Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex l-uffiċini tal-Kunsill Lokali tal-Mosta jiġu rilokati biex jitkabbar iċ-Ċentru tas-Saħħa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk sarux diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Mosta u jekk hemmx pjanijiet għal postijiet alternattivi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 33742.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex l-uffiċini tal-Kunsill Lokali tal-Mosta jiġu rilokati biex jitkabbar iċ-Ċentru tas-Saħħa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk sarux diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Mosta u jekk hemmx pjanijiet għal postijiet alternattivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ideat u diskussjonijiet ikun hemm dejjem u l-ħin kollu. Madanakollu formalment ma hemm ebda pjani u jekk ikun hemm il-Kunsill ikun dejjem parteċipi fihom.
Jista’ l-Ministru permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), jgħid kemm hawn żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor, f’dawn l-aħħar ħames snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena, sas-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba kellha tintervjeni l-Pulizija minħabba rapporti ta’ ġlied bejn studenti fl-iskejjel rispettivi tagħhom matul l-2021, 2022, 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema skejjel saru dawn ir-rapporti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba kellha tintervjeni l-Pulizija minħabba rapporti ta’ ġlied bejn studenti fl-iskejjel rispettivi tagħhom matul l-2021, 2022, 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema skejjel saru dawn ir-rapporti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika matul l-2021, 2022, 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità u skont is-sess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni hija kif impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġibiet parlamentari 33645 fejn sħaqt kif il-vjolenza domestika hija pjaga fis-soċjetà li rridu nibqgħu niġġielduha ta’ kuljum bħala soċjetà lkoll flimkien. Huwa għalhekk li hemm għaddejjin inizjattivi minn entitajiet differenti fi ħdan il-Gvern.
Spjegajt ukoll kif irridu nibqgħu noħolqu l-kuxjenza u l-ambjent fejn wieħed ma jiddejjaqx jersaq ‘il quddiem u jirrapporta. Kien għalhekk li fl-2020 għall-ewwel darba l-Korp tal-Pulizija ħatar skwadra speċjalizzata, il-Gender Based and Domestic Violence, biex jagħti servizz aħjar u aktar speċjalizzat lil vittmi ta' vjolenza domestika. Dan hu servizz multi dixxiplinarju li ma jinkludix biss lill-pulizija, iżda wkoll professjonisti oħra.
Dan wassal biex infetħu hub f’Santa Luċija u ieħor f’Għawdex biex jingħata dan is-servizz speċjalizzat. Issa lestejna x-xogħol ukoll fl-Imtarfa, fejn f’dawn il-jiem se jinfetaħ hub ieħor u jibda jopera.
Fost inizjattivi oħra minn dan il-Ministeru, is-sena li għaddiet beda jingħata wkoll servizz ta' panic alarms u komplejna nsaħħu s-servizzi li jingħataw mill-Victim Support Agency.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex wieħed jibbenefika mill-fondi tal-Fond għall-Kawżi Soċjali?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi l-linji gwida fuq il-Mejda tal-Kamra, liema dokument huwa diġa fid-dominju pubbliku:
https://opm.gov.mt/public-bodies/fond-ghal-kawzi-socjali/
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi fil-Fond għall-Kawżi Soċjali preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm tqassmu flus minn dan il-fond matul l-2024 u lil min ingħataw?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill Onor. Interpellanta li fis-seduta 369 fit-23 ta' Lulju 2025 tpoġġa r-rapport awditjat tal-Fond għas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika taż-Żejtun matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:
PQ Numru
Lokalita’
Kotba ġodda mixtrija –
Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
33490
Iż-Żejtun
153
€1,258.54
1013
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:
PQ Numru
Lokalita’
Kotba ġodda mixtrija –
Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
33489
Ħal-Għaxaq
90
€ 995.76
52
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hija prevista l-għajnuna umanitarja ta’ pajjiżna lill-poplu Palestinjan f'Gaza matul is-sena 2026 u x’tip ta’ għajnuna ser tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena 2026, it-total previst tal-għajnuna umanitarja fil-konfront ta’ Gaza huwa dak ta’ 330,000 ewro. Dawn il-fondi huma ddedikati għal dak li hu msejjaħ bħala ‘Gaza Solidarity Fund’ li ġie mwaqqaf is-sena l-oħra, fejn l-għan aħħari tiegħu hu li nsaħħu l-għajnuna umanitarja tagħna u nindirizzaw l-iktar bżonnijiet kruċjali tal-poplu Palestinjan f’ Gaza, kemm f’ għajnuna finanzjarja kif ukoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet iktar tanġibbli.
