Legislature:
Category:
Reset
Active:

CPSU — impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa jagħti d-dettalji ta’: (a) kemm huwa n-numru ta’ Sezzjonijiet fi ħdan is- Central Procurement Supplies Unit (CPSU), kemm f’San Ġwann kif ukoll f’Mater Dei, li jaħdmu b’xi tip ta’ xift? (b) liema huma dawn is-Sezzjonijiet? (c) x’tip ta’xift taħdem kull Sezzjoni? (d) kemm huwa n-numru ta’ impjegati li jaħdmu bix-xift f’kull Sezzjoni? (e) f’liema gradi huma l-impjegati li jaħdmu bix-xift ta’ kull Sezzjoni? (f) x’ġustifikazzjoni hemm biex kull waħda minn dawn is-Sezzjonijiet titħaddem bix-xift?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #5318 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – xogħol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5139, u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta’ kif intgħażel individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament partikolari biex imexxi t-transizzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi u jieħu l-kejl meta dan mhuwiex kwalifikat? Jista' jgħid ukoll jekk ħarġitx call for application għas-sejħa ta’ dan l-individwu? Kemm hemm aktar persuni nvoluti f' dan il-proċess? Dan l-individwu ser jinżamm responsabbli tat-translokazzjoni minn Pembroke għal Ħal Luqa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-CEO tal-Istitut huwa responsabbli mit-traslokazzjoni minn Pembroke għal Ħal Luqa, u mhux il-persuna msemmija.

Birgu – sparar fuq ħamiem

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5158 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx permess jew parir mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għall-sparar fuq il-ħamiem fid-dawl tax-xemx fil-Birgu? Jekk intalab permess, minn min intalab u x’kienet ir-risposta tad-Direttorat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ntalab l-ebda permess mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa dwar dan il-każ.

Sparar fuq il-Ħamiem — investigazzjoni mill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5163 u ċjoe: Jista’ l-Ministru ġentilment jispjega jekk il-Pulizija hux ser tieħu passi kontra min ta l-ordni li jsir sparar fuq il-ħamiem bil-konsegwenza li dan beda jaqa’ mal-art u jmut bil-mod meta dan jammonta għall-moħqrija fuq l-annimali? Għalkemm nifhem li ammont kbir ta’ ħamiem hu pest iżda billi hemm metodi oħra kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li huma anqas krudili, qed issir investigazzjoni mill-pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtorizzazzjoni kienet ilha diversi xhur li ngħatat u ntużat riċentement.

Birgu – sparar fuq ħamiem

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5160 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Birgu li allegatament kien wara d-deċiżjoni li jsir sparar fuq ħamiem fid-dawl tax-xemx, talabx parir professjonali biex jiġi kkontrollat l-ammont ta’ ħamiem fil-Birgu u jekk iva lil min talab?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ser jiġi riferut lill-Bord tal-Governanza, mwaqqaf taħt l-att tal-Kunsilli Lokali, sabiex ikun jista jagħti l-konsiderrazzjoni tiegħu.

Birgu — qtil ta' Ħamiem

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5159 u ċjoè: B’referenza għall-qtil tal-ħamiem fil-Birgu, liema ordni jidher li saret mill-Kunsill Lokali tal-Birgu, filwaqt li nifhem li l-ħamiem fi kwantità hu pest li jrid jiġi kkontrollat, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkunsidrati metodi oħra li jeżistu kif jiġi kkontrollat l-ammont ta’ ħamiem liema metodi alternattivi m’humiex daqstant krudili?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor, Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 5321.

Ħal Qormi – Health Centre — lift

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-problema tal-lift fil-Health Centre ta’ Ħal Qormi? Billi jien infurmat li ilu madwar 7 ġimgħat wieqaf, jista’ jgħid għaliex ilu daqshekk bil-ħsara u dan fid-dawl li dan il-Health Centre jintuża minn bosta anzjani li għandhom problema ta’ mobbiltà u jsibuha diffiċli biex jużaw it-taraġ? Jista’ jgħid meta hu maħsub li dan il-lift jitlesta billi jiġi rranġat jew mibdul? Jista’ jwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lift taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi għandu ħsara fil-motherboard. Il-proċess sabiex tinxtara motherboard ġdida huwa għaddej.

