Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5168 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Eco-tax — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu mill-miljuni li nġabru mill-eco tax? F’liema proġetti ntefqu? U kemm minn dawn il-flus intefqu fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Ministru konċernat biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #5169 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – ajruplani leased

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Airmalta għandha 4 ajruplani leased? Jista’ jgħid jekk dan huwiex dry jew wet lease? Jista’ jgħid minn liema kumpanija ġew leased u x’xogħol kellu jsir jew għadu qed isir fuq dawn l-ajruplani? Jekk hemm 4 ajruplani, jista’ jgħid jekk hemmx xi ajruplan tal-Airmalta li għandu ħsara fit-tul?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flotta tal-Air Malta hija mikrija kollha - 8 ajruplani li huma fuq long term dry leases filwaqt li 2 qiegħdin fuq short term wet leases. Il- long term leases preżenti ilhom mikrija mingħand Aircraft Lessor rinomat għal dawn l-aħħar 14-il sena, waqt li 2 ajruplani ġodda long term dry leases ġew mikrija mingħand Aircraft Lessor, kumpanija oħra rinomata f’dan il-qasam u dawn ser jaslu Malta dalwaqt. Qabel ma ajruplan jingħaqad mal-flotta jkun hemm bżonn li jsirulu checks fuq manutenzjoni kif ukoll isir configuration fuq KM specification fuq cabin u external live ry .
Leg 13 PQ #5172 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4813 u ċjoè: Peress li dan l-aħħar dehru xi rapporti f’sezzjonijiet tal-midja dwar impjiegi mal-gvern u entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku, inkluż il-każ tad-Deputat Parlamentari li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jista’ l-Prim Ministru jgħid: 1) min huma dawk id-deputati eletti fil-Parlament li sal-jum tat-tweġiba ta’ din il-mistoqsija huma impjegati fis-settur pubbliku u/jew li qed joffru servizzi ta’ konsulenza b’kuntratt lill-istess settur pubbliku, fit-tliet kategoriji msemmija (a) Dipartimenti tal-Gvern, (b) Korpi Pubbliċi jew Awtoritajiet u (ċ) kumpaniji kummerċjali fejn il-gvern għandu l-kontroll effettiv; 2) meta kienu ingaġġati dawn id-deputati fis-servizz pubbliku jew entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni; 3) x’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandhom dawn id-deputati kif ukoll id-dħul gross annwali tagħhom; u 4) x’inhi l-kariga u grad li jokkupaw illum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #5173 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Skemi ta’ kumpens mogħtija mill-Gvern

Question

B’referenza għall-iskemi ta’ kumpens li ngħataw fl-2017 mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni involuti f’kull grupp: Pulizija, Electricity Board, Dirgħajn il-Maltin, Pijunieri tax-Xatt u Sea Malta? Għal kull grupp jista’ l-Ministru jgħid ma’ min sar il-ftehim għall-kumpens ta’ kull grupp? Ma’ min ġie miftiehem kull ftehim li sar? Liema hi l-entità li aċċettat il-ftehim f’isem kull grupp? Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern wasal għall-ammont ta’ flus li ser jingħata lil kull individwu f’kull grupp?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Skemi ta’ kumpens mogħtija mill-Gvern

Question

B’referenza għall-iskemi ta’ kumpens li ngħataw fl-2017 mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni involuti f’kull grupp: Pulizija, Electricity Board, Dirgħajn Il-Maltin, Pijunieri tax-Xatt u Sea Malta? Għal kull grupp jista’ l-Ministru jgħid ma’ min sar il-ftehim għall-kumpens ta’ kull grupp? Ma’ min ġie miftiehem kull ftehim li sar? Liema hi l-entità li aċċettat il-ftehim f’isem kull grupp? Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern wasal għall-ammont ta’ flus li ser jingħata lil kull individwu f’kull grupp?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Gvern ma kellu u m’għandu ebda obbligi legali, kuntrattwali jew xort’oħra mal-gruppi imsemmija minnu. Minkejja dan, il-Gvern pero` ħass illi kellu jindirizza dawn it-talbiet mingħajr ebda rabta ma’ ħadd. In-numru ta’ persuni li bbenefikaw huwa kif ġej: Korpi (inkluż Pijunieri u Dirgħajn il-Maltin)- 2781 Pulizija - 2440 Tax-Xatt - 634 Malta Electricity Board - 270
Leg 13 PQ #5175 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skemi ta’ kumpens mogħtija mill-Gvern

Question

B’referenza għall-iskemi ta’ kumpens li ngħataw fl-2017 mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni involuti f’kull grupp: Pulizija, Electricity Board, Dirgħajn Il-Maltin, Pijunieri tax-Xatt u Sea Malta? Għal kull grupp jista’ l-Ministru jgħid ma’ min sar il-ftehim għall-kumpens ta’ kull grupp? Ma’ min ġie miftiehem kull ftehim li sar? Liema hi l-entità li aċċettat il-ftehim f’isem kull grupp? Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern wasal għall-ammont ta’ flus li ser tingħata lil kull individwu f’kull grupp?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5174.

