Jista’ l-Ministru jgħid f'liema pajjiżi l-kumpanija nazzjonali l-Air Malta għandha duty manager u min huma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Air Malta għandha mudell li tuża General Service Agents jew Regional Managers biex tmexxi l-operat fi swieq barranin f’20 pajjiż differenti.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4886.
Ministeru għall-Finanzi — Lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 4886.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4886.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4886.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – mobile phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm barrieri ġewwa Għawdex li għandhom il-permess li jirċievu materjal tal-kostruzzjoni? Jista’ jindika n-numru ta’ dawn il-barrieri, kif ukoll f'liema lokalità jinsabu u l-indirizz ta’ dawn il-barrieri?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Għawdex hemm tlett (3) barrieri li għandhom permess ambjentali sabiex jaċċettaw materjal ta’
kostruzzjoni. Dawn huma:-
1. Il-Barriera SG03 li tinsab fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Xrajjah fil-limiti ta’ San Lawrenz
2. Il-Barriera SG02 li tinsab fiż-żona magħrufa bħala Tal-Ponta fil-limiti ta’ San Lawrenz
3. Il-Barriera HG12 li tinsab fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Klement fil-limiti tal-Qala.
Għawdex – Xewkija Industrial Estate – Triq it-Tessuti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Triq it-Tessuti ġewwa x-Xewkija Industrial Estate f'Għawdex ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat magħluqa għal kollox għat-traffiku? Jista' jgħix x’inhi r-raġuni li din it-triq ingħalqet mingħajr ebda avviż? Jista’ jgħid meta hi ppjanata li tinfetaħ? Jista' jgħid jekk din it-triq hux ser tinbena mill-ġdid? U jekk iva, kemm hi stmata li ser tkun l-ispiża?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa m'hemmx xogħlijiet għaddejin fi Triq it-Tessuti. Fir-rigward tal-MIPL, parti biss minn Triq it-Taflija ġiet temporanjament magħluqa bħala prekawzjoni ta’ Health & Safety minħabba xogħlijiet imwettqa għar-rilokazzjoni ta 'kejbils tal-enerġija u l-bini ta' ħajt li jżomm l-istess triq, relatati mal-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li għaddej bħalissa.
Proġett tat-taraġ ta’ Pjazza San Franġisk – tender għal xogħol ta’ finishing
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk għat-tieni darba konsekuttiva t-tender għal xogħol ta’ Finishing għall-proġett tat-taraġ ta’ Pjazza San Franġisk, ġiex ikkanċellat? Tista' tgħid x'kienet ir-raġuni, jekk ġie kkanċellat għat-tieni darba? Tista' tgħid kif ser ikompli dan il-proġett wara dan il-kanċellament tat-tender?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-offerti kienu technically non-compliant. Il-proċess beda biex tinħareġ tender ġdida.
Jista’ l-Ministru jgħid u jsemmi x'toroq hemm ippjanati, jekk hemm ippjanati, u kemm-il kilometru ta' toroq, ser isiru minn Transport Malta matul din is-sena 2018 ġewwa Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin ser inressaq għad-diskussjoni tal-Parlament abboz ta' liġi għat-twaqqif tal-aġenzija ġdida li ser twettaq l-investiment infrastrutturali bla preċedent, b'valur ta' aktar minn €700 miljun, għal toroq aħjar f'pajjiżna. Il-Gvern ser ikun qed juża r-riżorsi u t-tim ta' esperti li din l-aġenzija ser ikollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex ikompli jsaħħaħ it-titjib tal-infrastruttura f'Għawdex ukoll, bl-istess mod li ser isir f'Malta.
Din il-ħidma se ssir b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, mal-kunsilli lokali ta' din il-gżira u mal-entitajiet u l-individwi kollha involuti.
Rabat Għawdex – Sports Complex – proġett ta’ surfacing ta’ multi-purpose pitches
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk għall-proġett ta' surfacing ta' multi-purpose pitches ġewwa l-iSports Complex tar-Rabat, Għawdex ħarġitx tender u meta nħarġet? Tista’ tgħid jekk din it-tender ġietx awarded? Tista' tgħid fiex jikkonsisti dan il-proġett u kemm hi ppjanata l-ispiża fuq dan il-proġett u meta hu ppjanat li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li s-sejħa għall-offerti għas-surfacing tal-multipurpose pitches ħarġet fil-21 ta’ Novembru 2017 u għalqet fis-6 ta’ Diċembru 2017. Din it-tender għadha ma ġietx awarded, għaliex kien hemm appell li għadu pendenti.
Il-proġett jikkonsisti fit-tqegħid ta’ poured-in-place, dual density, seamless surfacing material magħmul minn SBR (tip ta’ rubber) base course u EPDM (tip ieħor ta’ rubber) wear course. Is-surfacing ser ikun konformi mal-istandards EN 14877:2013 u DIN 18035-6:2014-12 li ġeneralment huma marbuta ma’ dan it-tip ta’ surfacing u sports. Għalhekk il-pitches ser jkunu jistgħu jintużaw għal sports varju, fosthom futsal, basketball, volleyball u tennis. Il-pitches se jkunu imdawlin kif meħtieġ.
