Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn id-19 u l-20 ta’ Frar ġejt mistieden biex nipparteċipa fil-Kunsill (informali) tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ li se jsir f’Nicosia. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li s’issa din is-sena m’attendejtx għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kultura. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nr 33403.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru li ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellat għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33400

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jienresponsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti,jaddottaw miżuri ta prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Att kontra Money Laundering, Kap. 373 – Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 ġew konklużi, kemm għadhom pendenti, u kemm ġew sospiżi jew abbandunati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Predicate Offences – Sanzjonijiet amministrattivi jew multi fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irċevuti sanzjonijiet amministrattivi jew multi fiskali konnessi ma’ dawn il-każijiet relatati ma’ predicate offences?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MTCA rċeviet numru ta’ talbiet biex jibbenefikaw mill‑provvedimenti tal‑Att XXX tal‑2025, li qed jiġu ipproċessati.

Predicate Offences – Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’każijiet relatati ma’ predicate offences fiskali sarux investigazzjonijiet paralleli dwar nuqqas ta’ rendikonti, dikjarazzjonijiet insuffiċjenti jew under-reporting tad-dħul?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn ikun hemm investigazzjonijiet għaddejja, l-MTCA tgħin lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta (FCID), meta tintalab, billi twettaq Rapporti ta’ Analiżi tat-Taxxa għal dawn il-każijiet. F’dawn ir-rapporti jiġi kkalkulat l-ammont ta’ taxxa li potenzjalment ġiet evaża. Dawn mhumiex investigazzjonijiet paralleli, iżda jiffurmaw parti mill-investigazzjoni kriminali.  Dan barra milli hemm każi fejn jiġu trattati bi proċeduri amministrattivi.

Money Laundering – Persuni u entitajiet akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni jew entitajiet akkużati fuq ħasil ta’ flus kellhom ukoll pendenzi tat-Taxxa fuq id-Dħul jew VAT mal-Commissioner for Revenue?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Klassifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont id-daqs tal-kumpanija (micro, small, medium, large enterprise) li ġew akkużati b’ħasil ta’ flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Entitajiet kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ ħasil ta’ flus kienu jinvolvu entitajiet kummerċjali, u skont liema forma legali (Ltd, Partnerships, NGOs, Sole Traders)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

MVPA – Auditorium - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl li l-istudenti li jattendu l-Iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA) (li jinkludu studenti tad-drama, mużika u żfin), iridu jmorru kulleġġ ieħor biex jesebixxu l-arti tagħhom; jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jitlesta x-xogħol fuq l-auditorium għall-istudenti li jattendu din l-istess skola? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet biex jinġieb investiment għal dan l-auditorium u jekk hemmx żmien stipulat għal meta jibdew ix-xogħlijiet, f’każ li hemm qbil fuq dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni li rtiraw ta’ 61 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rtiraw ta’ 61 sena mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll x’inhuma x-xejriet u x’qed iwassal għal tali xejriet u kemm kienu effettivi l-miżuri li ddaħħlu f’dan ir-rigward matul dawn l-aħħar snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Karozzi li ħadu n-nar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi li ħadu n-nar f’dawn l-aħħar ħames snin, esklużi dawk li nħarqu bi ħsara kollaterali jew b’konsegwenza ta’ nirien li kienu biswit, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu electric vehicles u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar każi fejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assista fuq nirien ta’ vetturi hi skont it-tabella hawn taħt. Rapporti ta’ nirien fil-vetturi li rrikjidew l-assistenza ta' CPD 2021 2022 2023 2024 2025 Sena 2021 - 2025 140 114 96 126 139 Rapporti ta’ nirien fil-vetturi elettriċi li rrikjidew l-assistenza ta' CPD 2021 2022 2023 2024 2025 Sena 2021 - 2025 NIL NIL 3 6 7

Belt Valletta – Struttura ta’ fejn il-funtana tat-Tritoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk inħariġx permess biex tkun tista’ tittella' l-istruttura fejn il-funtana tat-Tritoni u jqiegħed kopja tal-permess fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll kemm se tiswa’ l-"Immersive Experience Vision 2050" u jekk hijiex ser titħallas mill-privat jew minn fondi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-istruttura imsemmija hija maħsuba sabiex isservi ta’ Immersive Experience għal pubbliku dwar Viżjoni Malta 2050. Din l-esperjenza, li ser tkun miftuħa għal kulħadd mingħajr ebda ħlas għandha l-għan li tqarreb lill-pubbliku ma’ din il-Viżjoni li qed tipproġetta lil Malta sal-2050, permezz ta’ show artistiku u b’teknoloġija li tippermetti lil min iżuraha jimraħ dwar Malta futura. Din l-istruttura hija meqjusa bħala xogħol artistiku u skont il-liġi tal-ippjanar (Subsidiary Legislation 552.08, Class 4 (iv) , din ma ħteġitx permessi mill-istess Awtorita’. Kien meħtieġ biss komunikazzjoni u no objections mill-Kunsill Malti għal-Arti u minn Transport Malta, li ġew miksuba. Il-Budget għal din l-Immersive Experience huwa parti mill-vot allokat għal- Malta Vision 2050 fl-estimi finanzjarji tal-Baġit li diġa tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Eurovision Song Contest - Ġurija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33775 u 33821 u jgħid fuq liema kriterji tintgħażel il-ġurija tal-Eurovision Song Contest u min finalment jieħu l-aħħar deċiżjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-panel ta' ġurija tal-Malta Eurovision Song Contest huwa magħmul minn numru ta' professjonisti li ġejjin mid-dinja mużikali u mix-xena ta' l-ispettaklu, magħżula fuq bażi esperta, bażi ta' esperjenza, bażi ta' xogħol jew bażi ta' kontribut fil-qasam. Il-panel huwa kompost minn ħames ġurati Maltin u ħames ġurati internazzjonali. B'hekk kolletivament ikun hemm diversita u għarfien differenti biex isir il-ġudizzju fuq il-kanzunetti finalisti. L-għażla finali tal-ġurati hija responsabbilta tal-organizzaturi tal-Malta Eurovision Song Contest, ċioe il-Public Broadcasting Services.