Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4618 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, issa li bdew id-diskussjonijiet dwar il-programm ta' finanzjament li jmiss mal-Unjoni Ewropea, jekk il-Gvern skattax dak li hemm fid-Dikjarazzjoni fuq Għawdex li hemm mat-trattat ta' adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni u ċjoè jekk Malta talbitx li l-Kummissjoni tirraporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u b'mod speċjali dwar id-differenzi fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta? Jista' jgħid meta sar dan min-naħa tal-Gvern Malti u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba li saret min-naħa ta' Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Malta u Għawdex — Tul u wisa’ ta’ kull triq arterjali u distributorja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4232 u jagħti lista tat-tulijiet u l-wisa’ ta’ kull triq arterjali u distributorja li għandna f’Malta u Għawdex, inkluż it-tul tal-bankini, it-tul ta’ bicycle lane li fiha (jekk fiha), minn kemm-il karreġjata hi magħmula u kemm-il lane fiha? Jista’ jissottometti pjanta li tindika fejn tinstab kull triq arterjali u distributorja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m’għandi xejn iktar x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4232.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer lil ħaddiema ħareġ mill-entitajiet/dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, u jagħti kull entità/dipartiment separatament minn Ġunju 2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Minn liema entità/dipartiment għal liema entità/dipartiment sar kull transfer? X’kienet ir-raġuni li sar kull wieħed minn dawn it-transfers?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sewwieqa tat-trasport pubbliku — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti magħmula minn sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn irrapportaw każijiet fejn huma ġew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta, sena b' sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qedgħha titqiegħed fit-tabella t’hawn taħt:- Sena Rapporti magħmula minn sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn irrapportaw każijiet fejn huma ġ ew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta. Rapporti magħmula minn persuni li jużaw it-trasport pubbliku fil-konfront ta' sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn irrapportaw każijiet fejn huma ġew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta . 2015 50 11 2016 53 9 2017 71 13

Sewwieqa tat-trasport pubbliku – rapporti minn passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti magħmula minn persuni li jużaw it-trasport pubbliku fil-konfront ta' sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn irrapportaw każijiet fejn huma ġew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta, sena b'sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4724 tal-istess Seduta.

Vjaġġi tal-Karozzi tal-Linja — ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mil-lokalitajiet rispettivi għall-Belt il-Ħamis l-1 ta’ Marzu 2018? a) 1 mill-Isla, b) 2 mill-Birgu, c) 3 mill-Kalkara, d) 4 mill-Birgu, e) 51 mill-Imtarfa, f) 52 minn Ħad-Dingli, g) 53 mir-Rabat Tal-Virtù, h) 56 minn Ħad-Dingli, i) 61 minn Ħaż-Żebbuġ, j) 62 mis-Siġġiewi, k) 63 minn Ħal Qormi, l) 64 minn Ħal Qormi, m) 71 miż-Żurrieq, n) 72 mill-Qrendi, o) 73 miż-Żurrieq, p) 74 miż-Żurrieq, q) 81 minn Marsaxlokk, r) 82 minn Birżebbuġa, s) 83 minn Santa Luċija, t) 84 miż-Żejtun, u) 85 minn Marsaxlokk, v) 88 mill-Gudja?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella sussegwenti liema tabella qegħdha tindika l-informazzjoni mitluba dwar ir-rotot indikati, fit-tragitt tagħhom lejn il-Belt Valletta fl-1 ta’ Marzu 2018. Numru Tar-Rotta Numru ta' Vjaggi Skedati Vjaggi li Saru Persentagg ta’ affidabilita Vjaggi li kienu tard 1 43 40 93% 7 2 33 32 97% - 3 35 32 91% 9 4 34 33 97% 8 51 33 31 94% 1 52 33 32 97% - 53 21 20 95% 1 56 10 10 100% 0 61 49 48 98% - 62 49 47 96% 4 63 33 32 97% 1 64 17 17 100% - 71 49 46 94% 9 72 36 34 94% 2 73 46 45 98% 10 74 18 17 94% 1 81 51 50 98% 1 82 50 49 98% 12 83 32 30 94% 5 84 37 36 97% 12 88 37 36 97% -

Vjaġġi tal-Karozzi tal-Linja — ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mill-Belt għal-lokalitajiet rispettivi il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018? a) 1 għall-Isla, b) 2 għall-Birgu, c) 3 għall-Kalkara, d) 4 għall-Birgu, e) 51 għall-Imtarfa, f) 52 għal Ħad-Dingli, g) 53 għar-Rabat Tal-Virtù, h) 56 għal Ħad-Dingli, h) 61 għal Ħaż-Żebbuġ, i) 62 għas-Siġġiewi, j) 63 għal Ħal Qormi, k) 64 għal Ħal Qormi, l) 71 għaż-Żurrieq, m) 72 għall-Qrendi, n) 73 għaż-Żurrieq, o) 74 għaż-Żurrieq, p) 81 għal Marsaxlokk, q) 82 għal Birżebbuġa, r) 83 għal Santa Luċija, s) 84 għaż-Żejtun, t) 85 għal Marsaxlokk, u) 88 għall-Gudja?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella sussegwenti liema tabella qegħdha tindika l-informazzjoni mitluba dwar ir-rotot indikati, fit-tragitt tagħhom mill-Belt Valletta fl-1 ta’ Marzu 2018. Numru Tar-Rotta Numru ta' Vjaggi Skedati Vjaggi li Saru Persentagg ta’ affidabilita Vjaggi li kienu tard 1 44 41 93% 9 2 33 33 100% 2 3 33 33 100% 5 4 33 31 94% 1 51 33 31 94% - 52 33 33 100% 4 53 21 20 95% 1 56 10 10 100% 1 61 49 46 94% - 62 50 48 96% 1 63 31 31 100% - 64 16 16 100% 1 71 50 47 94% 9 72 35 32 91% 5 73 17 17 100% 7 74 17 17 100% 2 81 36 34 94% 5 82 52 51 98% 9 83 32 31 97% 9 84 35 34 97% - 85 15 13 87% 1 88 34 34 100% -

