Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jwessa’ l-konfini tar-reġjuni li fihom jingħata s-servizz tas-Silver T u dan minħabba diversi ilmenti li s-servizz mhux qed jingħata jekk ikun meħtieġ barra l-konfini? Jekk iva, jista’ jgħid meta u kif ser ikunu qegħdin jitwessgħu dawn il-konfini?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità kontinwament tevalwa s-servizzi tagħha biex tassigura li huma skont il-ħtiġijiet tal-anzjani. Is-Servizz tas-Silver T huwa maqsum f’reġjuni li huma mfassla biex jiżguraw servizz effiċjenti, li jippermetti li jintlaħaq l-ogħla numru ta’ anzjani fi żmien raġjonevoli, filwaqt li jiġi evitat dewmien mhux meħtieġ. L-għan tas-Servizz tas-Silver T mhux li jidduplika jew jieħu post servizzi oħra tat-trasport diġà eżistenti, bħalma huma dawk offruti mill-Kunsilli Lokali, sptarijiet u entitajiet oħra, iżda li jkun ta’ għajnuna għall-anzjani fil-qadi tagħhom fil-komunità fejn jgħixu.
Principal Technician Colloquium - Riżultati tas-sejħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-riżultati tas-sejħa (posting) għall-kariga ta’ Principal Technician Colloquium? Jista’ wkoll jipprovdi tqassim (break down) tar-riżultati kif ingħataw, kif ukoll il-kariga u l-grad preċedenti tal-persuni li ġew intervistati (mingħajr ma jissemmew l-ismijiet)?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħeml il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ottubru 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ottubru 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport jew jagħti dettalji tat-total ta’ pjanti tal-kannabis li ġew ikkultivati mill-Cannabis Harm Reduction Associations bejn Jannar 2024 u Diċembru 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kilogramma ġiet imqassma lill-membri u kemm minnha intremiet?
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), hekk kif previst f'Artikolu 18 tal-Att li jirregola l-istess Awtorità, u li jinkludi wkoll il-baġit allokat mill-Gvern, u l-qligħ li għamlet l-ARUC iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b'sena?
Fid-dawl li fis-sena 2024, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u/jew l-Awtorità għat-Trasport f’Malta u/jew entitajiet jew dipartimenti oħra governattivi, ikkummissjonaw studju dwar is-settur tal-Y Plates (Light Passenger Transport Vehicles) mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru:
i. jgħid kemm ġie jiswa dan l-istudju u liema Ministeru u/jew entità governattiva ffinanzja dan l-istudju;
ii. jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-Terms of Reference li ġie bbażat fuqu l-istudju; u
iii. jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju in kwistjoni?
Tista’ l-Ministru tgħid x’qed jikkawża l-qtugħ ta’ dawl frekwenti fi Triq il-Wied u f’partijiet oħra tal-Iklin, peress li kien hemm minn tal-inqas tmien okkażjonijiet ta’ qtugħ ta’ dawl, li sitta minnhom ma kenux ippjanati, bejn is-27 ta’ Novembru 2025 u t-2 ta’ Frar 2026? Tista’ tgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu biex din is-sitwazzjoni ma tibqax tirrepeti ruħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’partijiet mil-lokalità msemmija, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, l-qtugħ fil-provvista kien minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew sospensjonijiet tas-servizz pjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Il-Fgura u Ħal Tarxien – Triq San Tumas u Triq Dun Karm Sant – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir fi Triq Dun Karm Sant, Ħal Tarxien, u fi Triq San Tumas, il-Fgura, huwiex qed isir minn x’entità li taqa’ taħtu? Jekk iva, jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol, kemm hu mistenni li se jiġi jiswa, u meta hu mistenni li jitlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija mhumiex isiru minn dan il-Ministeru.
Il-Fgura u Ħal Tarxien – Triq San Tumas u Triq Dun Karm Sant – Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol li qed isir fi Triq Dun Karm Sant, Ħal Tarxien, u fi Triq San Tumas, il-Fgura, huwiex qed isir minn x’entità li taqa’ taħtha? Jekk iva, tista’ tgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol, kemm hu mistenni li se jiġi jiswa, u meta hu mistenni li jitlesta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Forzi Armati ta’ Malta – Helicopters - Manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu s-service li jmiss għall-helicopter tat-tip Augusta Westland li jinsab operabbli preżentement fil-Forzi Armati ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm hu mistenni li jdum dan is-service?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 34120.
Forzi Armati ta’ Malta – Helicopters - Manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar manutenzjoni tal-helicopter tat-tip Augusta Westland li jinsab operabbli preżentement fil-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ż-żamma u manutenzjoni tal-ħelikopters tiffunzjona bħala proċess kontinwu, li jimxi b’mod strett mar-regolamenti tal-manifattur u skont il-programm ta’ manutenzjoni li huwa approvat mill-manifattur u jimxi skont il-protokolli stabbiliti. Is-sistema strutturata ta’ programm ta’ manutenzjoni li tintuża hija ‘Continuous Airworthiness Maintenance Program’ li jsir b’interval ta’ kull ħamsa u għoxrin (25) siegħa.
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni fuq dan il-helikopter hija skedata għal stadju iktar tard din is-sena.
Junior Eurovision Song Contest - Produzzjoni tal-video mużikali - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33876 u jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq il-produzzjoni tal-video mużikali użat għall-Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar il-Ġeorġja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija relatata mal-produzzjoni ta’ programm li huwa ġestit bħala parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija u għaldaqstant hija ta’ natura kunfidenzjali.
Junior Eurovision Song Contest - Delegazzjoni Maltija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33875 u jgħid kemm kien in-numru totali ta’ persuni li kienu jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija għall-Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar f'Tbilisi, il-Ġeorġja? Jista’ wkoll jagħti lista ta’ dawn il-persuni u jgħid x’kien l-irwol tagħhom?
Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa totali fuq din il-parteċipazzjoni (Tbilisi, il-Ġeorġja 2025) u jaqsam dan l-ammont skont l-oqsma ewlenin (eż. ivvjaġġar, akkomodazzjoni, drittijiet ta’ parteċipazzjoni, produzzjoni artistika, u allowance per diem)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-lista tad-delegazzjoni Maltija għal Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar fi Tbilisi, il-Ġeorġja, kienet komposta minn Kap tad-Delegazzjoni, l-Inġ. Keith Chetcuti, Assistent Kap tad-Delegazzjoni, is-Sinjura Sefora Uzeh, il-Kap tal-Media l-Inġ. Jeremy Dalli, iċ-Chairperson tal-PBS is-Sa Anna Bonett Peplow, il-kantanta Eliza Borg, ħames żeffiena, il-kompożitur, l-awturi u l-korjografa u ġenitur/gwardjan għal minuri li kienu qed jirrapreżentaw lil Malta bħala parti mid-delegazzjoni.
Infurmat ukoll li d-dokumenti mitluba huma relatati mal-produzzjoni ta’ programm li huwa ġestit bħala parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija u għaldaqstant huma ta’ natura kunfidenzjali.