Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4601 Sitting 99 2018-04-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Malta dwar il-Komunikazzjoni – Bord tat-tmexxija — laqgħat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn mindu twaqqfet l-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni (MCA), kemm-il darba l-Bord tat-tmexxja fi ħdan l-istess MCA kellu laqgħat sena b’sena ? Kemm minn dawn il-laqgħat tal-Bord kienu dejjem preżenti il-membri kollha, u jekk tul il-laqgħat qattx ittieħed vot u jekk iva kemm-il darba u dwar xiex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – bord tat-tmexxija — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn mindu twaqqaf ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) kemm-il darba l-Bord tat-tmexxja fi ħdan l-istess REWS kellu laqgħat sena b’sena ? Kemm minn dawn il-laqgħat tal-Bord kienu dejjem preżenti l-membri kollha, u jekk tul il-laqgħat qattx ittieħed vot u jekk iva kemm-il darba u dwar xiex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma iltaqa’ 4 darbiet fl-2015, 11-il darba fl-2016, 12-il darba fl-2017, u fl-2018 (sal-21 ta’ Marzu) iltaqa’ tlett darbiet. Matul dawn il-laqgħat qatt ma ttieħed vot u l-membri tal-bord kienu kollha preżenti għal 11-il laqgħa.

Għajnuna MEUSAC – organizzazzjonijiet f’Għawdex li gawdew mill-fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma s-70 organizzazzjoni f’Għawdex li mill-2008 ibbenefikaw ’il fuq minn €6.2 miljun f'fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-għajnuna tal-MEUSAC? Tista' tgħid ukoll minn kemm ibbenefikat kull organizzazzjoni u għal liema proġett u mil-liema programm? Tista' tgħid f’liema snin kien dan?

Response (DALLI, HELENA)

Ir-relazzjoni bejn il-MEUSAC u l-klijenti tagħha hi waħda ta’ natura fiduċjarja u li l-MEUSAC mhiex f’pożizzjoni li tiżvela min huma l-klijenti tagħha mingħajr il-kunsens tagħhom.

San Ġiljan – Triq San Ġorġ – bus stop bla shelter

Question

Jista’ l-Ministru jneħħi bus stop li hemm fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan li jinsab bla shelter peress li hemm bus stop bix-shelter Spinola u bus stop ieħor bix-shelter Pender li lanqas hemm 85 metru bogħod?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment.

Żurrieq – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4223, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu/kumpanija li għamel/għamlet ix-xogħol f'kull triq u jgħid jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ġew kuntrattati permezz tal-proċedura tat-tenders taħt il-framework agreement: Street & Locality Contractor Sqaq fi Triq Giovanni Batta Riccio, Zurrieq SM Contractor

Ħal Safi – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4224, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu/kumpanija li għamel/għamlet ix-xogħol f'kull triq u jgħid jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ġew kuntrattati permezz tal-proċedura tat-tenders taħt il-framework agreement: Street & Locality Contractor Sqaq ta' Gawhar, Safi SM Contractors

Ħal Kirkop – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4225, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu/kumpanija li għamel/għamlet ix-xogħol f'kull triq u jgħid jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ġew kuntrattati permezz tal-proċedura tat-tenders taħt il-framework agreement: Street & Locality Contractor Triq il-Gudja, Kirkop Stephen Tonna

Birżebbuġa – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4226, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu/kumpanija li għamel/għamlet ix-xogħol f'kull triq u jgħid jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ġew kuntrattati permezz tal-proċedura tat-tenders taħt il-framework agreement: Triq Kuntrattur Sqaq Has Saptan, Birzebbugia Northwind Investments Ltd Sqaq ta' B'Xejn, l/o Birzebbuga C & S Services

Triq Ħal Far — xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4229, jista’ l-Ministru jgħid abbażi ta' xiex se tkunu mfassla l-lista ta' prijoritajiet biex toroq bħal Triq Ħal Far, li miż-Żurrieq tagħti għal Birżebbuġa, isirilha wiċċ ġdid tat-tarmak?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx ħsieb li l-prijoritajiet eżistenti li jiddeterminaw meta u kif isiru x-xogħlijiet fit-toroq jiġu mfassla mill-ġdid. Dan hekk kif dawn il-prijoritajiet, li jinkludu primarjament l-istat tat-toroq, l-età tal-infrastruttura u r-riżorsi tagħhom, u t-tip u l-frekwenza tal-użu tagħhom, huma prinċipji universali bbażati fuq is-sens komun. Fl-istess waqt, nista' nikkonferma li, anke permezz tal-aġenzija l-ġdida tat-toroq li ser titwaqqaf dalwaqt, il-Gvern qed jikkommetti li jżid konsiderevolment l-investiment fit-titjib, manutenzjoni u l-bini mill-ġdid tat-toroq fil-lokalitajiet kollha tal-pajjiż, sabiex fl-iqsar żmien possibli nagħmlu qabża 'l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq, hekk kif jixraq lil pajjiżna.

