Servizzi għall-problemi tad-Droga
Question
Jista’ l-Ministru jindika s-servizzi kollha li huma mwaqqfa biex jgħinu persuni maħkumin mill-problema tad-droga? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu sehem f’dawn is-servizzi tant importanti bħalissa? X’għandu wieħed jagħmel jekk jixtieq jagħmel użu minn dawn is-servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, s-servizzi offruti mill-Aġenzija Sedqa, fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), biex jgħinu persuni maħkumin mill-problema tad-droga, huma hekk kif ġej ;
Isem tas-Servizz
Deskrizzjoni tas-Servizz
Persuni li ħadu s-servizz matul l-2017
Drugs Community Team
Dan is-servizz huwa l-ewwel punt ta’ rifermiment. Minn hawn il-persuni konċernati jiġu referuti servizzi oħra ta’ Sedqa skont il-bżonn. Ħaddiema f’dan is-servizz joffru wkoll għajnuna permezz ta’ social work u counselling tal-persuni li jirrikorru għandhom.
473 persuna
Substance Misuse Outpatients Unit (Detox)
Dan is-servizz jipprovdi għajnuna medika, psikjatrika, farmaċewtika u ta’
nursing
lill-persuni li jiġu referuti hawnhekk. Kuljum titqassam ukoll il-mediċina
methadone
lil dawk b’dipendenza fuq l-eroina.
1,074 persuna
Substance Misuse Inpatients Unit
(Dar l-Impenn)
Dan is-servizz ta’
in-patient i.e. residential detoxification
iservi biex persuni jiġu ditossifikati mid-droga, jagħmlu żmien taħt osservazzjoni jew jingħataw xi attenzjoni oħra medika li titlob kura residenzjali.
195 persuna
Assessment and Stabilisation Unit (ASU)
Dan is-servizz residenzjali għandu l-għan li jagħti solliev (
respite
) lill-persuni li jkunu għadhom kif għaddew minn xi proċedura medika intensiva relatata mal-abbuż tad-droga u wkoll biex jagħti l-ispazju lill-persuna flimkien mal-professjonisti biex tagħmel pjan t’azzjoni fit-tul.
61 persuna
Komunita’ Santa Marija
Din hi l-komunità terapewtika fejn permezz tal-għejxien komuni ibbażat fuq sett ta’ prinċipji u valuri, l-persuni residenti jkunu mistennija li jerġgħu jibnu ħajjithom mill-ġdid u jerġghu jintegraw lura fis-soċjeta’.
56 persuna
Psychology Team
Dan is-servizz jipprovdi għajnuna speċjalizzata ta’ natura psikoloġika kemm fuq bażi individwali u wkoll ta’ gruppi. Dan jagħmluh kemm lil persuni li jirċievu s-servizzi fil-komunità jew fuq bażi residenzjali.
322 persuna
Family Therapy Team
Dan is-servizz speċjalizzat hu mmirat għal koppji jew familji li jkunu għaddejin minn xi mumenti delikati fir-relazzjonmi tagħhom. Simili ghas-servizzi psikoloġiċi dan is-servizz jingħata lil persuni li jew qed jgħixu fil-komunita’ jew f’xi residenza tal-Aġenzija Sedqa flimkien mal-familjari taghħħom.
183 persuna
Servizz fil-Qrati
Dan is-servizz għandu l-għan li jassisti persuni li jkunu rrikorrew għas-servizzi tagħna kemm permezz ta’ xhieda mitluba mill-qrati, kumpilazzjoni ta’ rapporti u assistenza oħra.
38 persuna
Drug Offenders Rehabilitation Board (DORB)
Jigi offrut servizz
ta’ social work/ case management
għal persuni li jinsabu ħatjn għat-tieni darba fuq pussess ta’ droga projbita. F’dan is-servizz isir ukoll kordinament bejn il-Bord u l-Qorti Kriminali. Il-Kummissarju għall-Ġustizzja jew mill-Qorti Kriminali jordnaw li l-persuna misjuba ħatja tidher quddiem l-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-Droga (DORB) stabbilit skont l-artikoli 6 u 8 tal-ligi – Kap 537.
102 persuna
Is-Servizz tas-
Psychology Team
u tal-
Family Therapy Team
, ma jingħatawx biss lil persuni bi problema ta’ droga, imma jingħataw ukoll lill-klijenti li jkunu ġew referuti minn xi servizz jew ieħor fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS).
Persuni li għaddejjin minn problemi relatati mal-abbuż ta’ droga u l-familjari tagħhom li jixtiequ l-għajnuna tal-Aġenzija Sedqa, jistgħu jagħmlu appuntament mal-ħaddiema soċjali fuq in-numru tat-telefon 23885110 jew imorru l-uffiċini tal-Aġenzija Sedqa mingħajr appuntament, fi 3, Triq Braille, Santa Venera, fil-ġranet tal-uffiċju bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn it-8.00 ta’ filgħodu u l-4.30 ta’ wara nofsinhar. Wieħed jista’ jirrikorri għall-għajnuna ukoll permezz tas-
Supportline
179.