Għal din is-sena, l-Ministeru ser ikun qed jaħdem biex jindirizza il-bżonnijiet relatati mal-ilma, s-sanita’ u l-iġjene. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni ma’ esperti li għandhom aċċess dirett fuq livell lokali. Sadanittant qed isir proċess ta’ analiżi fuq il-prodotti li ser jintbagħtu ġewwa Gaza. L-għan hu li b’dawn il-prodotti nilħqu l-iktar membri vulnerabbli tal-popolazzjoni, partikularment in-nisa u t-tfal. Din l-inizzjattiva hi ppjanata li ssir b’ kollaborazzjoni ma’ kumpaniji Maltin, fejn aktar tard, l-objettiv tagħna huwa li tinħareġ sejħa pubblika għall-kumpaniji Maltin biex jipparteċipaw f’ dan il-proġett.
Tajjeb li nfakkar ukoll li f’ Novembru tas-sena l-oħra, Malta kkommettiet li tagħti għajnuna permezz ta’ taħriġ lill-uffiċċjali pubbliċi Palestinjani u ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Istitut tas-Servizz Pubbliku kif ukoll mal-Ministeru tas-Saħħa dwar kif dan se jkun implimentat.
Barra minn hekk, Malta ser tkompli wkoll tagħti għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li qegħdin jissapportjaw lil Gaza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:
PQ Numru
Lokalita’
Kotba ġodda mixtrija –
Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
33487
Il-Fgura
298
€1,560.95
493
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:
PQ Numru
Lokalita’
Kotba ġodda mixtrija –
Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
33486
Raħal Ġdid
266
€1,976.34
264
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hija prevista l-għajnuna umanitarja ta’ pajjiżna lill-Ukrajna matul is-sena 2026 u x’tip ta’ għajnuna ser tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Malti, inkluż il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, se jkompli jipprovdi b’mod konsistenti kull tip ta’ għajnuna u appoġġ umanitarju lill-Ukrajna u lill-poplu Ukren, li għadu jsofri minn tbatija kbira kawża tal-invażjoni illegali mir-Russja.
Bħalissa, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu qed iwettaq xogħol preparatorju għall-2026, proċess li jinkludi konsultazzjoni ma’ sħab oħra, inkluż organizzazjonijiet internazzjonali u organizzazjonijiet umanitarji, sabiex jiġu analizzati x’inhuma l-aktar bżonnijiet neċessarji u biex l-għajnuna mogħtija tindirizza bl-aħjar mod possibbli l-ħtiġijiet tal-poplu Ukren.
Tajjeb insemmu li s-sena l-oħra, Malta lestiet proġett importanti li wassal għar-rinnovar ta’ klinika tas-saħħa outpatient fil-villaġġ ta’ Mykulychi fir-reġjun ta’ Kyiv, li kien okkupat qabel. Din il-faċilità medika, li sservi lil aktar minn 2,500 persuna, kienet ġarrbet ħsarat serji fil-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa. Għajnuna oħra ġiet offruta meta Malta pprovdiet fornituri mediċi u tagħmir mediku, li qed jintużaw għal kura ta’ persuni feruti.
Nixtieq ukoll insemmi li, apparti dak li semmejt, fl-2025 Malta pprovdiet kważi miljun ewro f’dik li hija proviżjoni ta’ materjal mhux letali. Dan sar permezz ta’ strument umanitarju tal-Unjoni Ewropea. Fl-2026, Malta se tkompli tipprovdi din l-għajnuna, li mistennija tibqa’ fuq dawn il-parametri, għalkemm tista’ tiżdied ftit.
Inkun nista’ nagħti aktar dettalji f’fażi aktar ’il quddiem matul din is-sena, hekk kif il-ħidma u l-qafas ta’ implimentazzjoni jkunu definiti b’mod aktar ċar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Strateġija biex jiżdied it-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 33366
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Teleworking – Medja ta’ sigħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li,
l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Strateġija biex jiżdied it-teleworking
Question
Jista’
l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Teleworking – Medja ta’ sigħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.