Knejjes, kappelli u proprjetajiet tal-Knisja – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet ta’ restawr u xogħol ieħor fil-knejjes, kappelli u proprjetajiet oħra tal-Knisja u jgħid ukoll x’kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta. Proġett Spiża Restawr minn ħaddiema tad-Direttorat (ġenerali) Kappella ta' Santa Marija tar-Rokna, Tarxien * F'dan il-perjodu (2013-2014) id-Direttorat ma kienx iżomm sistema ta' project based costings għal dawn l-interventi Kappella Ta' Wejda, Mosta* Parroċċa l-Qadima ta' San Bastjan, Ħal-Qormi* Kappella ta' San Martin, Baħrija* Parroċċa ta' San Duminku, il-Belt Valletta (Xogħol minn barra fuq il-koppla) Kappella tal-Maddalena, Ħad-Dingli Kappella Madonna tal-Mirakli, Ħal-Lija* Kappella tal-Kunċizzjoni, Naxxar* Kappella tal-Kunċizzjoni, Msida Kappella ta' San Mattew, Qrendi 4,935.92 Parroċċa l-Qadima tad-Duluri, Birżebbuġa* 53,524.56 Kappella tad-Duluri, Pieta 28,133.05 Knisja ta' Sarria (xogħol fuq il-koppla minn barra) 5,912 Restawr minn ħaddiema tad-Direttorat (taħt l-iskema tal-Kunsilli Lokali) Kappella tal-Madonna ta' Porto Salvo, Hamrun 43,960 Kappella ta' San Ġwann tal-Għargħar, San Gwann 17,240.00 Kappella ta' Santa Lucija, Sta. Lucija 26,560 Kappella tal-Lunzjata, Gudja 42,116.27 Kappella ta' Sant'Anna, Marsaskala 21,649.62 Kappella ta' Santa Katerina u Sant' Antnin, Birkirkara Xogħol għaddej Kappella San Ġwann, Siġġiewi Jibda 2018 Kappella ta' San Ġwann, Għargħur Jibda 2018 Proġetti li saru minn kuntratturi wara ħruġ ta' tenders Knisja tal-Franġiskani, Sta Venera - bdil ta' saqaf 20,943.08 Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta (propjeta' tal-Gvern) 516,255.42 Parroċċa Żejtun - faċċata laterali 98,994.00 Parroċċa Bormla - inkluż il-faċċati tal-Oratorju li saru minn ħaddiema tad-Direttorat) 326,007.21 *Proġett mibdija qabel l-2013
Leg 13 PQ #5326 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Eco-Tax — Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5168 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intefqu mill-miljuni li nġabru mill-eco tax? F’liema proġetti ntefqu? U kemm minn dawn il-flus intefqu fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal-liema sena qed jirreferi.

Ħlas għal siegħa xogħol f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5290, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-media lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta hu kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru ikkonċernat.

Il-Fgura – Triq il-Karmnu — roundabout

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba r-roundabout il-ġdida li hemm fil-Fgura fit-tarf ta’ Triq il-Karmnu ġewwa Triq id-Dejma hiex sejra tiġi rranġata b’fjuri u b’siġar addattati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Il-Fgura – Triq il-Karmnu — roundabout

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba r-roundabout il-ġdida li hemm fil-Fgura fit-tarf ta’ Triq il-Karmnu ġewwa Triq id-Dejma hiex sejra tiġi rranġata b’fjuri u b’siġar addattati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ sevizzi li għaddejjin minn taħt ir-roundabout imsemmijja u l-fatt li m’hemmx fond biżżejjed għall-ħamrija ġie propost li jsir ‘hard landscaping’ minflok ‘soft landscaping’. F’dan l-istadju qed isir id-disinn u stimi meħtieġa.