By-pass tal-Mellieħa

Question

B’referenza għal by-pass tal-Mellieħa li hija triq traffikuża u li tintuża kemm mill-Maltin u mill-Għawdxin, jista’ l-Ministru jispjega għal-liema raġuni Transport Malta qed tiġġustifika li din il-by pass għandha tidjieq? Jista’ jispjega għalfejn la triq tkun ser tidjieq għalfejn jissejjaħ upgrade? Ser tkun qed tittieħed art li hi protetta bħal Natura 2000 biex tagħmel tajjeb għal din it-triq hekk kif tikser għat-triq tal-Miżieb? Jista’ jispjega għalfejn inħass il-bżonn li tingħata art pubblika (it-triq) lill-iżviluppatur? X’qegħdin jiggwadanjaw il-Maltin minn hekk?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bypass tal-Mellieħa (Triq Louis Wettinger) ser tibqa' bl-istess ammont ta' korsiji li għandha bħalissa, jiġifieri tnejn f'kull direzzjoni. Il-pjanijiet li ftit tal-jiem ilu ħabbart wara li ppreżentajthom lill-Kunsill Lokali Mellieħa juru biċ-ċar kif din it-triq ser tiġi upgraded sabiex tkun iddisinjata aħjar, b'inqas riskji ta' aċċidenti u b'faċilitajiet għal dawk li jużaw ir-roti. Nista' nikkonferma li fid-disinn il-ġdid ta' din it-triq mhux biss ser tibqa' b'erba' korsiji, tnejn f'kull direzzjoni, iżda ser tiġi attrezzata b'diversi mi¿uri li jnaqqsu r-riskji ta' aċċidenti, fosthom sistema ta' dwal biex ma jibqax imdallam, crash barriers ġodda fit-truf tat-triq u anke crash barriers fin-nofs, bejn il-karreġġjati f'direzzjonijiet opposti. Fl-istess waqt, ser titjieb ukoll il-konnessjoni bejn dan il-Bypass u t-triq tal-Miżieb, kif ukoll f'waħda mill-junctions li tgħaqqad uħud mit-toroq residenzjali mal-Bypass. Din il-ħidma, li ser tibda fil-ġimgħat li ġejjin, tfisser investiment ta' madwar €2 miljun, sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajji¿na. B'hekk inkunu dawwarna sfida li kienet se twassal għal diffikultajiet għal dawk li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi, għal opportunità sabiex ikollna triq ewlenija oħra mibnija mill-ġdid b'aktar kwalità, effiċjenza u sigurtà. Il-pjanijiet għad-disinn mill-ġdid tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Louis Wettinger), imfassla snin ilu, kienu jinkludu l-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, triq residenzjali eżistenti li bħalissa ma tinfidx, sabiex tingħaqad ma’ triq residenzjali oħra, Triq il-Mitħna l-Qadima, u ssir aktar aċċessibbli. L-art bejn dawn iż-żewġ toroq, fejn qabel kien hemm żewġ barrieri, hija żona tal-iżvilupp għall-bini residenzjali. Din l-art tinkludi wkoll is-sit fejn bħalissa qed jinbnew l-appartamenti. Dawn il-pjanijiet oriġinali kienu jinkludu wkoll it-tneħħija ta’ waħda mill-erba’ korsiji tal-Bypass bħala miżura ta’ sigurtà. Dan it-tnaqqis ma kienx marbut mal-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi iżda ma limitazzjonijiet tekniċi f’parti oħra tal-istess Bypass. Fil-fatt, partijiet oħra ta’ dan il-Bypass kif ukoll partijiet oħra tar-rotta bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, diġa ġew imċekkna għal tliet jew żewġ korsiji minn amministrazzjonijiet preċedenti, meta nbnew mill-ġdid bħala parti minn proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. It-triq residenzjali li bħalissa qed tinbena mill-iżviluppatur tal-appartamenti fis-sit fejn qabel kien hemm waħda mill-barrieri m’hijiex triq privata iżda triq residenzjali pubblika li tifforma parti mill-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi. Meta ngħata l-permessi għall-iżvilupp tal-appartamenti, l-iżviluppatur intalab ukoll jifforma l-parti ta’ din it-triq residenzjali li tmiss mal-bini tiegħu. Il-kumplament tat-triq, sal-parti eżistenti ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, ser tinbena meta l-artijiet ta’ maġenbha jiġu żviluppati mis-sidien tagħhom. Ftit tal-ġimgħat ilu, tlabt lil Transport Malta tqis mill-ġdid il-pjanti oriġinali għall-bini mill-ġdid tal-Bypass, bl-għan li t-triq tibqa’ b’erba’ korsiji. Fil-fatt, wara li l-pjanti tat-triq ġew riveduti, il-periti tal-Awtorità kkonfermaw li l-Bypass tista’ tiġi mtejba sabiex ikollha diversi miżuri ta’ sigurtà mingħajr ma tidjieq għal tliet korsiji. Il-pjanti tekniċi ta’ dan it-tibdil ġew ippreżentati lill-Kunsill Lokali Mellieħa waqt laqgħa li għaliha stidint il-kunsillieri lokali kollha ta' din il-lokalità fil-jiem li għaddew.

