Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5164 u jgħid jekk intalabx permess mill-Pulizija biex isir sparar fuq ħamiem fil-Birgu fl-abitat meta hemm metodi anqas krudili kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li nifhem li meta jiżdied ħafna hu pest u li jrid jiġi kkontrollat għax hu wkoll theddida għas-saħħa? Minn min intalab il-permess u lil min saret it-talba?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5320.
Sptar Monte Carmeli — ħaddiema tal-kuntrattur - injections tal-Hepatitis
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-ħaddiema tal-kuntrattur responsabbli mill-indafa fl-Isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard humiex qed jingħataw l-injections tal-Hepatitis? Jista' jgħid ukoll jekk il-ħaddiema f'dik l-isptar humiex intitolati għall-injections oħra u jekk iva, ta' xiex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma kinux jobbligaw lill-kuntrattur li jipprovdi tilqim għall-impjegati tiegħu. Hemm il-ħsieb li tenders futuri ser jagħmluha mandatorja illi dan it-tilqim jiġi pprovdut minn naħa tal-kuntrattur.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, meta l-ħaddiema tal-kuntrattur responsabbli mill-indafa fl-Isptar Monte Carmeli għamlu ż-żbir ta' siġar fl-inħawi tal-istess Sptar, taħt liema superviżjoni sar dan iż-żbir?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żbir ta’ dawn is-siġar sar minn persuna kwalifikata f’dan il qasam. Iż-żbir tas-siġar fl-isptar Monte Carmeli sar għal żewġ raġunijiet; kien hemm diversi siġar viċin ħafna tal-ħitan li jdawru l-isptar għalhekk dawn kienu ta’ periklu, kif ukoll minħabba li ħafna mis-siġar ġratilhom il-ħsara kawża tat-temp b’riħ qawwi li kellna ftit tal-jiem ilu.
Għaldaqstant il-management ta’ l-isptar Monte Carmeli ħa l-miżuri kollha meħtieġa sabiex is-siġar jiġu miżbura kif suppost kemm għas-sigurta’ tal-pazjenti kif ukoll għall-ambjent aħjar.
Sptar Monte Carmeli — paga minima ta' ħaddiema tal-kuntrattur għall-indafa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-paga minima li biha qed jitħallsu l-ħaddiema tal-kuntrattur privat li huma responsabbli mill-indafa tal-Isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija ħaddiema jitħallsu skont il-Ftehim Nazzjonali dwar il-Paga Minima tat-28 t’April tal-2017 li tali ftehim ġie effettiv permezz tal-Avviż Legali 144 tal-2017.
Dipartiment tal-Anzjani – ħaddiema fiċ-Ċentru tat-Telecare
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’se jiġri mill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku li jaħdmu fiċ-ċentru tat-Telecare fid-Dipartiment tal-Anzjani meta f'Diċembru jagħlaq il-kuntratt li l-Gvern għandu mal-kumpanija Go?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjieg u l-grad tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku ma jiddependix fuq il-kuntratt bejn il-Gvern u l-kumpanija Go.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara li jitkompla x-xogħol ta' għoti ta' tarmak fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta ladarba qed ikun hemm diversi ħsarat f'din it-triq li jeħtieġu manutenzjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' titjib meħtieġ fit-triq imsemmija huwa skedat li jsir fiż-żmien li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti li ntbagħtu lis-sajjieda li jirregolaw id-daqs tal-ħut, l-ispeċi tagħhom u li meta jinqabdu jistgħu jiddaħħlu l-Pixkerija jew jitpoġġew fis-suq? Jista' jgħid dawn ir-regolamenti li jirregolaw il-qbid tal-ħut skont id-daqs tagħhom, mil-liema direttiva jew regolamenti tal-Unjoni Ewropea qed isegwu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Mediterran id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni u l-ispeċi relatati jinsabu prinċiparjament fl-Anness III tar-Regolament (EC) 1967/2006. Id-daqs minimu għall-pixxispad tal-Mediterran jinsab fl-Artikolu 5a tar-Regolament (EU) 98/2015 u dak tat-tonn jinsab fl-Artikolu 14 tar-Regolament (EU) 1627/2016.
Fir-rigward tal-kummerċjalizazzjoni ta’ ħut taħt id-daqs minimu, ninsab infurmat li dan ma jistax isir għal konsum uman. Għal dan il-għan nagħmel referenza għar-Regolament (EC) 1224/2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Skont l-Artikolu 56, fost l-oħrajn, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li l-użu ta' prodotti tas-sajd taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru. 1380/2013 jiġi ristrett għal skopijiet oħra għajr dak tal-konsum dirett mill-bniedem. Din tapplika partikolarment għal dawk l-ispeċi li jidhru fl-Anness III tar-Regolament (EC) 1967/2006. Barra minn hekk, l-Artikolu 49c tar-Regolament (EC) 1224/2009 jistipola li fejn qabdiet taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jinħattu, dawk il-qabdiet għandhom jinħażnu separatament u jiġu ttrattati b'tali mod li jagħmilhom distinti minn prodotti tas-sajd destinati għall-konsum dirett mill-bniedem. Dan japplika fil-każijiet kollha inkluż il-pixxispad.