Il-Fgura – Triq il-Karmnu — roundabout

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba r-roundabout il-ġdida li hemm fil-Fgura fl-aħħar ta’ Triq il-Karmnu ġewwa Triq id-Dejma hiex sejra tiġi rranġata b’fjuri u b’siġar addattati?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4964 li ngħatat f’Seduta 95.

Il-Gudja – Ġnien Raymond Caruana — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol se jsir mill-Ministeru fil-Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja fix-xhur li ġejjin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' tisbieħ fi Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja jinsab fi stadji ta' pjanar avvanzat. Tlestew id-disinji u saret l-applikazjoni għall-permessi tal-PA u anke beda x-xogħol fuq it-tħejjija tat-tender għal dawn ix-xogħlijiet. Dan il-proġett jifforma parti mill-programm ta' xogħlijiet ippjanati li jibdew jiġu esegwiti s-sena dieħla.
Leg 13 PQ #5337 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Gudja – Ġnien Ġilormu Cassar- xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol se jsir fil-Ġnien Ġilormu Cassar il-Gudja fix-xhur li ġejjin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed isuru xogħlijiet ta’ tisbieħ f’dan il-ġnien li jinkludu twapet ġodda u aktar siguri, orjentazzjoni ġdida u iktar moderna, kif ukoll spazji ta’ rikreazzjoni għal persuni ta’ etajiet differenti. Ħa jkun qed jiġi inkluż spazju limitat fejn wieħed jista’ jipprattika l-isports, liema spazju kien tant mitlub però qatt ma kien offrut.

Il-Gudja – siġar imħawla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa l-Gudja u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin il-Monitoring Environment Landscape Projects (MELP) ser tkun qed tagħmel survey madwar Malta u Għawdex sabiex tidentifika dawk il-postijiet f’toroq arterjali u distributorji fejn hemm siġar nieqsa jew mejta u dan sabiex fiż-żmien bejn Ottubru u Novembru jsir it-taħwil ta’ siġar u arbuxell indiġeni. Iż-żbir jsir skond fejn ikun meħtieġ.

Kumpanija – ftuħ ta’ ċentru reġjonali għad-Distribuzzjoni f’Malta

Question

Peress li ftit iktar minn sena ilu l-Ministru ħabbar li l-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks kienu għadhom kif laħqu ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex jistabbilixxu Ċentru Reġjonali għad-Distribuzzjoni f’Malta li kellu jimpjega 120 ruħ, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan li jseħħ? U jekk iva, f'liema stadju wasal dan il-proġett u meta hu ppjanat li jibda jopera?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett għadu ma ġiex implimentat minħabba l-ammont kbir ta’ art li ġiet mitluba.
Leg 13 PQ #5357 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – Ras il-Ħobż – każijiet ta’ leakage ta’ drenaġġ

Question

Peress li matul dawn l-aħħar snin kien hemm każijiet (u għad hemm) ta’ leakage ta’ drenaġġ li jinżel minn mal-blat u jibqa’ sejjer fil-baħar f’Ras il-Ħobż, Għajnsielem, Għawdex u peress li din hija żona frekwentata ħafna mill-bugħaddasa minħabba li hemm xi dgħajsa jew vapur mgħerreq, tista’ l-Ministru tgħid x’pjanijiet hemm biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed f’taħdidiet mal-Ministeru tal-Enerġija u Mmaniġġjar tal-Ilma kif ukoll mal-Water Services Corporation biex tinstab soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr u tkun long term.

Il-Qrendi – Sqaq il-Lhudija – xogħol ta’ resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux se jsir xogħol ta’ resurfacing fi Sqaq il-Lhudija fil-Qrendi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Ċimiterju tal-Addolorata – tneħħija ta’ siġra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser titneħħa siġra mwaqqa’ fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata (lejn in-naħat ta' Section L.A) liema siġra ilha hekk imwaqqa’ min-nofs Frar (ritratti qed jingħataw separatament)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċċjal fit-Taqsima tad-Dfin fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali diġà għamel il-proċess kollu amministrattiv sabiex jinġabru l-kwotazzjonijiet neċessarji u s-siġra indikata tkun tista’ titneħħa.