Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kennedy Grove – Attivitajiet ta’ żmien il-Milied – Nefqa

Question

Tista’ l Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa biex inżamm il-programm ta’ attivitajiet ta’ żmien il-Milied fl-inħawi ta’ Kennedy Grove? Fiex kienu jikkonsistu dawn in-nefqiet, u kif kienu maqsuma, bħal: armar, tiżjin, dwal eċċ.? X’tip ta’ sigurtà kien hemm waqt l-attivitajiet u minn min ġiet ipprovduta? Tista’ tagħti dettalji ta’ nefqiet oħra li kienu involuti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l‑avveniment pubbliku msejjaħ ‘Christmas in the Park’ jagħti opportunità lill‑familji u lill‑viżitaturi biex, filwaqt li jgawdu l‑ispazji miftuħa u jqattgħu ħin ta’ kwalità mal‑għeżież tagħhom, jitgħallmu kif jagħmlu għażliet aktar għaqlin u sostenibbli fil‑ħajja ta’ kuljum. Dan kollu jsir f’atmosfera festiva tipika tal‑Milied, li tgħaqqad id‑divertiment mal‑edukazzjoni u l‑għarfien ambjentali. Matul l-għaxart’ijiem li damet għaddejja, bejn it-12 u l-21 ta’ Diċembru 2025, din l-attività żaruha għadd kbir ta’ viżitaturi li ngħataw l-opportunità li jiltaqgħu ma’ rappreżentanti mid-diversi entitajiet tal-Ministeru. Dawn laqgħu lill‑pubbliku u permezz ta’ attivitajiet u logħbiet edukattivi, komplew iwasslu messaġġi b’saħħithom favur il‑ħarsien tal‑ambjent u s‑sostenibbiltà. L‑esperjenza kienet imsaħħa b’attivitajiet bħal realtà virtwali, wirjiet interattivi, logħob edukattiv u diversi dimostrazzjonijiet tematiċi oħra. L‑ispiża netta tal‑avveniment kienet ta’ €323,069. Din tinkludi spejjeż relatati ma’ servizzi ta’ disinn u reklamar, loġistika, armar, tiżjin u set-up ġenerali, programm ta’ divertiment u attivitajiet għat‑tfal, trasport, servizzi ta’ saħħa u sigurtà, polza ta’ assigurazzjoni u tindif.

Ħal Tarxien - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33484 Ħal-Tarxien 103 € 938.88 231

Il-Gudja - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33483 Il-Gudja 123 €1,064.34 293

Santa Luċija - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33482 Santa Luċija 32 € 468.03 45

Il-Birgu - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Birgu matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33481 Il-Birgu 193 € 1,996.59 156

L-Isla - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Isla matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33480 L-Isla 18 € 323.39 39

Bormla - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33479 Bormla 159 € 1006.88 311

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 33366.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 33367.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru tiegħu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-gvern biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (ABELA, ROBERT)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Intepellanta illi, dan il-Gvern jinkoraġġixxi bi sħiħ il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tant li, matul il-leġislatura kurrenti rajna li nkomplu nsaħħu prattiki tax-xogħol moderni diġà eżistenti, u nżidu magħhom, sabiex ikun jista’ jintlaħaq dan il-għan. Fil-fatt, kif inhu pubblikament magħruf, b’effett mit-3 ta’ April 2023, l-Gvern addotta miżuri mtejjba ta’ prattiki tax-xogħol moderni għall-Uffiċjali Pubbliċi kollha, fejn huwa possibbli u fejn jippermetti s-servizz.  Dan wara li kienet saret konsultazzjoni estensiva mal-pożizzjonijiet ta’ tmexxija fis-Servizz Pubbliku u l-Unjins. Ninnota li l-prattiki ta’ xogħol moderni mhumiex biss marbuta ma’ xogħol mill-bogħod b’mod strutturat (remote working), iżda jinkludu wkoll prattiki ta’ xogħol ta’ sigħat imnaqqsa (reduced hours), ħin flessibbli (flexible), u ġimgħa flessibbli. Irrid inżid illi dawn il-miżuri huma wkoll imfassla f’manwal li jinsab għall-konsum pubbliku fuq il-portal tas-servizz pubbliku, u li qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. Fl-aħħar nett, nirrimarka li l-Gvern immexxi minni, jqis b’importanza kbira dawn il-prattiki, biex nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar lill-ħaddiema tal-Amministrazzjoni Pubblika, b’bilanċ aqwa bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, lil’hinn mid-definizzjoni simplistika u restrittiva li qed tati lil dawn l-istess prattiki tax-xogħol, l-Onor Membru.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema entitajiet governattivi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Ħlas ta’ taxxi minn studenti li jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ studenti li jħallsu t-taxxa, maqsuma separatament għal dawk li jaħdmu fuq bażi full-time u dawk fuq bażi part-time?  Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm studenti li ma ħallsux taxxa għal dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabelli hawn taħt: Taxxa mħallsa Sena 2022 2023 2024 Numru ta’ persuni li kellhom dħul li ġie ntaxxat bir-rati normali u li ħallsu taxxa 2,684 2,748 2,891 Numru ta’ persuni li kellhom dħul li ġie ntaxxat bir-rata tal-part-time u li ħallsu taxxa 165 250 197 Numru ta’ persuni li kellhom dħul kemm bir-rati normali u kemm part-time u li ħallsu taxxa 883 800 974 Sena 2022 2023 2024 Numru ta’ persuni li kellhom dħul li ġie ntaxxat bir-rati normali u li ma ħallsux taxxa 8,657 8,523 8,507 Numru ta’ persuni li kellhom dħul li ġie ntaxxat bir-rata tal-part-time u li ma ħallsux taxxa 162 124 199 Numru ta’ persuni li kellhom dħul kemm bir-rati normali u kemm part-time u li ma ħallsux taxxa 554 210 505 Nota: Fit-tabella hemm in-numru ta’ persuni li apparti stipendju matul is-sena kellhom ukoll dħul minn impjieg li ġie ntaxxat bir-rati normali u/jew dħul li ġie ntaxxat bir-rata speċjali tal-part time.

