Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara - Triq Ganu - Akkomodazzjoni affordabbli - Proġett

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33691 u 33817 u jgħid fiex wasal il-proġett ta’ akkomodazzjoni affordabbli (affordable housing) għall-anzjani fi Triq Ganu, Birkirkara?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-art fi Triq Ganu, Birkirkara ġiet trasferita lill-Awtorità tad-Djar mingħand l-Awtorità tal-Artijiet is-sena li għaddiet. Rigward il-proġett is-Segretarju Parlamentari għadu qed jevalwa liema direzzjoni l-aħjar li jieħu.

Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32823, 33121 u 33160 u jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: i.    ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ii.   ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u iii.  ċittadini Maltin, separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed? Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa: i.    0% taxxa; ii.   15% taxxa; iii.   25% taxxa u iv.   35% taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32822, 33120 u 33159 u jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej: i.    ċittadini Maltin; ii.   ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u iii.  ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema Irrinova Darek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33156 u jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet taħt l-iskema ‘Irrinova Darek’? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew approvati, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll: i.    Għal liema raġunijiet ewlenin ġew miċħuda dawn l-applikazzjonijiet? ii.    Kemm kien hemm applikanti li kellhom jinvolvu assessur obbligatorju iżda xorta waħda ma kkwalifikawx, u x’ammont totali ġew imġarrba f’miżati tal-assessuri f’dawn il-każijiet? iii.    Għaliex il-Gvern qed jimponi xogħlijiet obbligatorji bħal “wall insulation” u pannelli solari bħala kundizzjoni biex wieħed jikkwalifika għal din l-iskema/grant? iv.    Liema xogħlijiet huma strettament obbligatorji u liema jistgħu jitħallew għad-deċiżjoni individwali tal-applikant?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-iSkema Irrinova Darek 2025, miftuħa għar-Reġjun Tramuntana, ġew sottomessi 2,191 applikazzjoni b’kollox, li minnhom 1,873 kienu eliġibbli biex jgħaddu għat-tieni fażi tal-iskema, u ċioe’ sabiex jagħtu rendikont dettaljat tax-xogħlijiet li ser jagħmlu. Mit-318 -il applikazzjoni li ma ġewx approvati, 291 minnhom għadhom ma sottomettewx id-dokumentazzjoni neċċessarja, u għalhekk l-applikazzjoni tagħhom għada pendenti. 27 applikazzjoni ġew irrifjutati kompletament għaliex il-proprjetà inkwistjoni ma tiffurmax parti mir-Reġjun Tramuntana.

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Balzan - Triq il-Kbira - Pjanijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali fi Triq il-Kbira f’Ħal Balzan u x’inhuma dawn il-pjanijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fi Triq il-Kbira, f’Ħal Balzan, mistenni li jibda ladarba jitlesta x-xogħol li huwa ppjanat minn entitajiet oħra.

Proġett - Traffic impact assessment

Question

B’referenza għall-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx traffic impact assessment fl-inħawi f’każijiet bħal dawn, sabiex ikun stabbilit tali impatt fuq it-traffiku u r-residenti tal-madwar?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Birkirkara - Triq Giovanni Papaffy - Pjanijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għal Triq Giovanni Papaffy, f’Birkirkara u x’inhuma dawn il-pjanijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Giovanni Papaffy, f’Birkirkara hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Birkirkara - Triq il-Fuħħarin - Pjanijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għal Triq il-Fuħħarin, f’Birkirkara u x’inhuma dawn il-pjanijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għaddejjin taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Birkirkara - Triq il-Kbira - Pjanijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għal Triq il-Kbira, f’Birkirkara u x’inhuma dawn il-pjanijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira, f’Birkirkara huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Birkirkara - Triq l-Imsida - Xogħlijiet fuq il-culvert

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex culvert fi Triq l-Imsida (il-parti li tagħti għal Triq Mannarino) ma kienx komplut u lest mill-Enemalta meta kienu qed isiru xogħlijiet mill-istess entità ftit tal-ġimgħat ilu fl-istess triq u b’konsegwenza ta’ hekk, kellu jitranġa mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li saru mill-Enemalta biex tkompli tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni bit-tqegħid ta’ cables ġodda taħt l-art, bl-ebda mod ma affettwaw il-culvert fit-triq indikata. Il-culverts mhumiex responsabbiltà tal-Enemalta.