Planning Authority – teħid ta’ parti tal-by-pass tal-Mellieħa

Question

Nirreferi għall-permess li ngħata mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) minn wara dahar kulħadd biex l-iżviluppatur jieħu parti mill-by-pass tal-Mellieħa bil-barka ta’ Transport Malta. Peress li kull permess li tagħti l-PA joħroġ subject to third party rights, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn li l-gvern ma oġġezzjonax? Taħt liema proċedura sar dan it-trasferiment ta’ art pubblika lill-privat?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li biex titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari hemm bżonn tan-numru tal-applikazzjoni.
Leg 13 PQ #5190 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tieġ ta’ individwu – preżenza ta’ persuni mis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għat-tieġ li attenda tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separament, kienx akkumpanjat jew fil-preżenza ta’ uffiċċjali li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu, u f’dan il-każ min kienu dawn il-persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5115.
Leg 13 PQ #5191 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat – persuni fuq position of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-persuni kollha li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu fuq bażi ta’ position of trust?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, t-template tal-kuntratt tal-ingaġġ fis-Segretarjat.
Leg 13 PQ #5192 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat – persuni fuq position of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu, min huma, u liema minnhom ġew ingaġġati fuq bażi ta’ position of trust?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #5193 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Okkażjonijiet – akkumpanjat miċ-Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn siefer fil-kapaċità uffiċjali tiegħu minn Marzu tal-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u f’liema minn dawn l-okkażjonijiet ġie akkumpanjat miċ-Chief of Staff tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għall-perjodu Marzu 2013 – Jannar 2017 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 26,715, 26,832 u 29,670 tal-leġiżlatura li għaddiet. Matul l-2017 il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant akkumpanjani waqt safar uffiċjali, f’Settembru fi New York, f’Ottubru fl-Emirati Għarab Magħquda u f’Novembru fir-Renju Unit u f’Hong Kong. Matul l-2018 sal-lum, ma kienx hemm okkazjonijiet fejn il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant akkumpanjani waqt safar uffiċjali.

Il-Mosta – Housing Estate – xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex isiru xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ, inkluż stallazzjoni ta’ lifts fl-appartamenti fil-Housing Estates tal-Mosta mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, fil-ġimgħat illi għaddew, offriet is-somma ta’ €25,000 lill-Kunsill Lokali tal-Mosta għall-manutenzjoni tal-komun f’5 blokok fil-housing estastes taħt Skema 2, iżda l-Kunsill Lokali informa lill-Awtorita` tad-Djar illi mhux interessat illi jieħu sehem f’din l-iskema. Minn barra dan, l-Awtorità tad-Djar ser tkun qed twettaq xogħlijiet taħt il-programm tal- European Regional Development Funds illi ser jinkludu installazjoni ta’ lifts fi 13 –il blokka tal-Gvern u l-manutenzjoni tal-komun tal-istess binjiet matul dawn it-3 snin li ġejjin.

