ftehimiet, iż‑żieda fit‑taxxa totali ammontat għal €34,230,949 , flimkien ma’ dawn ġew imposti multi addizzjonali oħra ta’ €3,044,161 . Mill‑11‑il ftehim konkluż: ·       7 ġew imħallsa kompletament; ·       2 ingħataw terminu ta’ sitt (6) xhur; ·       1 ingħata terminu ta’ disa’ (9) xhur; u ·       1 huwa suġġett għal programm strutturat ta’ ħlas li jestendi fuq perjodu ta’ tnax‑il (12) sena. Ir‑rata tal‑multi addizzjonali mposti hi stabbilita skont l‑Iskeda (Regola 3) tal‑Avviż Legali 177 tal‑2025, riprodott hawn taħt: SCHEDULE (rule 3) Endangered Tax (€) Endangered Tax (€) Progressive Rate (%) Up to 1,500,000 15.0 1,500,001 2,500,00 20.0 2,500,001 4,000,000 and over 25.0 Each rate applies only to the portion of the amount falling within its respective bracket L‑ebda ammont ta’ taxxa jew multi addizzjonali imposti skont l‑Att XXX tal‑2025 ma ġiet imnaqqsa.  Madankollu, fejn taxpayers kienu eliġibbli, ingħataw remissjoni parzjali ta’ multi amministrattivi u ta’ imgħax skont il-policies fis-seħħ.

Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35459 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34643 dwar l-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre fil-Wardija, jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ġdid hemm maħsub li jkun hemm f'din l-istess skola għas-sena skolastika 2026-2027? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li jkunu l-istudenti separatament għal kull sena għas-sena skolastika 2026-2027?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix xi nżid ma dak li diġa weġibt fil-mistoqsijiet parlamentari li saru preċedentament, inkluż tweġibiet orali li tajt diġà fil-parlament.

Skema ta’ Depożitu ta’ 10% - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda bl-Iskema ta’ Depożitu ta’ 10% u kemm ibbenefikaw żgħażagħ biex ikunu jistgħu jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema HBS – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet ġodda li daħlu taħt l-iskema tal-Benefiċċju tal-Kera f'Residenzi Privati (HBS) matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont investit?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Tarxien - Triq Joseph Burlò u Triq Xintill

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’obbligi jkun hemm fuq il-kuntrattur biex it-triq terġa’ tiġi rrestawrata għal stat tajjeb bit-tarmak meta jsiru xogħlijiet ta’ tqattigħ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew mill-Enemalta, hekk kif ir-ritratti annessi juru kif tħallew it-trinek fi Triq Joseph Burlò u fi Triq Xintill, f’Ħal Tarxien?

Response (DALLI, MIRIAM)

Wara li jsiru xogħlijiet ta’ trinek mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew minn Enemalta, dawn jerġgħu jnksew bit-tarmak skont il-kundizzjonijiet maħruġin minn Transport Malta. Infurmata li fir-rigward tat-trinka fi Triq Joseph Burlò din saret b’konnessjoni ma’ xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u għad trid tinkesa bit-tarmak. Fir-rigward tat-trinka indikata mill-Onor. Interpellant fi Triq Xintill infurmata li dik ma tappartjenix għal xogħlijiet ta’ waħda mill-entitajiet rispettivi, għalkemm f’dik it-triq sar intervent separat mill-Enemalta u hemm ukoll għad irid isir l-asfalt.

Ta’ Qali u Central Link - Drifting tal-karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li permezz ta’ rondi frekwenti mill-awtoritajiet, jitnaqqas id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u s-Central Link, speċjalment wara t-8 p.m., peress li dan qed joħloq periklu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-ħidma tas-sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta, flimkien ma’ sezzjonijiet oħra, isiru spezzjonijiet regolari f’ċerti żoni magħrufa fejn iseħħu manuvri perikolużi bil-vetturi. Dawn l-ispezzjonijiet isiru prinċipalment fil-ħinijiet ta’ filgħaxija kif ukoll fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.