Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn – Triq is-Silla – galleriji li ċedew – spezzjonijiet mill-OHSA

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu (u qed jittieħdu) mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) wara li fi blokka ta’ appartamenti li qed tinbena fi Triq is-Silla, Wied il-Għajn ċedew u waqgħu numru ta’ galleriji? Saru spezzjonijiet mill-OHSA? Jekk iva, meta? X’ġie deċiż?

Response (DALLI, HELENA)

L-OHSA bdiet l-investigazzjoni tagħha, liema investigazzjoni għadha ma ngħalqitx. L-OHSA tikkonferma wkoll li nħarġu ordnijiet skont l-Att Kap. 424, biex jieqaf ix-xogħol biex tkun assigurata s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.
Leg 13 PQ #5375 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Birgu – sparar fuq ħamiem — passi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5166 dwar il-qtil barbaru permezz ta’ sparar fuq ħamiem il-Birgu li deher f’filmat fuq Times of Malta online u dan quddiem turisti li baqgħu ddiżgustati b’dan l-att, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawn il-passi li se jittieħdu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Birgu – sparar fuq ħamiem — passi

Question

B’referenza għall istqarrija tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima dwar il-qtil barbaru tal-ħamiem fil-Birgu, u fid-dawl li f’din l-istqarrija l-Ministru kien qal “li se jieħu l-passi kollha meħtieġa dwar dan il-każ”, u billi sal-lum issa li għaddew kważi ħmistax-il ġurnata, jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew se jittieħdu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jevalwa s-sitwazzjoni minn lat ħolisiku u għaldaqstant aktar informazzjoni ser tingħata b’mod pubbliku aktar il-quddiem.

Regolamenti dwar l-użu ta' parit fl-ibħra ta' pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti dwar l-użu ta' parit fl-ibħra ta' pajjiżna? Jista' jgħid x'inhi l-iskeda li tirregola parit, fl-ibħra Maltin u Għawdxin, minn fejn u meta, jista' jintuża l-parit?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-użu tal-parit huwa regolat mir-Regolamenti dwar is-Sajd (L.S. 425.01) li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Skont dawn ir-Regolamenti, il-pariti ma jistgħux jiġu wżati fil-bajjiet u daħliet tal-baħar mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Lulju. Dan jiżgura li l-ħut li jidħol iffittex il-kenn fil-perjodu ta’ riproduzzjoni ikun protett milli jinqabad qabel ma jkollu ċans jirriproduċi jew meta jkun għadu ferħ. Matul dan il-perjodu l-użu ta’ dan l-irkaptu jista jsir biss il-barra minn linja miġbuda bejn żewġ pilastri (plieri) fil-postijiet fejn dawn jeżistu. Dan jagħti lok biex fejn hemm bajjiet kbar ikun jista jsir sajd f’dik il-parti li ma toffrix kenn lill-ħut fejn jitrawwem. Fil-postijiet fejn is-sajd huwa projbit b’mod ġenerali kif ukoll fil-Port il-Kbir u fil-Port ta’ Marsamxett din l-għodda tas-sajd ma tistax tiġi wżata fl-ebda żmien.
Leg 13 PQ #5387 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Is-Siġġiewi — Skola Primarja – turf sintetiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Ministeru tiegħu beħsiebu jagħmel it-tiswijiet tat-turf sintetiku fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, hekk kif l-istat ħażin li jinsab fih qed iwassal biex iweġġgħu t-tfal waqt li jkunu qegħdin jilagħbu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' tiswija fuq it-turf sintetiku fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi mistennija jsiru matul din l-aħħar ġimgħa ta’ April.

Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat -

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat qed jistenna l-konferma tal-Kumitat tal-Kamra għall-Affarijiet Soċjali sabiex ikunu konfermati l-Membri tal-istess Kunsill. Hekk kif dawn ikunu konfermati nkun nista’ ninforma lill-Kamra bl-ismijiet tal-Membri appuntati.
Leg 13 PQ #2290 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma ntefqu l-ebda flus minn xi entità jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi matul iż-żmien imsemmi fil-mistoqsija.
Leg 13 PQ #2291 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 ’l hawn intefqu b’kemm jiswew €3,030 (tlett elef u tletin Ewro) fuq billboard advertising.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma ntefqu ebda flus fuq billboard advertising fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Ta' min jinnota li fl-2013 l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) imbarkat fuq proġett ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew 4.163. Matul l-ewwel sena tal-proġett, tnax-il spot tat-TV kienu spots edukattivi u mxandra matul il-ħin primarju fuq tliet stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali ewlenin. Bħala parti mill-istess proġett, fl-2014, l-MCCAA wettqet Kampanja bil-Billboards f'sitt lokalitajiet differenti f'Malta u Għawdex. Ir-rifużjoni totali mill-Fond Soċjali Ewropew li kienet tkopri bejn l-2013 u l-2015 kienet ta’ € 72,924.08

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Deputat Prim Ministru u Mnistru għas-Saħħa – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika in-nefqa għall-billboard advertising li sar mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard. Sena Kampanja relatata mar-reklam Nefqa: ( VAT inkluż ) 2013 World Aids Day €2,500.00 2013 Antibiotics Day €1,652.00 2013 Influenza Campaign €311 2014 Sexual Health Campaign €1,416.00 2014 Antibiotics Day €590 2014 Antibiotics Day €708 2015 Sexual Health Campaign €6,195.00

Iż-Żurrieq – sit tal-Kunsill Lokali

Question

Peress li l-Lands iddeċidiet li ma titrasferixxix sit li fuqu l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq kellu ppjanat li jibni Ċentru Ċiviku għal-lokalità, jista’ l-Ministru jgħid jekk identifikax sit ieħor fejn tali Ċentru Ċiviku jista’ jinbena? X'se isir/sar mis-sit fiż-żona tal-Bebbux li fuqu kien ippjanat li jsir dan iċ-Ċentru Ċiviku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art in kwistjoni (Ref A/115/2004), tifforma parti mir-Rationalisation Development Boundaries tat-2006. Peress li Zoning, Building Heights u Road Alignment ta’ din iż-żona għadhom mhux konklużi, l-Awtorità ta’ l-Artijiet ma tista’ tieħu ebda deċiżjonijiet finali.

Ħad-Dingli – rotta tat-trasport pubbliku numru 56

Question

Peress li r-rotta tat-trasport pubbliku bin-numru 202 li kienet titlaq minn Ħad-Dingli ġiet sostitwita bin-numru 56, u fejn qabel ir-rotta 202 kienet tgħaddi minn fejn it-Technopark fil-Mosta, jista’ l-Ministru jara li r-rotta 56 tibda tgħaddi minn fejn it-Technopark fil-Mosta kif kienet tagħmel r-rotta ta' qabilha bin-numru 202?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment li ser ikun qed jiġi kkunsidrat.
Leg 13 PQ #4748 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Iż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Birżebbuġa u Ħal Luqa – attrazzjoni ta’ aktar turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati għan-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod speċjali fiż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Birżebbuġa u Ħal Luqa biex jattiraw aktar turisti lejn din in-naħa ta' Malta? F'każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qiegħed jaħdem fuq numru ta’ proġetti turistiċi fin-naħa t’isfel ta’ Malta fosthom ir-riġenerazzjonji ta’ Birżebbuġa, Marsaxlokk u Wied iŻ-Żurrieq.

Malta Public Transport – Audited Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Malta Public Transport għas-sena 2015?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-liġi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services Authority. Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għas-sit elettroniku ta' din l-Awtorità, minn fejn jista’ jikseb din l-informazzjoni. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1570 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 106, nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2018 )

Malta Public Transport – Audited Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Malta Public Transport għas-sena 2016?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-liġi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services Authority. Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għas-sit elettroniku ta' din l-Awtorità, minn fejn jista’ jikseb din l-informazzjoni. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1571 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 106, nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2018 )

Malta Public Transport – Audited Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Malta Public Transport għas-sena 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-liġi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services Authority. Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għas-sit elettroniku ta' din l-Awtorità, minn fejn jista’ jikseb din l-informazzjoni. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1572 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 106, nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2018 )

Ministeru għas-Saħħa — mobile phones imħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – mobile phones mħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.