Kumpanija tal-Avjazzjoni — proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar dettalji/żviluppi dwar il-proġett li kien ġie mħabbar minnu li se jqum €30 miljun imħabbar mill-Gvern f'Marzu 2017 u liema proġett għandu jsir mill-kumpanija tal-avjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u dwaru kien ġie ffirmat memorandum of understanding mal-Malta Industrial Parks u l-Malta Enterprise? Jista' jgħid jekk ix-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett bediex u jekk le x’inhi r-raġuni li għadu ma bediex? Meta hu maħsub li se jitlesta dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati u l-kuntratti fuq dan il-proġett waslu fil-fażi finali tagħhom. Ix-xogħolijiet jibdew appena l-permessi neċessarji jiġu maħruġa mill-Planning Authority u huwa mistenni li jitlestu fi żmien tnax-il xahar.
Leg 13 PQ #4812 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – ħatriet ta’ bord

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħatriet kemm taċ-Chairman kif ukoll tal-membri l-oħra tal-bord kenux fuq bażi full-time jew part-time mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni sad-data ta’ din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Anness jinsab it-tagħrif mitlub: Mr. Joseph V. Tabone 01 January 2001 - 28 April 2008 Full-Time Ing. Philip Micallef 29 April 2008 – 31 December 2012 Full-Time Dr. Antonio Ghio 10 December 2012 – 14 March 2013 Part-Time Dr. Edward Woods 01 May 2013 – 30 April 2016 Part-Time Dr. Edward Woods 01 May 2016 – to date Full Time Il-membri l-oħra tal-bord kollha ġew appuntati fuq bażi part-time.

Avukat Ġenerali – tim ta’ investigazzjoni konġunta

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2004 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il tim ta' investigazzjoni konġunta stabbilixxa l-Avukat Ġenerali biex iwettaq investigazzjoni f'reati kriminali f'Malta u f'xi Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea skont dak li jipprovdi r-regolament 3 tar-Regolamenti dwar Timijiet ta' Investigazzjoni Konġunta (Stati Membri tal-UE) (Leġislazzjoni Sussidjarja 9.18)? Jista' jgħid għal liema għan speċifiku twaqqfu l-imsemmija timijiet u jindika l-perjodu li għalih twaqqfu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Qorti tal-Appell – azzjoni fuq sentenza mogħtija – kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet li dwarhom qed jingħataw separatament u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mill-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant diġà kien hemm diskussjoni fil-Parlament.

Qorti tal-Appell – azzjoni fuq sentenza mogħtija – kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mill-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex ġentilment jieħu konjizzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Att IX tal-2018 li jemendaw l-Ordinanza dwar l-Esplozivi li ġie ppublikat fit-3 ta’ April, 2018.

Qorti tal-Appell – azzjoni fuq sentenza mogħtija – kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mil-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #4851 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet fuq toroq

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4258, tista’ l-Ministru tgħid x'investigazzjoni għaddejja fuq ix-xogħol li sar fuq Triq ta’ Ċenċ, Sannat; Triq il-Fanal, Għasri; Triq Għajn Qasab, Nadur; Triq ta’ Gerxija, Sannat u Triq Pompej, Rabat, Għawdex? Tista' tgħid f’liema xahar u sena sar ix-xogħol fuq kull waħda minn dawn it-toroq imsemmija? Tista' tgħid min qed imexxi din l-investigazzjoni? Tista' tgħid jekk il-file ta' dawn it-toroq jinsabux fil-pussess tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq imsemmija huma mertu ta’ Inkjesta Maġisterjali.

MCCAA — Budget

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) approvat f’April 2013 ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-baġit tal-MCCAA, l-istima approvata għal 2013 kienet dik ta’ €3,595,000 u s-sussidju totali riċevut kien dak ta' € 2,727,385.55. Ġentilment innota wkoll li l-impjegati ex-CCD (Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni) tħallsu direttament mit-Teżor u mhux permezz tas-Subvenzjoni tal-MCCAA tal-2013. Il-kont totali tal-pagi kien dak ta' € 586.863.67. F'termini reali l-ispejjeż totali tal-MCCAA għall-2013 kienu ta' € 3,314,249.22, jiġifieri € 280,750.78 inqas mill-bagit.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur — budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-budget tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi approvat f’April 2013 ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi ma ġiex mnaqqas minn kif kien approvat f’April 2013.
Leg 13 PQ #4884 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — PR u Media Events - nefqa totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 4869.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — PR u media events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #4886 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista ta' xiri ta' servizzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi jew prodotti jinxtraw kollha mid-Direttorat responsabbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħalma hija normali fl-amministrazzjoni pubblika.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — lista ta’ xiri ta’ servizzi

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Tista’ tgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u lil min ingħata x-xogħol?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija 4886.