Wied il-Għajn - Pjan ta’ riġenerazzjoni - Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jintużaw fondi Ewropej biex isir il-pjan ta’ riġenerazzjoni f’Wied il-Għajn u jekk iva, kemm se jkun l-ammont?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġu dettaljati l-ħsarat li soffriet il-kosta, l-intervent meħtieg u stimi preliminari tax-xogħlijiet meħtieġa.  Dawn ser ikunu qed jingħaqdu fl-eżerċizzju fuq skala nazzjonali biex jekk nikkwalifikaw issir it-talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.

Wied il-Għajn - Naħa taż-Żonqor - Ħsarat bil-maltemp - Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk toroq f’Wied il-Għajn humiex ser ikunu inklużi fil-proġett tan-naħa taż-Żonqor issa li saret il-ħsara bil-maltemp u sa fejn se jasal dan il-proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġu determinat liema partijiet tal-istrutturi li ġew affettwati mill-maltemp ser isir intervent fuqhom.

Wied il-Għajn - Pjazza Dun Tarċis Agius, Pjazza Mifsud Bonnici u Triq il-Gardiel - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u disinji (drawings) dwar xogħlijiet fi Pjazza Dun Tarċis Agius, fi Pjazza Mifsud Bonnici u fi Triq il-Gardiel f’Wied il-Għajn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li d-disinn ta' din iż-żona għadu qed jiġi ppreparat.

MCAST - Letturi u impjegati - Salarji żbaljati f’Jannar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm letturi u impjegati fl-MCAST li nħarġilhom is-salarju żbaljat f’Jannar 2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul Jannar ta’ din is-sena nħarġu total ta’ 373 payslips li kienu jeħtieġu aġġustament. Minn dawn, 352 kienu marbuta ma’ kwistjoni fis-sistema tal-pagi Dakar, li ma rriflettietx b’mod sħiħ il-faxxa tat-taxxa applikabbli.

Il-Mosta – Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiżdiedu l-faċilitajiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, u jekk iva, liema faċilitajiet ġodda huma ppjanati li jkun hemm? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jitkabbar l-ispazju u jekk iva, kif se jsir dan? Jekk le, x’alternattivi qed jiġu kkunsidrati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ingħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 33905 u 33907.

Il-Mosta – Uffiċċji tas-Sigurtà Soċjali - Refurbishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar ir-refurbishment tal-uffiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-Mosta? Jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm sewa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

L-Imġarr, Malta – Siti ta’ importanza storika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-siti ta’ importanza storika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Heritage Malta fl-Imġarr, Malta? Kemm minn dawn is-siti huwa mistenni li jsirulhom interventi biex jiġi żgurat li ma jsofrux ħsarat fiż-żmien li ġej? Meta sar l-aħħar restawr jew intervent ta’ tip ieħor mill-Gvern f’kull wieħed mis-siti li jinsabu fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll liema minn dawn is-siti huma aċċessibbli għall-pubbliku u kif wieħed jista’ jżurhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-siti li tamministra Heritage Malta fl-Imġarr huma Ta’ Ħaġrat u Skorba. Iż-żewg siti huma aċċessibbli għall-pubbliku kuljum minn Marzu sa Diċembru mid-9:00 sal-17:00 u mill-Erbgħa sat-Tnejn (magħluqin nhar ta’ Tlieta) mill-10:00 sas-18:00 f’Jannar u Frar. Biljetti jistghu jinxtraw online jew inkella minn dawn l-istabbilimenti fl-Imġarr: Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr, L-Imġarr Farmers Bar, Il-Barri Restaurant, u, il-Gastronawt. Il-ħlas huwa ta’ €3.50 ghall-adulti, €3 ghal anzjani u student, u €2.50 ghat-tfal ghal kull sit, jew inkella €6 ghall-adulti, €5 ghall- anzjani u student u €4.50 ghat-tfal għal Ta’ Ħaġrat u Skorba f’daqqa. Studenti u anzjani li għandhom il-passaport ta’ Heritage Malta, kif ukoll membri ta’ Heritage Malta jidħlu fis-siti bla ħlas. Is- siti msemmija huma mantnuti regolarment mill-ħaddiema ta’ Heritage Malta.