Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-MCAST mill-2001 sal-2025, maqsuma sena b’sena u jippreżenta l-informazzjoni b’mod grafiku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin imsemmija gradwaw total ta’ 54,134 student.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mill-1986 sal-2025, maqsuma sena b’sena u jippreżenta l-informazzjoni b’mod grafiku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21273. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li fl-2024 gradwaw 906 student ieħor u fl-2025 gradwaw total ta’ 3,676.
Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Due diligence
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar (Housing Authority) wettqitx due diligence fuq il-kumpaniji li ngħataw kuntratti tal-lifts, inkluż verifika dwar dixxiplina finanzjarja, ħlas ta’ VAT u taxxi, korteżiji kummerċjali u rekords ta’ manutenzjoni, u ċertifikazzjonijiet tekniċi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, iI-verifiki jsiru kif stipulat fid-dokument tas-sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, l-Awtorità tad-Djar tagħmel verifiki ulterjuri f’każ li l-valur tat-tender jeċċedi l-€500,000, iż-€2,000,000 u l-€4,000,000. Jekk it-tender jeċċedi il-€500,000 isir compliance check, jekk jeċċedi ż-€2,000,000 tintalab l-economic financial standing filwaqt li jekk jeċċedi l-€4,000,000 isir due diligence fuq minn jirbaħ l-offerta, qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt. Dawn il-verifiki qed isiru skont ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (S.L.601.03).
Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Miżuri biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ta' governanza qed jintużaw fil-kuntratti tal-lifts għall-housing estates, biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess li allegatament jinvolvi persuni qrib il-Gvern?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, li qabel l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li jikkonsisti f’Chairman, membri u segretarju; kif ukoll kwalunkwe Project Leaders / konsulenti / konsulenti tekniċi involuti fl-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, jiġu mitluba jiffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kuntratti tal-lifts fil-housing estates li ġew attribwiti lill-kumpaniji li għandhom diretturi jew azzjonisti relatati direttament jew indirettament ma’ persuni f’karigi pubbliċi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, li qabel l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li jikkonsisti f’Chairman, membri u segretarju; kif ukoll kwalunkwe Project Leaders / konsulenti / konsulenti tekniċi involuti fl-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, jiġu mitluba jiffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess.
Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Kunflitti ta’ interess
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk waqt il-proċess ta’ għoti ta’ kuntratti għal-lifts fil-housing estates, ikunux eżaminati kunflitti ta’ interess jew relazzjonijiet familjari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, qabel l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li jikkonsisti f’Chairman, membri u segretarju; kif ukoll kwalunkwe Project Leaders / konsulenti / konsulenti tekniċi involuti fl-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, jiġu mitluba jiffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess.
Jista’ l-Prim Ministru jindika x’kriterji tekniċi u finanzjarji ntużaw biex jiġu magħżula l-fornituri tal-lifts fil-housing estates?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, il-kuntratturi jintgħażlu skont ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti inkluż kriterji tekniċi u finanzjarji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34190 u 35227 u jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom jintgħażlu, jinħatru, jiġu assenjati u jitneħħew mill-kariga l-Court Attorneys? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ impjieg ta’ Court Attorney?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34191 u 35224 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-irwol ta’ Court Attorney, li issa ilu ’l fuq minn għaxar snin li ġie introdott fis-sistema ġudizzjarja tagħna u m’għadux aktar esperiment:
i. jiddaħħal u jiġi stabbilit b’mod konkret fil-liġi biex b’hekk jiġu regolarizzati fil-liġi tagħna l-funzjonijiet, il-ħatra u t-tneħħija mill-kariga tal-Court Attorneys u jekk iva, meta; u
ii. li l-Court Attorneys jingħataw kuntratt ta’ servizz għal żmien indefinit wara li jkunu għamlu erba’ snin fl-impjieg tagħhom, hekk kif kien ġie propost fil-Miżura 56 tar-Rapport tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (Novembru 2013), minflok il-kuntratt ta’ servizz definit għal tliet snin b’raġuni oġġettiva, illi qegħdin jingħataw bħalissa u jekk iva, meta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34189 u 35228 u jagħti lista ta’ dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jaqdu dmirijiethom fil-kariga ta’ Court Attorney fejn jindika wkoll ma’ liema ġudikanti jinsabu assenjati dawn il-Court Attorneys?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34188 u 35232 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li bħalissa qegħdin jinqdew bis-servizzi ta’ Court Attorney u kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li fil-preżent m’għandhomx Court Attorney assenjat magħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija fl-Imġarr, Malta bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija fil-Mellieħa bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija f'San Pawl il-Baħar bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq it-Tabib Nikola Zammit, fis-Siġġiewi u jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Nikola Zammit, Siġġiewi tinsab fil-lista ta’ xogħlijiet mitluba mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Ix-xogħlijiet f’din it-triq ser jibdew wara li jitlestew ix-xogħolijiet li għadddejin fil-preżent f’din il-lokalita’, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi u jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Blat il-Qamar, Siġġiewi huma ppjanati li jibdew wara li jitlestew ix-xogħlijiet li huma għaddejjin bħalissa fi Triq Bur il-Kbir, Siġġiewi.