Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rata ta’ taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li għandhom kemm passaport Malti kif ukoll passaport Ingliż iħallsux rata ta’ taxxa differenti mir-rata ta’ 15% li jħallsu l-ħaddiema li għandhom passaport Ingliż u li jaħdmu hawn Malta u l-kumpaniji finanzjarji Ingliżi li għandhom il-Head Office tagħhom f’Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallant illi r-regoli li jistabbilixxu r-rata ta’ taxxa ta’ 15% jsemmu bħala waħda mill-kriterji prinċipali li l-applikant ma jistax ikollu d-domiċilju tiegħu f’Malta biex jibbenefika mir-rata ta’ 15%. Il-passaport tal-applikant mhuwiex kriterju li jiġi kkunsidrat.

Pools privati - Taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li titneħħa t-taxxa annwali li preżentement iħallsu l-persuni li għandhom swimming pool privat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemm l-ebda ħsieb  li tineħħa din it-taxxa.

Għawdex - Pitkalija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet biex tiġi rranġata u mmodernizzata l-Pitkalija f’Għawdex, u minn min ser isiru x-xogħlijiet?  Jista’ jgħid ukoll meta hu maħsub (xahar u sena) li terġa’ tinfetaħ il-Pitkalija?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-bini tal-Pitkalija diġà qed jintuża bħala hub fejn jinġabar u jiġi ttrasportat il-prodott tal-bdiewa Għawdxin lejn il-Pitkalija f’Malta. Twettqu xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-bini eżistenti mill-ħaddiema tal-aġenzija. Barra minn hekk, beda proċess mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jinbena maħżen li jkun jista’ jintuża għal dan il-għan, sabiex ikompli jsaħħaħ u jiffaċilita l-operat tal-Pitkalija f’Għawdex.

CT2130/2025 - RECONSTRUCTION AND UPGRADING OF SEVERAL ROADS IN QALA AND NADUR, GOZO IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS INCLUDING THE REPLACEMENT OF BURIED INFRASTRUCTURE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tas-sejħa ‘CT2130/2025 - RECONSTRUCTION AND UPGRADING OF SEVERAL ROADS IN QALA AND NADUR, GOZO IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS INCLUDING THE REPLACEMENT OF BURIED INFRASTRUCTURE’ u meta hu maħsub li jingħalaq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni. F’dan l-istadju ma tistax tingħata aktar informazzjoni.

SPD3/2025/050 - TENDER FOR THE REFURBISHING AND UPGRADING OF BELVEDERE AT TRIQ TA’ HAMET XAGHRA, GOZO INCLUDING PAINTS WITH REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tas-sejħa SPD3/2025/050 - ‘TENDER FOR THE REFURBISHING AND UPGRADING OF BELVEDERE AT TRIQ TA’ HAMET XAGHRA, GOZO INCLUDING PAINTS WITH REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT’, liema sejħa għalqet fis-6 ta’ Awwissu 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni. F’dan l-istadju ma tistax tiġi ppublikata aktar informazzjoni.

Ix-Xewkija - Skola tal-Arti - Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li attendew korsijiet fl-Iskola tal-Arti fix-Xewkija matul is-sena skolastika 2023-2024 u 2024-2025?  Jista’ jgħid ukoll kemm huwa n-numru tal-istudenti li bdew korsijiet fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32913 fl-intier tagħha u ċjoè: B’referenza għas-sejħa ‘CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning’, li nħarġet mill-Ministeru tiegħu fix-xhur li għaddew, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u min huma l-kuntratturi li sa issa wrew interess f’din is-sejħa?  Jista’ jgħid ukoll liema huma x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru fl-immedjat minn din is-sejħa u f’liema raħal u l-isem tat-triq, u fiex ser ikunu jikkonsistu ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 32913.

Port tal-Imġarr – Vapuri tal-Gozo Channel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser ikunu akkomodati l-vapuri tal-Gozo Channel fil-Port tal-Imġarr, Għawdex, jekk ikollha ħames vapuri? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir biex ikunu jistgħu jiġu akkomodati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa tħabbar fil-pubbliku, anke permezz ta' Stqarrija Uffiċċjali tad-DOI (PR260105) li qed npoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra, waħda mill-għanijiet tat-task force li twaqqfet matul ix-xahar li għadda, huwa proprju li tevalwa u tipproponi l-infrastruttura li hija meħtieġa għal tali għan.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Health and Safety Officers

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tiegħu u jekk iva, kemm?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u jekk iva, kemm?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu  għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta’ persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu barranin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul l-2025, il-popolazzjoni medja fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi kienet ta’ 727 fejn 374 minnhom kienu barranin.

