CfT: (OPEN ACCELERATED) WSC/T/084/2025 - WORKS – SUPPLY, LAY AND COMMISSION OF NEW PIPELINES IN THE PEMBROKE-TA’ QALI TUNNEL FOR THE WATER SERVICES CORPORATION – Offerenti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33613, peress li fil-link provdut hemm biss id-dokumenti li bihom inħareġ it-tender, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tas-sottomissjonijiet li saru mill-offerenti, inkluż dawk li rebħu t-tender?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 33613, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni provduta f’din il-link
https://www.etenders.gov.mt/epps/eawarding/showDetailsOpenedTender.do?resourceId=12461784
, li qed inpoġġi screenshot tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. Kwalunkwe informazzjoni u dokumenti mhux aċċessibbli mill-pjattaforma tal-ePPS huma ta’ natura kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma jistgħux jiġu pubblikati.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ uffiċjali tas-servizz, mhux pajżana, maqsuma fl-erba' korpi dixxiplinati: Pulizija, Forzi Armati, CCF u Protezzjoni Ċivili sal-31 ta’ Diċembru 2025?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ex-uffiċjali tas-servizz, li fil-31 ta’ Diċembru 2025, irċevew il-pensjoni tas-servizz, maqsuma fl-erba' korpi dixxiplinati: Pulizija, Forzi Armati, CCF u Protezzjoni Ċivili?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li eks-uffiċjali fil-korpi msemmija rċevew pensjoni tas-servizz fil-31 ta’ Diċembru 2025 skont it-tabella hawn taħt:
Korp
Numru ta’ pensjonanti
Pulizija
1807
Forzi Armati
1772
Servizzi Korrettivi
47
Protezzjoni Ċivili
34
Is-Siġġiewi – Żona ta’ Għar Lapsi – Ħsarat kawża tal-maltemp
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’miżuri se jittieħdu biex jiġu indirizzati l-ħsarat li hemm fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi, kawża tal-maltemp li ffaċċja pajjiżna f’dawn il-jiem?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Is-Siġġiewi – Żona ta’ Għar Lapsi – Ħsarat kawża tal-maltemp
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri se jittieħdu biex jiġu indirizzati l-ħsarat li hemm fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi, kawża tal-maltemp li ffaċċja pajjiżna f’dawn il-jiem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Is-Siġġiewi – Żona ta’ Għar Lapsi – Ħsarat kawża tal-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu biex jiġu indirizzati l-ħsarat li hemm fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi, kawża tal-maltemp li ffaċċja pajjiżna f’dawn il-jiem?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għall-Istqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi fuq dan ir-rigward, liema stqarrijiet qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33621 u ċjoè: B’referenza għal-linji gwida l-ġodda dwar vetturi klassiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn meta dawn daħlu fis-seħħ sal-lum, kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda u kemm saru spezzjonijiet mill-ġdid fuq vetturi ta’ dan it-tip, kif ukoll jipprovdi break down ta’ kemm minn dawn il-vetturi għaddew mill-ispezzjoni mill-ewwel u kemm m’għaddewx, maqsuma bejn applikazzjonijiet ġodda u dawk li saritilhom spezzjoni mill-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda dwar il-vetturi klassiċi, twettqu total ta’ 434 spezzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni jew l-entità li ġiet imqabbda bħala espert biex tagħti pariri dwar il-ħaxix tal-picnic area f’Ta’ Qali, kemm qabel li ntefa’ ż-żrar kif ukoll wara? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażlet tali persuna jew entità, u jgħid kemm qed titħallas għal dan is-servizz?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan jew diskussjonijiet għaddejjin biex is-siti arkeoloġiċi ta’ Santa Verna, it-Tempji tal-Ġgantija u ċ-Ċirku tax-Xagħra jiġu integrati f’żona ta’ protezzjoni arkeoloġika unifikata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza ma tarax il-bżonn f’dan l-istadju li ż-żoni ta’ protezzjoni eżistenti jiġu estiżi biex jiffurmaw żona ta’ protezzjoni arkeoloġika waħda. Fil-proċessi kollha, s-Sovrintendenza tieħu nota taż-żoni ta’ protezzjoni, kif ukoll tas-siti kollha magħrufa fil-madwar, sabiex tieħu l-miżuri kollha provduti mill-liġi biex il-wirt arkeoloġiku jiġi mħares.
Jista’ l-Ministru jara li tiżdied il-frekwenza tal-karozzi tal-linja tar-rotot 120 u 204 peress li qed ikunu mimlija passiġġieri? Jista’ wkoll jara li terġa’ tiġi introdotta r-rotta Bus X2 mill-Fgura għall-Isptar Mater Dei waqt il-peak hours mill-5.00 am sas-7.00 am għax ħafna pazjenti li qed ikollhom vista l-isptar qegħdin jispiċċaw jitilfu l-appuntament tagħhom għax ma jaslux fil-ħin, minbarra l-fatt li diversi impjegati tal-Isptar Mater Dei qed jaslu tard għax-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotta X2 ma kienitx isservi l-Fgura, iżda kienet topera bejn San Ġiljan, is-Sliema, l-Isptar Mater Dei u l-Università, Marsa Park and Ride, Raħal Ġdid kif ukoll l-Ajruport.