Ix-xogħol huwa ppjanat li jsir fi żmien tnax-il ġimgħa minn meta il-kuntrattur jingħata l-ordni biex jibda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki battala ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Malta Industrial Parks (MIP) għandhiex kawżi pendenti dwar fabbriki f’Għawdex u jekk għandha kemm u x’tip ta’ kawżi huma?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ hemm l-ebda fabbrika battala ġewwa x-Xewkija Industrial Estate ħlief għal fabrikka waħda li ma tistax titqies bħala battala għax għad hemm proċeduri pendenti quddiem il-qorti'.
San Ġiljan u Paceville – preżenza tal-Pulizija fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-preżenza tal-Pulizija fit-toroq ta’ San Ġiljan u Paceville? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li din il-preżenza tissaħħaħ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel is-sena 2013 fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju (low season) kien ikun hemm bejn 3 u 5 uffiċċjal preżenti fl-area ta’ Paceville, filwaqt li fi tmiem il-ġimgha kien ikun hemm bejn 12 u 15-il uffiċjal. Matul ix-xhur tas-sajf, bejn Ġunju u Settembru (high season),bejn it-Tnejn u l-Ħamis kien ikun hemm bejn 3 u 5 uffiċjali,filwaqt li fi tmiem il-ġimgha, kien ikun hemm bejn 10 u 13-il uffiċċjal. Wara l-2013 b’mod progressiv kienet żdiedet il-presenza tal-pulizija fl-istess area ta’ Pacevile u l-madwar.
Mis-sajf tal-2017 il-presenza ta’ uffiċjali ġewwa Paceville kompliet tissaħħaħ. Fil-low season, bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu, mit-Tnejn sal-Ħamis l-ammont ta’ uffiċjali tal-Pulizija preżenti jkun ta’ mhux anqas minn tnax. Il-Ġimgħa u s-Sibt dan jiżdied għal ħamsa u għoxrin u fil-Ħdud l-ammont ikun ta’ għoxrin uffiċjal. Il-preżenza tissaħħaħ meta l-frekwenza tal-pubbliku tibda tiżdied fil-high season. F’dan il-perjodu jkun hemm għoxrin uffiċjal bejn it-Tnejn u l-Ħamis, tletin uffiċjal nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt u ħamsa u għoxrin uffiċjal fil-Ħdud. Dan barra minn kontinġent tal-SIU li dejjem ikun preżenti matul il-weekends. Fir-rigward tal-għassa ta’ San Ġiljan, normalment ikun hemm is-Surġent tal-għassa, megħjun minn xufier u żewġ uffiċjali tar-ronda, meta l-esiġenzi jippermettu. Irid jingħad li dawn il-lokalitajiet huma kollha koperti mir-rondi tat-taqsima tal-RIU li jsiru fiż-żoni relattivi.
Din il-presenza kellah riżultati posittivi bi tnaqqis sostanzjali ta’ każi ta’ kriminalità fl-istess akkwati.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif kif ġiet akkwistata min-naħa tal-Gvern il-fond li llum hemm il-MITA fih ġewwa Santa Venera? Jekk il-MITA jew entità oħra tal-Gvern ħarġitx sejħa pubblika għal dan il-għan? Ta’ min kienet l-imsemmija proprjetà qabel ma’ ġiet akkwistata mill-Gvern?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx permess mill-Pulizija biex isir sparar fuq ħamiem fil-Birgu fl-abitat meta hemm metodi anqas krudili kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li nifhem li meta jiżdied ħafna hu pest u li jrid jiġi kkontrollat għax hu wkoll theddida għas-saħħa? Minn min intalab il-permess u lil min saret it-talba?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega kif kien hemm preżenza tal-Pulizija fil-Birgu waqt li kien qed isir sparar fuq il-ħamiem liema mod jammonta għall-moħqrija tal-annimali u hu metodu kundannabli kif stqarr l-istess Kummissarju tal-Annimali? Billi l-moħqrija fuq l-annimali hu att kundannabli bil-liġi kif spjega l-istess Ministru, u li l-Pulizija kienet preżenti id f’id ma’ min kien qed jikkommetti dan l-att ta’ moħqrija tal-annimali, u minflok qdiet dmirha u ħadet passi kontra min ordna li jsir sparar fuq il-ħamiem u joħloq tbatija bla bżonn lil dan il-ħamiem, meta hemm alternattivi oħrajn ferm aktar umani u effettivi kif tiġi kontrollata l-popolazzjoni tal-ħamiem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li kien f’loku li jsir sparar fuq il-ħamiem fid-dawl tax-xemx fil-Birgu quddiem għadd ta’ turisti li inzertaw qed iżuru din il-belt pittoreska? Billi filmati li dehru fuq it-Times of Malta online juri l-ħamiem jaqa’ mal-art u jibqa jirtogħod sakemm imut u billi kien irrapurtat li għadd ta’ turisti li kienu preżenti fil-Birgu baqgħu ddisgustati b’dawn l-atti barbari, jaħsibx il-Ministru li dan l-eżerċizzju ta’ moħqrija fuq l-annimali m’għamilx ġid lill-industrija tat-turiżmu u dan meta hemm metodi oħra ferm anqas krudili kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li nifhem li hu pest imma m’għandux jinħaqar biex jiġi kkontrollat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġa’ ta l-pożizzjoni tiegħu fuq din il-kwistjoni u ħa jieħu l-passi meħtieġa.