Bord għall-Aġenzija — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min se jkun iffurmat il-bord li se jmexxi l-Aġenzija li se tissorvelja n-nefqa ta' €700 miljun ta' toroq fis-seba' snin li ġejjin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hu ser ikun hemm l-ebda aġenzija li 'tissorvelja' l-investiment imsemmi. Madankollu, fiż-żmien li ġej ser inressaq għad-diskussjoni abbozzi ta' liġijiet li permezz tagħhom ser inwaqqfu aġenzija li ser tfassal, tidderieġi u twettaq il-ħidmiet kollha ippjanati bħala parti minn dan l-investiment ta' €700 miljun fit-titjib u l-bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq ta' pajjiżna. Il-Bord li ser jidderieġi din l-aġenzija jiġi appuntat wara li l-abbozzi tal-liġijiet relatati mal-istess entità jkunu ġew diskussi u approvati fil-Parlament.
Leg 13 PQ #4825 Sitting 99 2018-04-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Miżura tal-kirjiet residenzjali u kummerċjali – dħul tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kien id-dħul tal-Gvern mill-miżura li permezz tagħha persuni li għandhom dħul minn kirjiet residenzjali u kummerċjali, jibbenefikaw mir-rata ta' 15% taxxa sena b'sena, mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 4824.

Applikazzjonijiet għall-kumpens għal ħsara mill-kriminalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il applikazzjoni għal kumpens ġiet ippreżentata skont dak li jipprovdu r-Regolamenti dwar Skema għal Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.12)sena b'sena, mis-sena 2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema reati kriminali kienu dawn it-talbiet, kemm minnhom ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati u x'inhu l-ammont ta' kumpens li tħallas?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għalhekk ir-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Talbiet pendenti dwar kumpens għal ħsara mill-kriminalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet pendenti taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità u li s-smigħ dwarhom kompla jsir taħt ir-Regolamenti dwar Skema għal Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.12)? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema reati kriminali kienu dawn it-talbiet, kemm minnhom ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati u x'inhu l-ammont ta' kumpens li ngħata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għalhekk ir-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Persuni li ċedew kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ċediet il-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sa nhar l-Erbgħa 28 ta' Frar 2018? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ċediet l-imsemmija kawża min-nhar il-Ħamis 1 ta' Marzu 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sal-5 t’April 2018 kien hemm 558 persuna li ċedew il-kawża indikata mill-Onor. membru. Dawn iċ-ċessjonijiet kienu maqsuma hekk: Sat-28 ta’ Frar kien hemm 456 persuna. Mill-1 ta’ Marzu sal-5 t’April kien hemm 102 persuni.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – persuni li ċedew kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa nhar l-Erbgħa 28 ta' Frar 2018 kemm-il persuna kienet infurmat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li hija kienet ċediet il-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa nofs Marzu, 2018, minn fost dawk li isimhom jidher fuq il-kawża imsemmija u li huma jew l-eredi tagħhom rċevew għotja ta’ flus taħt l-ewwel sejħa tal-iskema dwar għotja ta’ darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar, 1979, għamlu xi żmien iservu f’dipartmenti tal-Gvern qabel l-1979, kien hemm 489 persuna li infurmaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li ċedew il-kawża imsemmija.

Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta u Għawdex – talbiet biex issir referenza preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid mid-data tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kemm-il talba ġiet ippreżentata lill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta u Għawdex sabiex issir referenza preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-talbiet u liema minn dawn it-talbiet ġew milqugħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Mid-data tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien hemm tliet Referenzi Preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dawn huma s-segwenti: 1. Referenza Preliminari magħmula mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża AJD Tuna Ltd vs Direttur tal-Agrikoltura u s-Sajd et rigward il-validità u l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 530/2008 tat-12 ta’ Ġunju 2008 u l-validità tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002. Din ir-Referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fis-17 ta’ Ġunju 2009 u ġiet deċiża mill-istess Qorti fis-17 ta’ Marzu 2011. 2. Referenza Preliminari magħmula mill-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża Vodafone Malta Ltd et vs L-Avukat Ġenerali et rigward Artikolu 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Din ir-Referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fl-10 ta’ Frar 2012 u ġiet deċiża mill-istess Qorti fis-27 ta’ Ġunju 2013. 3. Referenza Preliminari magħmula mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża Malta Dental Technologists Association et vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika et rigward id-Direttiva 2005/36/KE, rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, tekniki dentali, kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti, rekwiżit li tabib dentist ikun obbligatorjament intermedjarju, applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fir-rigward tat-tekniki dentali kliniċi li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istat Membru ta’ oriġini u l-Artikolu 49 TFUE. Din ir-referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fid-29 ta’ Frar 2016 u l-istes Qorti tat s-sentenza tagħha fil-21 ta’ Settembru, 2017. Fir-rigward il-Qorti Kriminali ta’ Malta u l-Qorti ta’ Għawdex ma kien hemm l-ebda referenza preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilm — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Leg 13 PQ #4878 Sitting 99 2018-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — riżenja ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Finanzi f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #4879 Sitting 99 2018-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.