Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-Ministeru u d-direttorati li jaqgħu taħt il-Ministru tiegħu preżentement, li ngħataw permess biex jibqgħu jaħdmu wara li jkunu laħqu l-età tal-irtirar ta’ 65 sena? Jista’ jinkludi wkoll dawk l-uffiċjali li ngħataw kuntratt wara li għalqu l-65 sena u jgħid x’inhu l-grad ta’ dawn il-persuni u jekk baqgħux iwettqu l-istess xogħol li kienu jagħmlu qabel laħqu l-età tal-irtirar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 12-il persuna ngħataw il-permess biex jibqgħu jaħdmu wara li għalqu l-eta' tal-irtirar ta’ 65 sena.

Speed cameras - Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn speed cameras madwar Malta kollha fl-2025, u jagħti lista tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw minn speed cameras allokati  madwar Malta fis-sena-2025, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi dettalji dwar minn liema cameras ingħataw tali ċitazzjonijiet. Locality / Camera Location / Overspeeding Limit Total TRIQ ANTONIO MANOEL DE VILHENA, ATTARD 1714 TRIQ IN-NUTAR ZARB, ATTARD 4204 TRIQ DUN KARM (BKR1 - TO IKL), BIRKIRKARA 1199 TRIQ DUN KARM (BKR2 - TO MSD), BIRKIRKARA 4518 TRIQ HAL-FAR, GUDJA 2166 TUL IL-KOSTA, NAXXAR 358 TUL IL-KOSTA (NB1: BAHAR IC-CAGHAQ – 2658 PEMBROKE TO SPB), NAXXAR TUL IL-KOSTA (NB2: GHALLIES – 190 PEMBROKE TO SPB), NAXXAR TUL IL-KOSTA (SB1: SALINI - SAN PAWL 370 TO PEMBROKE), NAXXAR TUL IL-KOSTA (SB2: MAGHTAB – SAN 2116 PAWL TO PEMBROKE), NAXXAR TRIQ L-IMDINA (QRM3 - TO ZBG), QORMI 1216 TRIQ L-IMDINA (QRM4 - TO MRS), QORMI 503 VJAL IR-ROYAL MALTA ARTILLERY, 119 MRIEHEL BYPASS (QRM1 - TO RBT), QORMI VJAL IR-ROYAL MALTA ARTILLERY, 122 MRIEHEL BYPASS (QRM2 - TO QRM), QORMI TRIQ MIKIEL ANTON VASSALLI 3361 (REGIONAL RD STJ), SAN ĠILJAN TRIQ MIKIEL ANTON VASSALLI 1525 (REGIONAL RD SGN), SAN ĠWANN DAWRET SAN PAWL (XEMXIJA1 - 112 TO XEMXIJA), SAN PAWL IL-BAĦAR DAWRET SAN PAWL (XEMXIJA2 – 201 TO ST PAUL), SAN PAWL IL-BAĦAR TRIQ BURMARRAD, SAN PAWL IL-BAĦAR 876 TRIQ MONS MIKIEL AZZOPARDI, SIĠĠIEWI 519 TRIQ L-IMDINA (ZBG1 - TO RBT), ŻEBBUĠ 168 TRIQ L-IMDINA (ZBG2 - TO ZBG), ŻEBBUĠ 688 TRIQ TAL-BARRANI (ZTN2 - TO MRS), ŻEJTUN 1254 TRIQ TAL-BARRANI (ZTN1 - TO ZTN), ŻEJTUN 3158

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33385.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtha li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninsab infurmata li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiċi tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 33366.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 33382.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Il-Belt Valletta – Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm stabbilimenti tal-ikel fil-Belt Valletta, u kemm minnhom ġew irreġistrati matul l-2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Belt Valletta hemm 286 stabbiliment tal-ikel liċenzjati mal-Awtorita’, li 9 minnhom ġew liċenzjati fl-2025.

