Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żona tal-Mistra Village – azzjoni biex titneħħa t-telqa u l-periklu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu l-passi meħtieġa u tinforma lis-sidien tas-sit li qabel kienet il-Mistra Village sabiex jieħdu azzjoni sabiex it-telqa u l-periklu li hemm fuq l-imsemmi sit, tiġi rranġata/rimedjati mill-aktar fis?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li fuq dan is-sit speċifiku l-Awtorità tal-Ippjanar ġa ħarġet avviż ta’ infurzar minħabba ħsara lill-ġmiel jew siwi taż-żona u dan taħt id-disposizzjonijiet tal-Artiklu 99(1) tal-Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Madankollu infurmat li fuq dan l-avviż hemm appell pendenti quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Sadanittant tlabt ukoll lill-Awtorita’ għal-Bini u Kostruzzjoni sabiex tinvestiga l-każ min-naħa tagħha wkoll.

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – siti ta’ kostruzzjoni — ċnut

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tinforma lis-sidien tas-siti ta’ kostruzzjoni abbandunati/mhux kompluti li hemm fil-lokalitajiet tal-Mellieħa (Manikata) u San Pawl il-Baħar (Qawra, Buġibba u Xemxija) sabiex isirulhom iċ-ċnut u dan sabiex jiġu evitati perikli u inkonvenjent bla bżonn lir-residenti li joqogħdu biswit tali siti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjega li tajtu bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 22545. Ninfurmah ukoll li ġbidt l-attenzjoni tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni dwar iż-żoni msemmija fil-mistoqsija biex din l-Awtorità tieħu l-azzjonijiet meħtieġa.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 21379 u 22369, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta effettivament ser jibda dan il-proċess għax ir-residenti qegħdin jum wara jum ibatu minn dan il-konvenjent?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.

Kalkara – Bajja tar-Rinella — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex il-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara għas-sajf li ġej titnaddaf aħjar u tiġi rranġata aħjar milli hi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni tara li t-tindif tal-Bajja tar-Rinella isir regolarment is-sena kollha. Intant l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi offriet għajnuna lill-Kunsill Lokali li kellu jipproponi implimentazzjoni ta’ proġett żgħir ta’ tisbieħ għaż-żona msemmija.

Fondazzjoni Rota

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ mal-Fondazzjoni Rota tul din l-leġislatura u possibilment dwar liema proġetti tkellem magħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li l-entitajiet u l-membri tal-Ministeru jiltaqgħu regolarment, kif kelli l-okkazzjonijiet jiena ukoll, u niddiskutu proġetti speċifici u b’vi¿joni izjed wiesa’ għal dan il-mezz importanti ta’ trasport. Kemm qabel kif ukoll waqt it-twettiq tal-proġetti li jsiru minnha, Infrastructure Malta tikkonsulta ma’ diversi diversi entitajiet, Kunsilli Lokali, awtoritajiet u anke individwi konċernati biex tassigura li l-pjanti u x-xogħlijiet finali jkunu l-i¿jed effiċjenti, siguri u sostenibbli. Għaldaqsant il-konsultazzjoni mill-aġenzija tibda fl-istadju tal-ippjanar, tkompli waqt il-proċedura tal-għoti tal-permessi u saħansitra tissokta wkoll waqt li jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet, bħalma sar fil-ka¿ tal-Marsa Junction Project u Central Link Project fost proġetti oħrajn. Wara konsultazzjonijet li saru ma’ Fondazzjoni Rota, Infrastructure Malta kienet irrevediet il-pjanti tal-Marsa Junction Project biex ¿iedet mina (underpass) ġdida li ffaċilitat l-ivvjaġġar bil-mixi u bir-rota. Minbarra dwar dan il-proġett u Central Link Project, l-aġenzija kellha wkoll diversi laqgħat mal-istess għaqda fuq proġetti oħrajn fosthom dawk tal-Bypass tal-Imrieħel, tal-Bypass tal-Imġarr, ta’ Triq tal-Balal, Luqa Junction Project u l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP).

