Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi - Triq San Edwardu – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq San Edwardu f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Ħal Qormi – Triq Ħammieri - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Ħammieri f’Ħal Qormi u jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għadha għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Is-Siġġiewi - Żona ta’ Għar Lapsi - Ħsarat kawża tal-maltemp

Question

Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jitranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna u tagħti timeline f’dan ir-rigward?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Is-Siġġiewi - Żona ta’ Għar Lapsi - Ħsarat kawża tal-maltemp

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jitranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna u jagħti timeline f’dan ir-rigward?

Response (BONETT, CHRIS)

Il-bajja ta Għar Lapsi ġarrbet ħsarat sostanzjali waqt il-maltempata Harry. L-iskall prinċipali lejn Għar Miżun kien meqrud għal kollox, blat kbir spiċċa tkaxkar f’din il-bajja, u rampa lejn Għar Lapsi tfarrket bil-qilla tal-mewġ. Is-sies madwar din il-bajja ttiekel u parti minnu sfronda, waqt li partijiet oħra nstabu li huma instabbli tant li hemm riskju imminenti li jċedi iktar blat madwar din il-bajja. Ġejt infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi bħalissa għaddejjin b’diversi xogħlijiet sabiex tinbena r-rampa, jinbena il-moll u jiġu rranġati l-passaġġi madwar il-bajja ta’ Għar Lapsi. Qed ukoll jinġabar u jitneħħa ammont sostanzjali ta’ biċċiet tal-konkos, u materjal ieħor li hemm imxerred madwar il-bajja. Ma’ dawn ix-xogħlijiet, qed isiru preparamenti sabiex jerga’ jinbena l-iskall, titnaddaf il-bajja ta’ Għar Miżun minn blat kbir u jinbena revetment ġdid tul dan l-iskall.  Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin. Id-Dipartiment qed ukoll iħejji proposti ta’ interventi fuq il-blat instabbli sabiex jitneħħa kull periklu qabel din il-bajja terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku.

Ħal Luqa, Triq il-Gudja - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34930, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa, kemm ser jiġu jiswew u għaliex qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett jifforma parti mill-iskema Vjal Kulħadd, b’enfasi partikolari fuq it-titjib tal-ambjent tal-madwar u l-provvista ta’ spazji aktar sikuri u segregati kemm għall-persuni li ihobbu jimxu kif ukoll għaċ-ċiklisti. Fir-rigward tal-progress tax-xogħlijiet fuq is-sit, il-proġett issa daħal fil-fażi finali ta’ eżekuzzjoni tiegħu u huwa mistenni li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Raħal Ġdid - Triq Għajn Dwieli - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9432 u 35179, jista’ l-Ministru jikkunsidra li jibgħat persuni tekniċi biex jeżaminaw Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid, peress li mhijiex f’kundizzjoni tajba u għandha diversi ħsarat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li sar intervent mill-Enemalta fl-imsemmija triq relatat mal-provvista tal-elettriku, ser isir xogħol ta’ major patching.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Servizz tal-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, bħala total, li użaw is-servizz tal-emerġenza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 2026 sas-17 t’April 2026, 6,717 użaw is-servizz tal-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran – Servizz tal-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, bħala total, li użaw is-servizz tal-emerġenza fiċ-Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema tip ta' servizz ta' emerġenza qed jirreferi. Fic-Ċentru Reġjonali  Ċensu Moran jingħata servizz ta' Kura Primarja apparti numru sostanzjali ta' servizzi, kliniċi u teatri tal-operazzjoni.

Il-Furjana - Ġnien Dante - Larinġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34078, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-larinġ fi Ġnien Dante l-Furjana ġiex effettivament maqtugħ jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Furjana li, kif ġie indikat fit-tweġiba tal-Kunsill mogħtija fi Frar għall-mistoqsija parlamentari 34078, il-Kunsill Lokali għamel diversi tentattivi kemm ma’ kuntratturi kif ukoll ma’ individwi. Madankollu, dawn kollha rriżultaw fin-negattiv, peress li l-larinġ huwa bakkaljaw ftit li xejn hemm użu għalih, u għaldaqstant ħadd ma wera interess.

AIMS - CEOs - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34935, 35177 u 35517 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt tac-CEO preżenti qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

AIMS - Diretturi - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34936, 35176 u 35516 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Inteprellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Membri tal-Ġudikatura – Staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm staff complement ma’ kull membru tal-ġudikatura?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi staff complement ma’ kull membru tal-ġudikatura hemm 6, li jikkonsistu f’ deputat reġistratur, skrivan, messaġġier, xufier u judicial assistant u court attorney.

Ħażna ta’ fuel

Question

Fid-dawl tal-kunflitt li hemm bejn l-Iran u l-Amerika, jista’ l-Ministru jassigura li hemm biżżejjed ħażna ta’ fuel, speċjalment aviation fuel? Jista’ jgħid ukoll jekk minħabba dan humiex ser jitħassru xi titjiriet, b’impatt fuq it-turiżmu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

L-istrett ta’ Hormuz – Vapuri reġistrati f’Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm vapuri li jtajru l-bandiera Maltija maqbuda fl-istrett ta’ Hormuz?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Skema għall-Ewwel Xerrej

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li xtraw l-ewwel proprjetà tagħhom u bbenefikaw mill-Iskema għall-Ewwel Xerrej fis-sena 2025 u kemm kienet in-nefqa totali li jinkludu s-snin preċedenti?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.