Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-Iskema ta’ Equity Sharing fis-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm żgħażagħ fuq it-30 sena li bbenefikaw minn din l-iskema u kemm kienet in-nefqa totali għas-sena 2025?
Jista’ l-Ministru jassigura li permezz ta’ rondi frekwenti mill-awtoritajiet, jitnaqqas id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u s-Central Link, speċjalment wara t-8 p.m., peress li dan qed joħloq periklu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi spezzjonijiet u rondi diġà qed isiru mill-Pulizija tad-Distrett, mill-RIU u mit-Taqsima tat-Traffiku, kif ukoll mill-Uffiċjali tal-Komunità, sabiex jiġi evitat kull tip ta’ ksur tal-liġi, inkluż id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u fi Central Link, anke fil-ħinijiet indikati, u dawn ser ikomplu jsiru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fil-biċċerija f’Malta fil-preżent, x’inhu l-grad tagħhom u kemm ilhom jaħdmu Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 16-il ħaddiema Għawdxin jaħdmu fil-Biċċerija f’Malta fil-preżent.
Fost dawn hemm 9 AVTOs, 5 Biċċiera, Maniġer u Senior Foreman.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fil-Pitkalija ġewwa Malta fil-preżent, x’inhu l-grad tagħhom u kemm ilhom jaħdmu Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 14-il ħaddiema Għawdxin jaħdmu fil-Pitkalija ġewwa Malta fil-preżent. Hemm tnax Support Officers II u żewġ Managers.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet kollha li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq il-Wied fir-Rabat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet, min kien il-kuntrattur li għamel dawn ix-xogħlijiet u kif intgħażel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li r-responsabbiltà ewlenija ta’ tali proġett kienet f’idejn il-Ministeru għal Għawdex li ħa ħsieb it-tibdil tal-katusi tal-ilma tax-xita li kienu bil-ħsara, kif ukoll irranġa l-livell tat-triq fejn meħtieġ. Għal dan ix-xogħol ġie ngaġġat Gatt Tarmac Ltd. Ma’ dan ix-xogħol kien hemm ukoll il-bżonn li jinbidlu xi katusi tad-drenaġġ li kienu miksurin, kif ukoll isir tibdil ta’ mejnijiet tal-ilma u servizzi tad-djar. Għaldaqstant, biex jitħaffef il-proċess u l-inkonvenjent ikun l-inqas possibbli u mingħajr ħela ta’ riżorsi, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ingaġġat lill-istess kuntrattur għat-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet. Ix-xogħol tal-Korporazzjoni huwa stmat li jlaħħaq madwar €50,000.
Servizz Pubbliku – Trainee Tradesperson – Sejħa ta’ ingaġġ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34403 dwar l-aħħar sejħa ta’ ingaġġ ta’ Trainee Tradesperson, fejn ġie mwieġeb li “r-riżultat tat-Trainee Tradesperson wasal fl-aħħar fażi u min kien eliġibbli u għadda se jiġi appuntat”, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw u kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li kien hemm għoxrin applikanti għal trainee tradesperson . Għaxra kienu eleġibli u għaxra ineleġibli. L għaxar applikant elegibli ghaddew kollha u huma Għawdxin.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34404 u jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu xogħol ta’ apprentistat fi ħdan is-servizz pubbliku preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma residenti Għawdex u kemm minnhom huma residenti Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fis-Servizz Pubbliku bħalissa hemm 69 apprendistat attiv li qed jaħdmu fi ħdan Dipartimenti differenti taħt il-Ministeri rispettivi. Minn dawn l-apprendisti attivi, 13-il student huma residenti Għawdex, filwaqt li 56 student huma residenti Malta.
Kunsilli lokali - Siti, artijiet u/jew binjiet - Devoluzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34963 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tas-siti, artijiet u/jew binjiet kollha li ġew devoluti lil kull kunsill lokali ta’ Malta u Għawdex, u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità u għal kull sit jindika l-indirizz tas-sit, id-deskrizzjoni tas-sit, l-ammont tal-ħlas mitlub mill-kunsill lokali bl-ammonti mħallsa, l-użu attwali tas-sit, id-data ta’ meta s-sit ġie devolut u t-terminu jew it-tul tad-devoluzzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument bl-informazzjoni anessa kif mitluba.
Ninforma wkoll lill Onorevoli interpellanta illi l-Gvern ilu li ħa d-deċiżjoni illi l-ammont massimu li għandu jitħallas għal kull proprjetà illi tiġi devoluta lill-Kunsilli lokali, jew li diġà qiegħda devoluta u qiegħed jintalab tiġdid tal-kuntratt, huwa ta’ 500 ewro. It-terminu huwa ta 5 snin. Dan jiġi mġedded awtomatikament sakemm l-ebda parti ma tavża li se ttemm il-kuntratt b’avviż minn xahar qabel ikunu se jiskadu l-5 snin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid x’korsijiet infetħu taħt l-akkademja nazzjonali tal-avjazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni 2023-2030 tidentifika t-tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi fis-settur bħala pilastru ewlieni, permezz ta’ taħriġ professjonali u tekniku kontinwu.