Awtorità tal-Ippjanar – riċerka ta’ Freedom of Information dwar permessi ta’ bini fl-ODZ
Question
B’referenza għall-artikli https://www.timesofmalta.com/articles/view/20171029/local/study-shows-political-corruption-at-the-pa.661620 u https://lovinmalta.com/news/news-politics/caruana-galizia-report-proves-decades-long-corruption-at-planning-authority, jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ir-riċerka ta’ Freedom of Information dwar il-permessi ta’ bini fl-ODZ kienu għall-ewwel miċħuda u wara injorati? Jista’ l-Ministru jagħti raġuni għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Ministeru mhux qed jagħtu widen għal din l-analiżi rigoruża u komprensiva dwar il-PA meta din turi li l-korruzzjoni politika fil-PA hi endemika f’Malta u l-aktar minn wara l-2013 ‘l hawn? Hu fatt li mill-2013 ‘l hawn 83% tal-applikazzjonijiet ODZ ingħataw permess. X’inhi r-raġuni ta’ dan il-laxkar kollu meta mqabbel ma’ perjodi ta’ żmien oħra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li talbiet taħt il-Freedom of Information Act iridu jsiru skont il-parametri ta’ din il-liġi. It-talbiet li jsiru jiġu mwieġba kollha u l-applikant jingħata raġuni għad-deċizjoni tal-Awtorita’. L-applikant għandu wkoll id-dritt ta’ appell fuq id-deċiżjonijiet tal-Awtorità.
Ma jirriżultax li huwa korrett li jingħad li 83% tal-applikazzjoniijiet ODZ ingħataw permess. Fil-fatt bejn is-sena 2013 u s-sena 2017 il-percentaġġ ta’ applikazzjonijiet ODZ li ġew approvati meta mqabbel ma’ l-applikazzjoniet deċizi huwa ta’ 74.58%. Għalkemm dan juri żieda fuq il-ħames snin ta’ qabel wieħed irid iżżomm f’moħħu li f’dawn is-snin ġiet approvata r-Rural Policy (2014) bi ħsieb li tgħin lill-bdiewa u raħħala ġenwini jtejbu l-attivita agrarja tagħhom.
Filwaqt li issaħħet qatih l-ekonomija, li rriżulta f’żieda f’applikazzjonijiet għal irranġar u immodernizzar ta’ bini u żvilupp eżistenti, inkluż djar li jinstabu f’numru konsiderevoli ta dawk imsejħa ‘settlements rurali’eżistenti li għalkemm fl-ODZ huma meqjusin bħala żoni mibnija. Barra minn hekk, biex ikun hemm aktar skrutinju fuq applikazzjonijiet ta’ żvilupp fl-ODZ inbidlet il-liġi (AL 211/2016) fejn tipi ta żvilupp li qabel kienu jiġu approvati b’sempliċi notifika, magħrufa bħala proċedura tad-DNO, preżentament iridu jgħaddi mill-proċess kollu tal-iżvilupp, inkluż pubblikazzjoni, konsultazzjonijiet ma’ Dipartimenti oħra u deċiżjoni mill-Kummissjoni.
Fl-aħħar nett, filwaqt li l-importanza ta’ l-istatistika ma tistax tiġi nnegata għandha ssir ukoll analiżi ġusta tal-fatti.
Awtorità tal-Ippjanar – indħil ministerjali fil-proċess ta’ permessi
Question
Studji qed juru li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qed tagħti lok għal indħil ministerjali fil-proċess ta’ permessi u qed taġevola u timxi skont direzzjoni politika. Hu fatt ukoll li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma għandhiex l-istess poteri li huma ugwali daqs tal-PA u lanqas għandha poter ta’ veto bħalma għandha s-Supratendenza. Jista’ għalhekk il-Ministru jgħid il-gvern x’ser jagħmel biex jindirizza dan l-iżbilanc u jagħti lill-ERA is-saħħa u l-poteri li jistħoqqilha?
Studji: nikkwota
https://www.timesofmalta.com/articles/view/20171029/local/study-shows-political-corruption-at-the-pa.661620. https://lovinmalta.com/news/news-politics/caruana-galizia-report-proves-decades-long-corruption-at-planning-authority)
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat fir-rigward tal-ERA. Fl-istess waqt niċħdu kwalunkwe’ indħil Ministerjali fuq applikazzjonijiet partikolari tal-Awtorità tal-Ippjanar.