Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi - Triq Mons. Mikiel Azzopardi - Sewqan perikoluż - Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu minħabba s-sewqan perikoluż fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kemm il-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità jwettqu rondi regolari fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi, u dawn ir-rondi ser jibqgħu jsiru b’mod kontinwu. L-għan tagħhom huwa mhux biss li jrażżnu s-sewqan perikoluż, iżda wkoll li jiżguraw li jiġi evitat kull ksur tal-liġi.

Is-Siġġiewi - Triq Ta’ Brandin - Sewqan perikoluż – Miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu minħabba s-sewqan perikoluż fi Triq Ta’ Brandin, is-Siġġiewi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kemm il-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità jwettqu rondi regolari fi Triq Ta’ Brandin, is-Siġġiewi, u dawn ir-rondi ser jibqgħu jsiru b’mod kontinwu. L-għan tagħhom huwa mhux biss li jrażżnu s-sewqan perikoluż, iżda wkoll li jiżguraw li jiġi evitat kull ksur tal-liġi.

Marsa-Ħamrun Bypass - Pedestrian bridge - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35867 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid kemm hi l-ispiża li saret ta’ manutenzjoni u għassa fuq il-pedestrian bridge tal-Marsa-Ħamrun Bypass?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Call centre - Persuni li jgħixu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex minn meta nbidel il-fornitur tal-call centre għall-persuni li jgħixu bil-kundizzjoni tad-dijabete, li issa għadda direttament taħt il-Ministeru, dawn il-persuni qegħdin jirċievu telefonati minn ħaddiema fejn qegħdin jiġu mistoqsija jekk jixtiqux jinqatgħu mil-lista minflok ma baqa’ jingħata s-servizz kif kien jingħata qabel?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-Sistema tal-Continuous Glucose Monitoring hija ddisinjata b'tali mod illi tagħti notifika fuq il-mowbajl tal-persuni li jużaw din is-sistema meta iz-zokkor tagħhom ikun baxx jew ogħli u jridu jieħdu azzjoni biex jikkoreġu l-livell taz-zokkor taghħom. Is-sistema għandha funzjoni illi dak li jkun jista' jinnomina lil xi ħadd ieħor (eż. ġenitur, qraba eċċ) biex ukoll jirċievu notifika fuq il-mowbajl tagħhom. Is-servizz tal-monitoraġġ min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa huwa mod ieħor kif wieħed jista' jkun moħħu mistrieħ li hemm xi ħadd ieħor li jista' jinnotifikagħhom meta z-zokkor ikun baxx jew ogħli permezz ta' SMS u/jew telefonata fejn ikun hemm bżonn, apparti in-notifika fuq il-mowbajl taghħom. Mhux kulħadd ikun iridu dan is-servizz għax is-sistema tas-CGM hija ddisinjata li l-persuni jkunu independenti. Għalhekk, filwaqt li dan is-servizz dalwaqt se jaqa' f'idejn id-dipartiment tas-saħħa, infurmat li lil dawn in-nies qed jistaqsuhom jekk jixtiequx jużaw dan is-servizz jew le, u nħallu lilhom jiddeċiedu.

Kunsilli Lokali - Laqgħat mal-Pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35865, jista’ l-Ministru jipprovdi d-data meta kull kunsill lokali organizza laqgħat mal-Pulizija dwar il-lokalità f'dawn l-aħħar sentejn, u jipprovdi dati separati għal kull kunsill?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba

Bord tal-Inġustizzji - Promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35863 u jgħid meta se jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern il-promozzjonijiet fir-rank ta’ lieutenant, kaptan u maġġur li ġew deċiżi mill-aħħar Bord tal-Inġustizzji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

In-Naxxar – Ċitazzjonijiet – Dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35848 u jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija fin-Naxxar bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

Individwu - Rikonoxximent ta’ ċens

Question

Jista’ l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni għar-rikonoxximent taċ-ċens li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, wara li l-applikant issottometta d-dokumenti kollha meħtieġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni qed tiġi vvetjata u l-applikant jiġi mgħarraf mill-Awtorità tal-Artijiet bl-iżviluppi meta jsir il-proċess meħtieġ.

