Legislature:
Category:
Reset
Active:

Atleti pożittivi għad-doping

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema dixxiplina sportiva nstabu pożittivi għad-doping atleti fl-2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Airmalta – Pjan tal-għeluq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan biex l-Airmalta tkun kompletament magħluqa wara li t-titjiriet kienu waqfu fit-30 ta' Marzu 2024 u jekk iva, jista’ jindika time frame?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol għaddej u huwa stmat li jinħtieġu ftit xhur oħra biex dan jiġi konkluż.

ARUC - Nefqa għal riklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Fast Charging Points

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn fast charging points f’Malta u f’Għawdex, f’liema lokalitajiet jinsabu, u f’liema sena ġew installati u kkummissjonati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Installazzjoni - Charging Points u Charging Pillars

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew installati charging points u charging pillars f’Malta u f’Għawdex mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Nefqa - Organizzazzjoni tal-Attivitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għaliex in-nefqa fuq l-organizzazzjoni tal-attivitajiet organizzati minn Project Green telgħet minn €12,824 fis-sena 2024 għal €180,528 fis-sena 2025 – li tammonta għal żieda ta’ aktar minn 1,300%? Tista’ tgħid ukoll x’kienet ir-raġuni għal din id-deċiżjoni, x'kienet in-natura ta' dawn l-attivitajiet addizzjonali li ġġustifikaw din iż-żieda fl-ispejjeż f'sena waħda biss u tispjega l-għan aħħari li qed tipprova tilħaq Project Green permezz ta’ din in-nefqa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Fl-2025, Project Green implimentat programm usa’ ta’ attivitajiet immirati lejn il-familji u l-komunità inġenerali. Dan il-programm kien maħsub biex jinkoraġġixxi l-użu attiv tal-parks pubbliċi u biex dawn l-ispazji jsiru ambjenti ħajjin li jintużaw b’mod regolari minn sezzjonijiet differenti tas-soċjetà. Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ispiża tal-2025 tinkludi wkoll spejjeż ta’ attivitajiet li saru fl-2024 u li tħallsu fl-2025.

Attivitajiet - Attendenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm kienet l-attendenza għal kull waħda minn dawn il-41 attività organizzati minn Project Green li saret referenza għalihom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34055.

Nefqa PR u Marketing - Aġenziji, Awtoritajiet u Entitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tan-nefqa fil-marketing u PR fir-rigward tal-aġenziji, awtoritajiet u l-entitajiet l-oħra kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Sptar Mater Dei - Disposable blades

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jerġgħu jkunu disponibbli d-‘disposable blades with handles size 15’ fil-kliniċi u fl-Isptar Mater Dei wara li ilhom xhur b’limited stock u issa ma fadalx minħabba li dawn jintużaw għal xogħol ta’ kuljum fuq il-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-‘disposable blades’ kif deskritti mill-Onor. Interpellant, huma disponibbli.

Skejjel primarji u sekondarji - Sospensjonijiet ta’ studenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33878 u jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew sospiżi (suspended) mill-iskola kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Malta’s 4th National Action Plan – Commitment 4 – Youth Proofing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33869 u jgħid fiex waslet l-implimentazzjoni ta’ ‘Commitment 4 – Youth Proofing’ tal-Malta’s 4th National Action Plan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul l-2024 u l-2025 ġie mwaqqaf u kkonvokat grupp ta’ persuni b’ħidma dedikata u ikkoordinata minn Aġenzija Żgħażagħ, bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ u t’organizzazzjonijiet ewlenin fis-settur taż-żgħażagħ fosthom the Maltese Association of Youth Workers, the Maltese Association of Youth Ministers, the Malta Youth Catholic Network, u the Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ Għawdex. Infurmat li dan il-grupp iltaqa’ diversi drabi bil-għan li jiżviluppa mekkaniżmu ta’ Youth Proofing. Il-kumitat temm l-impenn tiegħu fir-rigward tal-iżvilupp tal-proposta tal-mekkaniżmu ta’ Youth Proofing u għadda dawn il-proposti.

In-Naxxar - Triq l-Emigranti - Pjanijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għall-parti ta’ fuq ta’ Triq l-Emigranti fin-Naxxar u x’inhuma dawn il-pjanijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq l-Emigranti fin-Naxxar hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fiha, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib.

In-Naxxar - Triq il-Missjunarji - Pjanijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għal Triq il-Missjunarji fin-Naxxar u x’inhuma dawn il-pjanijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta ser twettaq spezzjonijiet sabiex issir evalwazzjoni tal-ħsarat u tkun tista’ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

L-Iklin - Triq G. Abos (parti ta’ fuq), Triq in-Namur, Triq San Mikiel, Triq Locano u Triq il-Klin - Dawl fit-toroq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi problema li minħabba fiha m’hemmx dawl fit-toroq fi Triq G. Abos (parti ta’ fuq); Triq in-Namur; Triq San Mikiel; Triq Locano u Triq il-Klin fl-Iklin? Tista’ wkoll tagħti ħjiel tax-xogħol li qed isir biex din is-sitwazzjoni tkun riżolta u meta tista’ tkun riżolta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-ħsara inkwistjoni kienet ikkawżata mill-maltempata ‘Harry’ u l-Enemalta diġà għamlet it-tiswijiet meħtieġa.

L-Imġarr, Malta - Skola - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-iskola fl-Imġarr, Malta, titkabbar? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji u jekk le, xi pjanijiet għandu l-Gvern għat-tfal Imġarrin li suppost ser ikunu qegħdin jattendu din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Imġarr – Skola Primarja – Librerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-librerija tal-iskola tal-Imġarr terġa’ tinfetaħ kompletament bħala librerija u mhux bħala librerija li tintuża bħala klassi fl-istess ħin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

L-Imġarr – Skola Primarja – Librerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-librerija pubblika tal-Imġarr terġa’ tinfetaħ kompletament bħala librerija u mhux bħala librerija li tintuża bħala klassi fl-istess ħin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-arranġament attwali jiżgura li l-librerija sservi mhux biss lill-pubbliku ġenerali wara l-ħin tal-iskola u s-Sibtijiet, iżda wkoll lill-istudenti u lill-għalliema matul il-ħinijiet tal-iskola.  Fid-dawl taċ-ċirkostanzi attwali, dan l-arranġament wera li huwa l-aħjar deċiżjoni, peress li jippermetti lill-istudenti, lill-għalliema u lill-pubbliku ġenerali jkomplu jibbenefikaw mir-riżorsi tal-librerija.

L-Imġarr – Skola Primarja – Espansjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx pjan ta’ espansjoni għall-Iskola Primarja tal-Imġarr, meta wieħed iqis li l-popolazzjoni kibret ħafna minn meta nbniet l-iskola preżenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.