Studenti li jaħdmu full-time u part-time – medja ta’ kemm titħallas taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja ta’ kemm ħallsu taxxa studenti li jaħdmu kemm fuq bażi full-time u anke fuq bażi part-time separatament għal dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Taxxa Medja Mħallsa Sena 2022 2023 2024 Medja mħallsa fuq dħul li ġie ntaxxat bir-rati normali €125 €158 €169 Medja mħallsa fuq dħul li ġie ntaxxat bir-rata tal-part-time €86 €132 €98 Medja mħallsa fuq dħul kemm bir-rati normali u kemm part-time €282 €451 €345

Studenti li jaħdmu full-time u part-time - Ħlas ta’ taxxi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallsu taxxa studenti li jaħdmu kemm fuq bażi full-time u anke fuq bażi part-time separatament għal dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Sena Taxxa Mħallsa 2022 2023 2024 Taxxa mħallsa fuq dħul li ġie ntaxxat bir-rati normali €1,412,947 €1,782,098 €1,929,056 Taxxa mħallsa fuq dħul li ġie ntaxxat bir-rata tal-part-time €28,301 €49,351 €39,004 Taxxa mħallsa fuq dħul kemm bir-rati normali u kemm part-time €404,931 €455,733 €509,529 Nota: Fit-tabella hemm l-ammont ta’ taxxa mħallsa minn dawk il-persuni li apparti stipendju matul is-sena kellhom ukoll dħul minn impjieg li ġie ntaxxat bir-rati normali u/jew dħul li ġie ntaxxat bir-rata speċjali tal-part time.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħroġ mill-Public Procurement Regulations.

Projects Gozo – Twaqqif u laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet imwaqqfa Projects Gozo? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba ltaqa’ l-board ta’ Projects Gozo u jagħti d-dati ta’ meta ltaqa’, kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda ta’ kull laqgħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Projects Gozo Ltd ġiet irreġistrata mal-Malta Business Registry nhar is-26 ta’ Novembru 2024. Min-naħa l-oħra, l-ewwel laqgħa tal-Bord tad-Diretturi saret nhar is-16 ta' Mejju 2025. Wara, il-Bord tad-Diretturi kompla jiltaqa' fuq bażi ta' kull xahar. Madankollu, il-Bord ġieli iltaqa b’aktar frekwenza; iżda dan kien jiddependi mill-kwistjonijiet urġenti li jinqalgħu żmien għal ieħor. L-aġenda hija prinċipalment relatata ma' kwistjonijiet operattivi, finanzjarji u kuntrattwali speċjalment fir-rigward tar-responsabbiltajiet amministrattivi li għadhom għaddejjin f’dak li għandu x’jaqsam mal-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavillion.

MGP NP 08/2025 - Negotiated Procedure for the provision of Home Help Service in Gozo

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-Direct Order permezz ta’ Negotiated Procedure: ‘MGP NP 08/2025 - Negotiated Procedure for the provision of Home Help Service in Gozo’? Kemm hu l-valur tagħha, għal kemm perjodu ta’ żmien ħarġet din is-sejħa u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll meta kien l-aħħar li ħarġet sejħa pubblika biex jiġi pprovdut dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n‑Negotiated Procedure għall-provvista tas‑servizz ta’ Home Help għall-anzjani hija maħsuba sabiex tiġi assigurata kontinwità tas-servizz sakemm toħroġ, tiġi evalwata u tiġi ffinalizzata s‑sejħa pubblika l-ġdida. Din in-Negotiated Procedure, li tkopri perjodu ta’ sena, qed tintuża bħala miżura temporanja sabiex ma jkunx hemm interruzzjoni fis-servizz essenzjali li jingħata lill‑anzjani fid-djar tagħhom. Is‑sejħa pubblika l‑ġdida ma setgħetx tinħareġ fil‑perjodu indikattiv minħabba verifiki u allinjamenti meħtieġa rigward il‑klawsoli relatati mal‑prinċipju ta’ “equal pay for equal work”.  L-aħħar sejħa pubblika kienet inħarġet fl‑2021, u l-kuntratt li rriżulta minnha ġie ffirmat fl‑2022 għall-perjodu ta’ tliet snin.