Qed tittieħed nota tas-suġġeriment dwar żieda fil-frekwenza għal aktar konsiderazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33636 u jgħid x’kienet in-nefqa totali tal-Gvern fin-Notte Bianca 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
In-Notte Bianca 2025 mill-ġdid attirat l-eluf lejn il-Belt Kapitali ta’ pajjiżna, Valletta, għal-esperjeza mill-isbaħ li ressqet lil dawk kollha li attendew aktar qrib il-wirt nazzjonali, l-arti u l-kultura ta’ Malta. Infurmant li fil-fatt, f’din l-attivita’ li għaliha postijiet ta’ interess ikunu wkoll miftuħa għall-pubbliku bla ħlas, rat il-parteċipazzjoni ta’ madwar 400 artist individwali f’76 proġett artistiku li in-nefqa għalihom kienet ta’ €387,474.75 (VAT eskluż ). Ġejt infurmat ukoll li l-ispiża kumplessiva marbuta man-Notte Bianca 2025 kienet ta’ ta’ €718,844.54 (VAT eskluż) (li allura jinkludu l-ispiża marbuta mal-proġetti artistiċi u anke spejjeż ta’ loġisitika sabiex jitella’ l-avveniment, sigurta’, forzi tal-ordni u forzi ta’ koordinazzjoni tat-trasport, persuni tal-ewwel għajnuna, protezzjoni ċivili, kiri tal-postijiet fejn jittelgħu l-attivitajiet, insurances, etċ.)
San Vincenz de Paul – Pope John Paul II, Ward 1 – Anzjani trasferiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li qegħdin f’Pope John Paul II, Ward 1, f’San Vincenz de Paul ġewx trasferiti kollha? Jista’ jgħid ukoll fejn ġew u qed jiġu trasferiti dawn l-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li t-trasferiment tal-anzjani għadu għaddej u qed isir b’mod gradwali skont id-disponibbiltà tas-sodod f’swali oħra. L-anzjani qed jiġu rilokati lejn swali oħra tad-dimenzja hekk kif isiru disponibbli sodod adattati għall-bżonnijiet ta’ dawn il-pazjenti.
San Vincenz de Paul – Pope John Paul II, Ward 1 – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru f’Pope John Paul II, Ward 1, f’San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll kemm ser idumu dawn ix-xogħlijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li x‑xogħlijiet qed jikkonsistu f’aġġornament u installazzjoni ta’ sistema ġdida tal-arja kkundizzjonata, sabiex is-sala tkun konformi mal-istandards meħtieġa u tipprovdi ambjent sigur u komdu għar-residenti. Din hija l-aħħar ward li kienet għadha tuża sistema qadima, u għalhekk qed tiġi modernizzata. Ix‑xogħol diġà beda u mistenni jkompli b’mod gradwali, b’kunsiderazzjoni għat-trasferiment tar‑residenti u l-ħtiġijiet operattivi tas-sala.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm notifikazzjonijiet (local & foreign notification section) quddiem id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ joħroġilhom att tat-twelid wara li jkunu kisbu ċ-ċittadinanza Maltija? Jista’ jgħid ukoll kemm idum il-proċess sabiex jinħareġ l-att tat-twelid?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li reġistrazzjoni ta' att tat-twelid skont Artikolu 244 tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta), tkun dwar persuni Maltin li twieldu barra l-pajjiż. Għalhekk d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ma jżomm ma jagħmel l-ebda distinzjoni bejn persuni li diġà jkunu, jew li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija, meta jipproċessa reġistrazzjoni ta' Atti tat-Twelid.
F’dawk il-każijiet fejn l-applikanti jissottomettu ċertifikat tat-twelid għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 244 tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta), dawn normalment jiġu pproċessati fi żmien ta’ sitt sa tmien ġimgħat mid-data li fiha tintlaqa’ l-applikazzjoni.
Dan il-perjodu ta’ proċessar jista’ jiġi estiż f’ċirkustanzi fejn is-Sezzjoni teħtieġ konferma ulterjuri fuq id-dokumenti sottomessi, inkluż li tivverifika l-awtentiċità taċ-ċertifikat tat-twelid ippreżentat.
Minkejja dan kollu, infurmat li dawk l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ ċertifikati tat-twelid li jkunu meqjusa bħala urġenti, b’mod partikolari meta jkunu involuti konsiderazzjonijiet mediċi, jingħataw prijorità assoluta u jiġu finalizzati fi ftit jiem.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx istanzi fejn kunsilli lokali f’Malta qegħdin jikru l-uffiċini minn individwi (landlords) li jifformaw parti mill-istess kunsill lokali bħala kunsilliera, sindki jew viċi sindki u/jew jaħdmu fl-istess kunsill lokali f’xi kariga kwalunkwe? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn il-kunsilli lokali u xi rwol għandhom il-landlords fil-kunsilli rispettivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan jikri l-uffiċċju li minnu jopera mingħand sid li hija Kunsilliera. Il-kuntratt tal-kirja ġie ffirmat fl-2015 għal perjodu ta’ ħmistax-il sena. F’dak iż-żmien, is-sid ma kinitx tifforma parti mill-Kunsill.
Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-kunsilli lokali f’Malta li qegħdin jikru l-uffiċini minn fejn joperaw mingħand il-privat? Jista’ wkoll jindika għal kull kunsill lokali l-ammont ta’ kera li qed jitħallas lill-privat fuq bażi ta’ kull xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mill-Kunsilli rispettivi.
B’referenza għall-istat li tinsab fih Triq Bella Vista, San Ġwann, fejn parti minnha jonqsilha l-aħħar saff tat-tarmak u fejn parti oħra (ħdejn il-Kappella ta’ San Ġwann) għad trid issir, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsiru dawn ix-xogħlijiet?