Dawn ir-Regolamenti huma riflessi fl-awtorizazzjonijiet tas-Sajd li joħroġ id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura skont Artikolu 7 tar-Regolament (EC) 1224/2009 u Artikolu 12 tal-KAP 425 tal-liġijiet ta’ Malta.
Kopja ta’ dawn ir-Regolamenti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma eżempji ta’ awtorizzazzjonijiet tas-Sajd li jinħarġu mid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-PGD (Pre-implantation Genetic Diagnosis) hijiex:
a. legali f'pajjiżna;
b. jekk hija legali, humiex qed jiġu distrutti embrijuni meta mill-PGD jirriżulta li l-embrijun jista' ġenetikament ma jkunx korrett; u
c. x'inhuma l-ħsibijiet tal-Gvern rigward il-PGD fil-ġejjieni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- PGD (Pre-implantation Genetic Diagnosis) hija illegali f’Malta hekk kif stipulat f’Artiklu 15 tal- Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, Kap 524. Kif preżentat fl-Abbozz Numru 37 li jemenda dan l-Att, dan l-Artiklu xorta se jibqa’ fis-seħħ.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu fl-emerġenza, matul is-sena 2017 persuni intossikati mid-droga? Jista' jgħid l-età medja ta' dawn u kemm minnhom kienu rġiel kemm kienu nisa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza fis-sena 2017 fejn kien irreġistrat fil-Presenting Complaintjew fit-Triage Notes li kien hemm Overdosejew abbuż ta’ xi tip ta’ droga (jew mediċina), sew jekk seħħet jew jekk kien hemm suspett li ġrat, ammontaw għal 401 attendenzi. Minn dawn, 242 kienu rġiel u 159 kienu nisa. L-età medja ta’ dawn l-attendenzi kienet ta’ 44 sena.
Mewt f'inċidenti tat-traffiku minħabba sewqan taħt alkoħol jew droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2017, kienx hemm każijiet ta' fatalitajiet fit-toroq minħabba li s-sewwieq ikun vittma ta' xi sustanza waqt is-sewqan, bħal alkoħol jew droga?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru responsabbli mill-Pulizija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti struzzjonijiet mill-aktar fis sabiex jibdew ix-xogħlijiet ta’ riparazzjoni fuq il-lift tal-poliklinika ta’ Ħal Qormi li ilu ma jiffunzjona għal dawn l-aħħar ġimgħat?
B'referenza għad-diversi mistoqsijiet parlamentari relatati mal-Hospital Concession Agreement dwar l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar Karin Grech fejn:
(1) mill-mistoqsija parlamentari 3310 jirriżulta li l-flus imħallsa mill-Gvern lill-kumpanija
Vitals Global Healthcare (
VGH
)
matul is-snin 2016 u 2017 kienu jammontaw għal 50 miljun Ewro;
(2) mill-mistoqsija parlamentari 3629 jirriżulta li dawn il-pagamenti li saru lill-VGH huma skont it-termini maqbula fil-kuntratti li saru bejn il-Gvern u l-VGH;
(3) mill-mistoqsija 3774 jirriżulta li dawn il-pagamenti saru skont l-ammont ta' servizzi li l-Gvern xtara mingħand il-VGH;
(4) mill-mistoqsija parlamentari 3926, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa kien mitlub jgħid għal liema servizzi tħallsu l-€50 miljun u fit-tweġiba ma ngħadx x'kienu s-servizzi mogħtija imma sempliċement erġajt ġejt irreferut għall-mistoqsija parlamentari 3310; u
(5) mill-mistoqsija parlamentari 4421, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa reġa' ġie mitlub jindika x'kienu dawn is-servizzi, fit-tweġiba ntqal li l-ammont imsemmi kien ħlas fiss dovut lill-imsemmija kumpanija.
(6) mill-mistoqsija parlamentari 5309, fejn il-Ministru ġie mitlub jgħid jekk wara li saru dawn il-mistoqsijiet parlamentari, jistax jgħid x’kienu dawn is-servizzi li jammontaw għall-€50 miljun u fit-tweġiba reġa ngħadd biss li l-ħlas imsemmi kien il-ħlas dovut għal servizzi skont kif maqbul bejn il-Gvern u l-konċessjonarju;
għaldaqstant jista' issa d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-termini maqbula tal-kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-konċessjonarju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-kuntratti ffirmati bejn il-Gvern u l-konċessjonarju diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru– billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2287 - Entitajiet MEDE - Nefqa fuq billboard advertising.pdf
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – billboard advertising — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.