F’dan il-kuntest, u sakemm jitlesta aġġornament tal-
skills gap analysis
b’kollaborazzjoni man-
National Skills Council
sabiex jirrifletti l-iżviluppi u l-ħtiġijiet ġodda tas-settur, aktar tard din is-sena ser jiġu varati tliet programmi ta’ taħriġ taħt l-Akkademja Nazzjonali tal-Avjazzjoni f’livelli MQF Level 1, Level 2 u Level 3.
Qed jiġu kkunsidrati wkoll kollaborazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet edukattivi oħra, fosthom l-Institute of Tourism Studies.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34816 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid kemm applikaw persuni għall-iskema ‘Buying Energy-Efficient Homes’?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Framework Agreement - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru mill-Framework Agreement li sar bejn il-kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul is-sena 2024 u f’liema lokalitajiet saru dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet li saru fis-sena 2024 mill-Framework Agreement bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi huma s-segwenti:
Mosta
Xogħol ta’ pavimentar ħdejn iċ-Ċentru Ċiviku u fiż-żona ta’ Sta Margerita; fl-Eco Garden; fi Sqaq Xorxa; fi Triq il-Feniċi; fit-Triq il-Mitħna l-Qadima.
Qormi
Xogħol ta’ pavimentar fi Pjazza Narbona
Qrendi
Tiswijiet / bini ta’ culvert f’Misraħ Santa Marija
Safi
Xogħol ta pavimentar fi triq Dun Ġużepp Caruana; fi Triq Ajżar kantuniera ma’ Triq San Ġorġ; fi Triq t’Amparell.
Siġġiewi
Patching fi Triq Ġużeppi Busuttil; xogħol ta’ pavimentar fi Triq Mons M. Azzopardi; fi Triq S. Mallia; u fi Triq Girgenti. Bini ta’ ħajt wara l-binja tad-Dar tal-Providenza.
Żebbuġ Malta
Xogħol ta’ pavimentar f’De Rohan Gate.
Żurrieq
Tiswijiet / bini ta’ culvert fi Triq il-Pluvieri; Triq Wied il-Fuljia; Sqaq Ballott; Triq l-Imqabba; Triq Qortin, Triq Santa Katerina tal-Baqqa u fil-limiti ta’ Ħal Far.
Kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Framework Agreement - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru mill-Framework Agreement li sar bejn il-kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul is-sena 2024 u f’liema lokalitajiet saru dawn ix-xogħlijiet?
Ir-Rabat, Malta - Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu - Traffic management ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35240 u jgħid jekk hemmx pjanijiet ta’ traffic management ġdid fi Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu, fir-Rabat, Malta, minħabba li t-toroq ma jifilħux għal traffiku ‘2-way’?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qiegħda fil-fażi finali tal-evalwazzjoni ta’ proposta li kienet tressqet mill-Kunsill Lokali tar-Rabat proprju fir-rigward ta’ dawn l-inħawi. Transport Malta ser tkun qiegħda tgħaddi l-eżitu ta’ din l-evalwazzjoni lill-Kunsill Lokali fil-ġimgħat li ġejjin.
L-Imtarfa - Military Officers’ Mess - Manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35238 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid min hu responsabbli għall-manutenzjoni tal-binja tal-‘Military Officers’ Mess’ fl-Imtarfa?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35237 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid jekk hemmx pjan li l-binja tal-‘Military Officers’ Mess’ fl-Imtarfa, tiġi rrestawrata, peress li tinsab mitluqa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk hemmx xi pjanti u permessi u meta ser isir dan ir-restawr?
Ir-Rabat, Malta – Muturi – Parking Bays għall-muturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax issir parking bay għall-muturi (MC) fi Triq Inguanez, Triq San Bastjan jew Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat, Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward ta’ tabelli għal MC Bays:
§
Fi Triq Inguanez
, Transport Malta kienet irċeviet talba mingħand il-Kunsill Lokali rispettiv għal MC Bay. Madankollu, din it-talba ma ġietx milqugħa peress li l-post identifikat ma kienx meqjus addattat skont il-
Motor Vehicles Regulations
.
§
Fir-rigward ta’ Triq San Bastjan u Triq Ġorġ Borg Olivier
, l-Awtorità ma rċeviet l-ebda talba għal MC Bays.
Il-Kunsill Lokali jista’ jressaq talba lill-Awtorità fil-każ li jitqies li hemm il-ħtieġa għall-istabbiliment ta’ dawn il-bays.
Università ta’ Malta – Senior canteen section – Sistema tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex tiġi upgraded is-sistema tal-elettriku fis-senior canteen section tal-Università ta’ Malta, fid-dawl li s-sistema ta’ bħalissa hija antika u m’hemmx outlets biżżejjed fejn membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw l-mobile, tablet jew laptop?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-pjan huwa li s-socket outlets fejn membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw il-mobile, tablet jew laptop fis-senior canteen section tal-Università ta’ Malta, jiżdiedu fix-xhur li ġejjien.