Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 14 PQ #33924 Sitting 430 - 02/02/2026 16:00 2026-02-02 Oral · Final From: JEROME CARUANA CILIA (Partit Nazzjonalista) To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Novembru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32811.
Leg 14 PQ #33951 Sitting 430 - 02/02/2026 16:00 2026-02-02 Oral · Final From: ROMILDA ZARB (Partit Laburista) To: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Persuni eliġibbli għall-PrEP u l-PEP bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni eliġibbli biex jibbenefikaw mill-PrEP u l-PEP bla ħlas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li inidividwi li huma f’riskju li jkollom HIV huma eliġibbli għall-PrEP b’xejn. Tingħata riċetta biss wara li ssir konsulta u STD screening mal-konsulenti tal-GU Clinic. Fil-każ tal-PEP, kull individwu f’Malta li kien f’kuntatt li seta’ espona ruħu għall-HIV fi żmien 72 siegħa huwa eliġibbli.

Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ serq ma ġiex solvut mill-2010 sal-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li pajjiżna llum għandu l-inqas rata ta’ serq li qatt kellu. Fil-fatt, informazzjoni li diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra turi li Malta kellha l-inqas rata ta’ serq is-sena li għaddiet, liema rata hi iktar sinnifikattiva meta wieħed iħares lejn iż-żieda fl-attività ekonomika u t-turiżmu. Jekk wieħed iqabbel is-sena li għaddiet mas-sena 2012 jara r-rata ta’ serq f’pajjiżna naqset bin-nofs. Dan ma jfissirx li nistgħu nistrieħu fuq il-ħidma li saret, anke għaliex illum jeżistu realtajiet ġodda li rridu nindirizzaw bi strateġiji ċari fuq quddiem nett dawk ta’ prevenzjoni. L-informazzjoni speċifika mitluba mill-Onorevoli interpellant tkun provduta f'seduta oħra hekk kif jeħtieġ tkun verifikata manwalment. Dan il-verifikar manwali ma jibqax ikun meħtieġ kif tkun implimentata s-sistema l-ġdida mħabbra għal budget ta' din is-sena.

Wied il-Għajn – Ilqugħ kontra l-maltemp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar biex il-ħwienet fix-xatt ta' Wied il-Għajn ikunu protetti f’każ li jerġa’ jagħmel maltemp estrem?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-Ministeru hu konxju tal-problemi li hemm fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn u ż-żoni tal-madwar, u dan minħabba l-fatt li l-problema prinċipali mhijiex il-maltemp, iżda l-fatt li kull tant żmien ikun hemm il-fenomenu tal-“high tides”.  Għal dan il-għan qed isiru eżerċizzji biex il-livelli tat-toroq taż-żona jiġu irranġati b’tali mod li kemm jista’ jkun tittaffa l-problema.  Wieħed irid jifhem ir-restrizzjonijiet taż-żona, jiġifieri li l-livelli tal-binjiet huma fissi u t-toroq u l-bankini tal-madwar ma jistgħux jiġu iktar ‘il fuq mill-bini eżistenti.  Barra minn hekk il-livell tal-promenade ukoll ma jistax jiġi mgħolli wisq  minħabba li miegħu jorbtu opri tal-baħar ta’ daqs żgħir.  Qed jerġgħu jinbnew ħitan tul il-promenade bħal ma kien hemm qabel biex itaffu s-saħħa tal-mewġ.  Barra minn hekk ser issir ukoll planter fit-tarf tal-promenade li jmiss mat-triq bl-iskop tiegħu ikun li ilma li jidħol jigri fuq wiċċ il-promenade isib linja ta’ ilqugħ sekondarja.

Triq Ħad-Dingli - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 33776 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tagħti indikazzjoni meta ser jitlesta x-xogħol fi Triq Ħad-Dingli, it-triq li twasslek mir-Rabat għal Ħad-Dingli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25864, ninsab infurmata li x-xogħol fuq il-proġett miexi kif ippjanat.

Marsaxlokk - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv?  Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta` kotba ġodda li nxtraw u ngħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2025 huwa kif jidher hawn taħt. PQ Numru Lokalità Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsill Lokali u organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33492 Marsaxlokk 200 €1,145.73 88

Wied il-Għajn - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn  matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta` kotba ġodda li nxtraw għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2025 matul is-sena 2025 huwa kif jidher hawn taħt. PQ Numru Lokalità Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsill Lokali u organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33491 Wied il-Għajn 83 € 871.42 120

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33376.
Leg 14 PQ #33195 Sitting 430 - 02/02/2026 16:00 2026-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar

In-Nadur – Torri ta’ Kenuna u l-Ġnien ta’ Kenuna – Ħsara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-ħsara li hemm fit-terren ta’ taħt it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur u jekk din affettwatx it-torri? X’għamel il-Ministeru s’issa biex din il-problema tiġi indirizzata? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-ispiża s’issa biex jiġi assigurat li t-Torri ma tiġrilux ħsara u meta jaħseb li ser jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku l-Ġnien Ta’ Kenuna?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jaħdem id f’id mal-Kunsill Lokali tan-Nadur - flimkien mal-Perit u l-entitajiet kollha kkonċernati - sabiex jiġi ddeterminat l-aħjar mod ta’ kif isiru x-xogħlijiet neċessarji. Sal-ġurnata tal-lum għadhom ma ġewx imħallsa pagamenti f’dan ir-rigward.
Leg 14 PQ #32683 Sitting 430 - 02/02/2026 16:00 2026-02-02 Oral · Final From: ADRIAN DELIA (Partit Nazzjonalista) To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpanija - Twaqqif u għanijiet strateġici

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u x’inhuma l-għanijiet strateġiċi tagħha bħalma ġew stabbiliti mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.

PrEP u PEP – allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-allokazzjoni finanzjarja stmata għall-introduzzjoni tal-PrEP u l-PEP bla ħlas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-allokazzjoni finanzjarja stmata għall-ewwel sena għall-PrEP hija ta’ €366,000 u għall-PEP hija ta’ €112,000

Persuni li se jibbenefikaw mill-PrEP u l-PEP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkun in-numru ta’ persuni li se jibbenefikaw mill-inizjattiva tal-PrEP u l-PEP bla ħlas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2026 huwa stmat li madwar 500 persuna se jibbenefikaw mill-PrEP b’xejn. Dan in-numru huwa proġettat li jiżdied b’50% fl-2027 u jirdoppja fl-2028. Rigward il-PEP, huwa diffiċli li tbassar in-numru peress li dan huwa trattament ta’ emerġenza u jingħata skont l-esigenza. Madankollu, huwa mistenni li hekk kif in-numru ta’ dawk li ser jagħmlu użu mill-PrEP jiżdied, id-domanda għall-PEP ma tiżdiedx b’wisq.

Skema HOS – Artijiet mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk l-artijiet li fis-snin 2023, 2024 u 2025 ġew mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar marbuta mal-iskema tal-Home Ownership Scheme (HOS)? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet jinsabu?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’sedta oħra.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27778, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’, kif ukoll in-numru tal-liċenzja tal-operatur tal-vetturi rispettivi, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ċitazzjonijiet – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn uffiċjali tal-LESA matul is-sena 2025, maqsuma ġimgħa b’ġimgħa? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġunijiet ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.