Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tiegħu u jekk iva, kemm?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward issaħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Unjoni Ewropea - Direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttiva li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2026 hija s-segwenti: DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1801 tat-23 ta’ Ġunju 2025 li tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/1999 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri uniformi għal kontrolli fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq. 23/06/2026 Din id-Direttiva għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.

Unjoni Ewropea - Direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru li tiegħu responsabbli  bħalissa qed jaħdem fuq it-traspożizzjoni ta’ direttiva tal-UE fil-liġi nazzjonali u li hija li gej: Titolu tad-direttiva tal-UE Data sa meta trid tingħalaq it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2449 tal-4 ta’ Diċembru 2025 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami tal-varjetajiet tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef, tar-ross, tal-grupp tal-kaboċċi tal-weraq, tal-grupp talkaboċċi tat-Toskana, tal-grupp tal-kaboċċi portugiżi (Tronchuda), tal-kaboċċi Ċiniżi, tat-tadam u tal-ispinaċi 30 ta’ Ġunju 2026

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Interni li saret f’Ċipru fit-22 ta’ Jannar 2026. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi li saru fi Brussels fid-19 u l-20 ta’ Jannar 2026 u fis-16 u s-17 ta’ Frar 2026. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill informali tal-Ministri tal-Kompettività li saret f’Ċipru fit-3 u l-4 ta’ Frar. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellat għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33409.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33406.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li, fejn huwa possibli u x-xogħol jippermetti, l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru, jadottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus – Miżuri ta’ monitoraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus li għalihom ġew introdotti miżuri ta’ monitoraġġ aktar stretti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus u li għalihom gew introdotti miżuri ta’ monitoraġġ jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din it-tabella tinsba fid-dokument li ġie ppubblikat f’Jannar 2024 u li jista’ jitniżżel mis-sit elettroniku tal-NCC.

Att kontra Money Laundering – Analiżi u rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux analiżi jew rapporti li juru l-konformità tal-investigazzjonijiet u proċeduri taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 mar-rekwiżiti tal-MONEYVAL jew l-FATF?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’April 2021, il- Committee of Experts on the Evaluation of Anti-Money Laundering Measures and the Financing of Terrorism – MONEYVAL, ippublikat rapport dwar Malta li huwa disponibbli għall-użu pubbliku, u li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-rapport juri li l-qafas ta’ Malta kontra il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu huwa f’saħħtu u jindirizza r-rekwiżiti kollha tal-FATF fl-ambitu tekniku u legali.

Każijiet ta’ Money Laundering – Ammonti rkuprati mill-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ammont finanzjarju ġie effettivament ikkumpensat jew irkuprat mill-Istat f’każijiet konnessi ma’ Money Laundering?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Konfiski u Freezing Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur totali tal-assi jew fondi li kienu suġġetti għal konfiska jew freezing orders taħt il-proċeduri ta’ ħasil ta’ flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ ħasil ta’ flus li ġew konklużi rriżultaw f’kundanna, kemm f’assoluzzjoni, u kemm f’sentenzi alternattivi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Medja ta’ żmien biex proċedura tiġi konkluża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja ta’ żmien biex proċedura kriminali ta’ ħasil ta’ flus tasal għal konklużjoni tagħha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.