Gozo Channel – Passiġġieri bi Blue Badge jew Disability Card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li għandhom Disability Card jew Blue Badge għamlu użu mis-servizz tal-Gozo Channel fl-2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gozo Channel ma għandiex statistika dwar kemm-il darba ngħatat priority boarding lil persuni b’diżabilita’ li ppreżentaw il-Blue Badge.  Dan minħabba l-fatt, li l-priority boarding jingħata fil-mument hekk kif persuna b’diżabilita tippreżenta l-Blue Badge mal-wasla tagħha fil-marshalling area.

Gozo Channel – Passiġġieri bil-Karta Anzjan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li għandhom il-Karta Anzjan għamlu użu mis-servizz tal-Gozo Channel fl-2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Ħaż-Żabbar - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar kien ta’ tlett mija u sitta u ħamsin (356), u minnhom kien hemm mija’ u tlieta 103 marbuta ma’ serq.

Il-Birgu - Dellitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Birgu u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Birgu kien ta’ erba’  sebgħin (74), u minnhom kien hemm seba’ u tletin (37) marbuta ma’ serq.

Bighi - Smoking room - Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19385, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet fuq l-Ismoking Room f’Bighi, issa li x-xogħlijiet huma lesti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispiża totali għar-restawr tal-Smoking Shed tammonta għal €305,686. Għalkemm il-maġġoranza tal-proġett ġie iffinaliżżata, għad fadal xi xogħlijiet pendenti li għandhom jridu jiġu konklużi.

Ħal Tarxien - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien kien ta’ mitejn u disgħa (209), u minnhom kien hemm seba’ u erbgħin (47) marbuta ma’ serq.

Xrobb l-Għaġin - Park Naturali - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet ġew esegwiti fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin matul is-sena 2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2025, ix-xogħlijiet li saru fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin, f’Marsaxlokk, kienu varji u ffukati fuq il-konservazzjoni ambjentali, ir-restawr strutturali, u l-modernizzar infrastrutturali.  Saru xogħlijiet fuq il-ġestjoni ekologika tal-park, fejn tħawwlu diversi siġar u arbuxelli, ittejbet is-sistema tal-irrigazzjoni, qtugħ tal-ħaxix, żbir tas-siġar, restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, tneħħija ta’ pjanti invażivi u tisbiħ ġenerali fiż-żoni tal-pikniks. Flimkien mal-isforzi ambjentali, saru interventi fuq l-assi strutturali tal-park fejn saru titjib u manutenzjoni meħtieġa. L-interventi li saru ġewwa s-sala tal-konferenzi u l-hostel, jinkludu installazzjoni ta’ diversi units tal-arja kundizzjonata, fannijiet ġodda, tibdil ta’ hand dryers, tneħħa l-membrane qadim minn fuq is-saqaf tas-sala tal-konferenzi u tpoġġa ieħor ġdid, tibdil ta’ madum, tikħil u tibjid f’diversi partijiet u kmamar ġewwa l-binjiet. Jikkumplimenta dan ix-xogħol saru interventi ta’ manutenzjoni fuq il-bordijiet tad-distribuzzjoni ewlenin li jipprovdu provvista tal-elettriku lill-park kollu u għall-proġett tat-tempju ta’ Heritage Malta, kif ukoll manutenzjoni tal-plumbing. Proġetti ta’ konservazzjoni notevoli nkludew ukoll it-tisħiħ strutturali ta’ tank ġdid għall-fkieren u beda x-xogħol fuq is-sistema ta’ filtrazzjoni tal-ilma baħar biex isir rimi tiegħu b’mod sostenibbli u skont il-permessi fis-seħħ. Dawn ix-xogħlijiet ekoloġiċi u strutturali kienu akkumpanjati minn rondi tas-sigurtà ta’ kuljum u minn programm edukattiv estensiv għall-iskejjel kif ukoll żjarat għall-pubbliku ġenerali.

Santa Luċija - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Santa Luċija, Malta, u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Santa Luċija kien ta’ sebgħin (70), u minnhom kien hemm sbatax (17) marbuta ma’ serq.