B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33578, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-pjan u t-time frame biex tinstab soluzzjoni għall-vultaġġ għoli u baxx f’dawn it-toroq/żoni affettwati fl-Imġarr: Triq San Pietru; Triq il-Fuħħar l-Aħmar; Triq San Filippu; Triq Ċentinarju tal-Parroċċa; Triq Ras il-Ġebel; Triq Sir Harry Luke (speċjalment meta jkun mixgħul id-dawl tal-ground tal-football); Triq Sir Temi Zammit; Triq is-Saqwi; Triq Mons. O. Vella; Triq l-Iskorba; Triq l-Għelejjel; Triq A Deguara; Triq Żebbiegħ; Triq Dgħabien; Triq Mrejnu; Triq Dun Ġużepp Micallef; Triq Ġnien id-Dwieli; Triq is-Sebħ (iż-Żebbiegħ); Triq San Piju, Triq Vanilja u Triq Fisher?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena Enemalta ser tikkummissjona substation oħra fiż-żona tat-toroq indikati fil-mistoqsija, ninsab infurmata li fil-parti l-kbira tat-toroq imsemmija ma jirriżultax li fil-ġimgħat li għaddew kien hemm rapport dwar vultaġġ għoli jew baxx. Kif isir fuq kull rapport li jidħol għand l-Enemalta, t-timijiet tekniċi jieħdu azzjoni billi ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq l-infrastruttura eżistenti.
L-Isptar Mater Dei - Bust b’tifkira ta’ George tal-mużew
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bust b’tifkira ta’ George Agius, magħruf bħala “George tal-Mużew”, li ta’ kuljum kien ikun iferraħ lin-nies fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull suġġeriment jiġi kkunsidrat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet il-ġabra tal-borża s-sewda għal dak li jikkonċerna l-lokalitajiet tar-reġjun Tramuntana matul l-2024 u l-2025, maqsuma sena b’sena, xahar b’xahar, u lokalità b’lokalità? Tista’ tgħid ukoll jekk dan l-ammont jinkludix ukoll il-ġbir li jsir mid-Dipartiment tal-Cleansing jew le, jekk jinkludix il-ġbir li jsir mill-bosta bins li hemm fil-lokalitajiet, kif ukoll il-ġbir li jsir mill-kenniesa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi l-ammonti tal-borża sewda u skips miġburin mil-lokalitajiet tar-Reġjun tat-Tramuntana permezz tal-kollettur jew kolletturi reġjonali tal-iskart, u ma jinkludux il-ġbir li jsir mill-Kunsilli Lokali permezz tal-kenniesa jew permezz tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33139, dwar is-servizz ta’ ġbir minn wara l-bieb tal-BCRS, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu iktar lokalitajiet mat-32 lokalità li fihom qed jiġi pprovdut is-servizz ta’ ġbir ta’ kontenituri minn wara l-bieb? Jekk iva, liema huma l-lokalitajiet li ser jiżdiedu, u meta ser jiżdiedu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan is-servizz se jkun qed jiġi estiż gradwalment mal-pajjiż kollu sal-aħħar tas-sena.
San Pawl il-Baħar - ERA - Multa amministrattivi u ittri ta’ twissija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33142, dwar spezzjonijiet mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) f’San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid meta tinħareġ multa amministrattiva u meta tinħareġ ittra ta’ twissija? Tista’ tgħid ukoll kemm-il multa amministrattiva u ittri ta’ twissija nħarġu f’San Pawl il-Baħar, matul is-snin 2024 u 2025, separatament għal kull triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fejn jikkonċerna l-liġi tar-Rimi u s-Separazzjoni tal-Iskart per se, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) toħroġ multa amministrattiva meta:
Persuna tinqabad toħroġ skart mhux skont il-ġurnata stipulata fl-iskeda nazzjonali għall-ġbir tal-iskart.
L-iskart ikun inħareġ f’ħin skorrett.
Persuna tiddepożita skart qrib laned taż-żibel, skips, jew reċipjenti oħra li jinsabu f’post aċċessibbli għall-pubbliku.
L-uffiċjali tal-infurzar isibu dettalji mill-iskart mitfugħ diġà li jwasslu biex jiġi identifikat persuna.
Apparti dan, ittra ta’ twissija uffiċjali tinħareġ meta l-uffiċjali jaraw persuna tiddepożita borża tal-iskart sewda bi skart organiku u/ jew skart riċiklabbli fiha li juri li l-persuna qed tonqos milli tirriċikla l-iskart kif stipulat fil-liġi rispettiva. F’każ li din l-istess persuna tkun diġà nqabdet f’inċident separat toħroġ skart mhux separat b’mod korrett, din tirċievi multa amministrattiva mill-Awtorità mhux ittra ta’ twissija oħra.
Fir-rigward ta’ multi amministrattivi li nħarġu fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar għall-kontravenzjonijiet indikati hawn fuq, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-multi amministrattivi maħruġin mill-ERA, skont it-triq fejn saret il-kontravenzjoni. Fir-rigward ta’ ittri ta’ twissija, l-ERA ma żżommx lista ta’ toroq, iżda huma klassifikati bil-lokalità. Għaldaqstant, apparti l-multi, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, l-ERA ħarġet 207 ittri ta’ twissija fis-sena 2025 u mija u 114 fis-sena 2024.
Tajjeb infakkar li apparti l-multi u ittri ta’ twissija maħruġa mill-ERA, tali liġi hija nfurzata wkoll mill-LESA u mill-Pulizija.
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – Ittri ta’ twissija u multi amministrattivi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 33169 u tgħid kemm inħarġu ittri ta’ twissija u multi amministrattivi mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), għal kull lokalità f’ Malta u Għawdex, matul is-sena 2025? Tista’ tgħid ukoll kif jitqabblu dawn iċ-ċifri, maċ-ċifri tal-2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet total ta’ 1,206 ittri ta’ twissija uffiċjali u 1,302 multi għad-diversi illegalitajiet ambjentali mwettqa madwar Malta u Għawdex kollha matul l-2024. Matul is-sena 2025, l-Awtorità ħarġet 1,168 ittra ta’ twissija u 1,401 multa amministrattiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31872, 32170, 32290, 32675, 32898, 33130 u 33158 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-multi-sensory rooms jiġu installati skont il-ħtieġa tal-iskola.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Gudja u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Gudja kien ta’ mija u erba’ u ħamsin (154), u minnhom kien hemm sebgħa u erbgħin (47) marbuta ma serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità taż-Żejtun u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità taż-Żejtun kien ta’ tlett mija u ħamsa u tletin (335), u minnhom kien hemm sebgħin (70) marbuta ma’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tal-iżgħar u tal-ikbar persuna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi skond is-sistema elettronika tal-Pulizija, matul is-sena 2025 kien hemm tletin vittma ta’ suwiċidju. Minn dawn, l-età tal-iżgħar persuna kienet ta’ wieħed u għoxrin (21) sena u l-età tal-ikbar persuna kienet ta’ sitta u sebgħin (76).
Uffiċċju tal-Prim Ministru -Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Strateġija biex jiżdied it-teleworking
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Entitajiet li ma jippermettux teleworking
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Teleworking – Medja ta’ sigħat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.