Operazzjoni tal-Katarretti – Medja ta’ żmien ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti matul l-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-medja ta’ żmien li wieħed kellu jistenna sabiex jiġi operat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2024 ġewwa l-Isptar Mater Dei saru 4521 operazzjoni tal-kataretti u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex saru 428 operazzjoni tal-kataretti.

Kumpanija - Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jiġi żgurat li l-proġetti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ikunu sostenibbli fit-tul u ma jikkontribwixxux għall-pressjoni żejda fuq il-finanzi pubbliċi tal-pajjiż?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company.  Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.

Kumpanija - Proġetti - Impatt soċjali u ekonomiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi valutazzjoni dwar l-impatt soċjali u ekonomiku tal-proġetti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq il-komunitajiet lokali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company.  Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.

Kumpanija - Miżuri ta’ trasparenza u akkontabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ trasparenza u akkontabilità qed jiġu applikati biex il-pubbliku u l-Parlament ikunu infurmati dwar l-operat u l-finanzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company.  Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.

Kumpanija - Programmi ġodda ta’ akkomodazzjoni affordabbli/infrastruttura strateġika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tniedi jew tespandi programmi ġodda ta’ akkomodazzjoni affordabbli jew infrastruttura strateġika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company.  Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.

Kumpanija - Finanzjament tal-Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jiġi żgurat li l-finanzjament tal-proġetti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma jaffettwax id-dejn pubbliku direttament?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company.  Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.

Kumpanija - Proġetti - Finanzjament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti attwali li qed jiġu ffinanzjati permezz tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u x’ammont ta’ fondi qed jinħarġu għal kull wieħed minnhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company.  Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.

CRPD – Multi mibgħuta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif il-familjari ta’ persuni li kellhom blue badge u li ilhom snin twal li mietu, f’każ minnhom anke 11-il sena, qegħdin jirċievu mingħand i l- Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ittri ta’ multi xi jħallsu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux korrett meta jirreferi għall-ittri de quo bħala “ittri ta’ multi li jrid jitħallsu” jew “multi mibgħuta”. Kif diġà ġie spjegat, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD), permezz tat-Taqsima tal-Infurzar tagħha, ilha għaddejja b’proċess li nbeda fl-2022 sabiex il-Blue Badges li skadew, jew dawk li nħarġu lil persuni li issa huma neqsin u li qatt ma ġew irritornati, jiġu rritornati għand il-Kummissjoni. Dan qed isir bħala parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-Blue Badge tintuża bl-aktar mod xieraq u effettiv possibbli. Mill-2022 sa issa, ġew irritornati 2,153 Blue Badge. L-iktar waħda antika inħarġet fit-13 ta' Awwissu 1998 u skadiet fl-2003, iżda ġiet irritornata biss fil-5 ta' Ġunju 2024. Tant kienet antika li saħansitra l-format tagħha kien differenti minn dak li għandha l-Badge llum. Barra minn hekk, lil dawk li stqarrew li tilfu l-Blue Badge tagħhom jew ma jafux fejn qiegħda, il-Kummissjoni tagħtihom il-parir li jagħmlu rapport mal-Pulizija jew jippreżentaw affidavit, u jgħaddu kopja lilha. Mill-2022, il-Kummissjoni rċeviet 339 rapport mill-Pulizija u 537 affidavit, 520 minnhom saru minn uffiċjali tal-Kummissjoni stess, grazzi għas-servizz li ġie introdott is-sena l-oħra, fejn il-pubbliku jista' jissottometti affidavit mingħajr ħlas. Irrid ninnota wkoll li minbarra dan ix-xogħol kollu, it-Taqsima tal-Infurzar fi ħdan il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità,mill-2022 sal-lum, ġabret 447 Blue Badge falza. Dan huwa parti mix-xogħol sabiex tara li ma jkunx hemm abbuż tal-Blue Badge f’pajjiżna.