Ix-Xewkija — Impjant ta' Tisfija tad-Demel - funzjoni tas-separator

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni ta' separator (l-Impjant ta' Tisfija ta' Demel) li llum jinsab fix-Xewkija fejn hemm l-Impjant tal-WasteServ f'Għawdex? Jista jgħid ladarba jkun sar il-proċess ta' tisfija u jintgħażel l-iskart, x'qed isir mill-iskart disponibbli wara l-proċess ta' tisfija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-terminu “separator” jindika makkinarju li l-għan aħħari tiegħu huwa li jingħasar id-demel u b’hekk jintgħażel il-materjal solidu mill-parti likwida. Normalment dan il-proċess jirriżulta f’xi 70 fil-mija ta’ parti likwida u xi 30 fil-mija ta’ parti solida. Wara dan il-proċess, il-materjal organiku solidu jiġi meħud lura mir-raħħal. Sa dan it-tant qegħda ssir analiżi fuq il-parti likwida.
Leg 13 PQ #5196 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi — manutenzjoni fuq il-moll

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-manutenzjoni fuq il-moll tax-Xlendi li ftit ilu ġarrab ħsarat u fil-preżent huwa l-unika moll li jistgħu jorbtu miegħu s-sajjieda fix-Xlendi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif imħabbar fil-Baġit, il-Ministeru għal Għawdex għandu proġett ambizzjuż għax-Xlendi inkluż servizzi għas-sajjieda, u diġa’ ġew sottomessi l-applikazzjonijiet.

Demel ta' farms tal-majjal — twaddib fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-Water Services qed timponi li d-demel ta' farms tal-majjal ma jibqax jitwaddab fis-sistema tad-drenaġġ?

Response (MIZZI, JOE)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li r-rimi tad-demel fis-sistema tad-drenaġġ huwa projbit skont Leġislazzjoni Sussidjarja 545.08 tal-11 ta’ Ġunju 2002.

Ix-Xlendi — manutenzjoni tal-moll

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-moll li jservi lis-sajjieda fil-bajja tax-Xlendi li kien ġarrab xi ħsarat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex għall-Mistoqsija Parlamentari 5196.

Proġett tal-Kappara — L-Imsida - Triq Rue d'Argens - ċitazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5016, u b'referenza għat-triq msemmija li hija Triq Rue D'Argens, l-Imsida, jista' issa l-Ministru jara għaliex, għalkemm il-Proġett tal-Kappara tlesta, u kontra l-qbil li kien hemm mal-Kunsill, il-pulizija xorta ntbagħtet biex tħarrek il-vetturi pparkjati? Jista’ l-Ministru jreġġa’ lura dawk it-tabelli li jgħidu li jibdew fis-6 ta’ filgħodu, u jiġu kkanċellati ċ-ċitazzjonijiet mogħtija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru tat-Trasport m’għandix il-poter naħfer kontravenzjonijiet tal-Pulizija. Ngħid ukoll li minħabba s-suċċess tal-progett tal-Kappara, żdiedet il-pressjoni fuq Rue D’Argens bil-konsegwenza li t-traffiku beda jeħel sew minħabba li l-parkeġġi jirriduċu t-triq f’karreġġata waħda. Għaldaqstant, Transport Malta leħqet kompromess billi neħħiet il-parkeġġ fir-rush hour filwaqt li ħalliet dan l-istess parkeġġ jaħdem mis-6 ta’ filghaxija u tul il-lejl kollu biex jintuża mir-residenti ta’ l-inħawi.

Persentaġġ ta' nitrati tad-Demel tal-Baqar li jintefa fir-raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irid ikun fih persentaġġ ta' nitrati s-slurry (demel) tal-baqar sabiex ikun aċċettabbli li jintefa fir-raba'? Jista' jgħid meta sar l-istudju, u min għamel dan l-istudju li jiddetermina x'għandu jkun il-persentaġġ ta' nitrati aċċettabbli f'demel tal-baqar biex dan id-demel ikun jista' jitwaddab fir-raba'? Jekk kemm-il darba sar studju, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta' dan l-istadju?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li s-slurry għandu kontenut għoli ta’ ilma fejn l-ammont ta' nitrat ikun ivarja b’mod konsiderevoli ma jistax jintuża bħala sors ta’ fertilizzant. Id-demel tal-baqar jista’ jintefa’ bħala sors ta' fertilizzant b’limitu li ma jaqbiżx l-ammont ta 170kg/N/Ha hekk kif inhu stabbilit fid-Direttiva Ewropeja 91/676/EEC u liġi sussidjarja S.L 549.25 u 549.66 u għalhekk m’hemmx għalfejn li jsir studju biex wieħed jara jekk id-demel tal-baqar hux aċċetabbli jew le, għax dan jista’ jintuża waqt l-istaġun miftuħ.

Sptar Mater Dei — Tqala ta' nisa kawża ta' stupru

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fl-2016 u fl-2017, kemm kien in-numru ta' nisa li weldu fl-Isptar Mater Dei li kellhom tqala li kienet kawża ta' stupru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Mater Dei ma jżommx din l-istatistika.