Ħal Qormi – Triq George Mifsud Chircop - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq George Mifsud Chircop, Ħal Qormi, hux se tiġi rranġata peress li tinsab fi stat ħażin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Cat Cafès

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta' qisien li jrid ikollu cat cafè u x'inhu mistenni li jkun hemm qabel jinfetaħ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, skont il-linji gwida tal-Iskema ta’ Sapport għall-Kunsilli Lokali għat-Twaqqif ta’ Spazji Rikreattivi Miftuħa, Żoni ta’ Logħob Sensorjali u Green Pockets li jinkludu Dog Parks u Cat Cafès 2026, is-sit propost għandu jkun ta’ mill-inqas 1,500 metru kwadru, li minnhom 80 % jintuża għal landscaping  u pajsaġġ u mhux aktar minn 20 % għall-cat cafè. Il-cat cafè nnifsu m’għandux qisien fissi iżda jrid ikun fi proporzjon ma’ dan l-20 % u għandu jinżamm segregat b’mod ċar miż-żona tal-ġnien. Qabel ma cat cafè jinfetaħ, il-Kunsill Lokali jrid jissottometti pjanta tas-sit iffirmata minn perit (skala 1:5000), jikseb il-permessi regolatorji kollha meħtieġa, jipprovdi prova ta’ sjieda jew dritt ta’ użu tal-art, u jkollu stima finanzjarja dettaljata. L-applikazzjoni tibqa’ pendenti għal disa’ xhur sakemm jinkisbu l-permessi, u l-ftehim jiġi ffirmat biss meta jiġu ppreżentati kollha.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Klinika - Inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali kinitx talbet biex tinbeda inkjesta fuq il-klinika li kienet tintuża mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kif l-annimali kienu qed jingħataw is-servizz mediku? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid għaliex l-annimali baqgħu jintbagħtu hemm sakemm tneħħa kull dubju?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali mhuwiex l-awtorità kompetenti biex jinvestiga kliniċi privati. Ir-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tal-kliniċi privati jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur responsabbli għas-servizzi veterinarji, skont ir-Regolamenti dwar il-Liċenzjar ta’ Stabbilimenti Veterinarji Privati.

Każ ta’ mewt ta’ kelb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid biex miet il-kelb tar-razza Shih Tzu nhar il-Ġimgħa 17 ta' April, 2026 u jikkonferma li dan kien kelb li ġie kkunfiskat mingħand sidu għax ma kienx trattat sewwa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Klinika - Annimali mejta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm annimali li mietu ġewwa l-klinika li kienet tintuża mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali wara li ġew megħjuna mill-ambulanza, u jaqsam in-numri skont l-ispeċi differenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-istatistika għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Klinika - Visti mill-veterinarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fi x’ħin jiġu invistati u trattati minn veterinarju l-annimali misjuba fit-triq wara d-9.00 pm ladarba l-veterinarju jidħol biss fil-klinika għall-visti mill-4.00 pm ’l quddiem sa madwar it-8.00 pm jew id-9.00 pm? Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu li ħafna drabi dawn l-annimali lanqas jingħataw xi forma ta’ anaesthetic jew painkiller sakemm ikunu qed jistennew li jiġu invistati, liema ħin jista’ jkun twil anke madwar 20 siegħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta dwar il-ħin li fih jiġu eżaminati u ttrattati l-annimali misjuba fit-triq wara d-9:00pm. Il-kuntratt bejn id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali u l-klinika kuntrattata jistipula b’mod ċar li s-servizz ta’ emerġenza għandu jkun disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, inklużi l-weekends u l-festi pubbliċi. Dan ifisser li, skont l-obbligi kuntrattwali, kull annimal misjub fit-triq irid jiġi riċevut u eżaminat minn veterinarju malli jasal il-klinika, irrispettivament mill-ħin tal-ġurnata. Barra min hekk, il-klinika hija obligata li topera skond il-ligi sussidjarja SL 437.106, Regolamenti dwar il-Liċenzjar ta’ Stabbilimenti Veterinarji Privati u linji gwida maħruġa mill- Kunsill tal-Kirurġi Veterinarji li jirregola l-professjoni f’ dan il-qasam.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Annimali sokkorsi mill-ambulanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'ser isir mill-annimali tat-triq li qed jiġu megħjuna mill-ambulanza, peress li l-klinika li kienet tintuża mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali kienet qed tħallihom għal sigħat twal mingħajr attenzjoni veterinarja? Jista’ jgħid ukoll x’ser ikun qed jagħmel biex jara li xi ħadd jieħu r-responsabbiltà għal dan?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35935, fejn ġew indirizzati l-istess kwistjonijiet ta’ kura veterinarja u l-obbligi kuntrattwali.

CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34001 u 35222 dwar is-sejħa 'CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo', fejn ġie mwieġeb li “s’issa saru seba’ toroq minn dan il-framework agreement. Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f’bini mill-ġdid ta’ toroq u asphalt.”, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn is-seba’ toroq (isem tat-triq u raħal) u kemm ġiet tiswa kull triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

L-Imqabba – Triq Santa Katerina – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol riparatorju kollu fuq ix-xogħol ta’ pavimentar tal-Pjazza tal-Knisja (il-parti minn Triq Karmenu Ciantar) fl-Imqabba, minn meta nfetħet uffiċjalment sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.