Fondazzjoni Rota

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kellimx il-Fondazzjoni Rota tul din il-leġislatura u jekk din ġietx konsultata dwar il-Proġett li jrid jsir mill-ġdid ta’ Pjazza A De Paule f’Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma sarux diskussjonijiet mal-fondazzjoni imsemmija.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 20118 u 22246, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dettaljatament x’inhuma dawn l-“up-grades” u jqiegħed ir-rapport tekniku li sar kif ukoll jindika meta ser jibda jsir ix-xogħol?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li wara laqgħa li saret bejn il-partijiet kollha inklu¿ il-Kunsill Lokali ta’Rahal Ġdid, ix-xogħlijiet jew upgrades ser jibdew minn issa pass pass skont il-ftehim bejn il-Kunsill Lokali u l-kuntratturi. Qiegħed inpoġġi r-rapport tekniku u l-Bills of Quantity fuq il-mejda tal-kamra. L-ispejje¿ ta’ dawn ix-xogħlijiet ser jitħallsu mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta.

Kalkoli tal-pensjoni — kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm każ fejn il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għall-kalkolu tal-pensjoni inkludietx ukoll is-snin taħt it-18-il sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li diġa tajt għall-mistoqsija parlamentari 22345.

Reġistru tal-laqgħat – laqgħat ma’ individwu

Question

Fid-dawl tal-wegħda tiegħu li jdaħħal reġistru tal-laqgħat li jkollu ma' lobbies u individwi, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dati, l-Aġenda u l-post fejn saru laqgħat mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamntari Numru 17211.

Marsaskala – Awtorità tal-Artijiet — applikazzjoni għall-iżvilupp – kopja tal-clearance jew no objection

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22146 nissokta nistaqsi sabiex jipprovdi kopja tal-clearance/no objection li juri biċ-ċar id-data tal-istess clearance/no objection mogħtija kif ukoll l-isem ta' min ta din il-clearance/no objection?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jireferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 22146.

Marina ta’ Marsaskala — investituri

Question

Ladarba għalaq il-pre qualification questionnaire, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-investituri li wrew interess fil-Marina ta’ Marsaskala u fuq liema bażi se jiġu magħżula għal shortlist?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Immigranti Illegali rilokati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21773 u 22021 u jgħid kemm ġew rilokati immigranti illegali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea mill-2010 'l hawn, kemm swew dawn l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex isiru tali rilokazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lil-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Immigranti llegali — ripatriazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22022, 21772, 21321, 19750 u 18282 u jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta’ rimpatriju li seta’ kien hemm wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lil-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar sabiex tiġi aġġornata l-liġi dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet kif intrabat li ser isir, qabel il-vaganzi tas-sajf?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li preżentament qegħdin jiġu diskussi diversi proposti biex ikunu jistgħu isiru l-emendi neċessarji għall-att prinċipali kif ukoll għall-att sussidjarju dwar ir-regoli tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. Dawn l-emendi għandhom ikopru wkoll is-sistema diġitali ġdida għar-reġistrazzjoni tal-propjetà li għanda tiġi introdotta s-sena d-dieħla.

Asset Recovery Bureau — CEO

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20783, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra u jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi għadux bla Kap Eżekuttiv u meta ser jintgħażel Kap Eżekuttiv?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi li tkopri l-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi ma hemm l-ebda provediment għal grad ta’ CEO.

Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi – lista ta’ assi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21500 u jagħti lista tal-assi li fil-preżent qegħdin fil-pussess tal-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi u kemm kien l-ammont ta' assi li ġew mibjugħa minn dan l-Uffiċċju, sena b'sena, mill-2015 'il hawn?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #22666 Sitting 507 2021-11-01 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – ogħti tal-wearing course

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex Triq Sant' Antnin, Għajnsielem, għalkemm ġiet uffiċjalment inawgurata fit-12 ta' Novembru 2020, għadha sal-lum, kważi sena wara, mingħajr ma ngħatatielha l-wearing course? Jafx il-Ministru li dan qed ikollu konsegwenzi fuq il-ġbir tal-ilma peress li l-ispralli huma ogħla mil-livell preżenti ta' din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-wearing course se jingħatha fil-ġimgħat li ġejjin.

Appuntament għal podiatrist – każ ta’ anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jara li dawn iż-żewġ anzjani li d-dettajli dwarhom qed jingħataw separatament jingħataw appuntament għall-podiatrist f’Raħal Ġdid billi l-appuntament li kellhom kien għal 25 ta' Ottubru 2021 u dakinnhar filgħodu stess ċemplulhom fis-6.45am biex jgħidulhom li tħassar u ġie postponed għal Diċembru? Billi l-aħħar appuntament li kellhom kien f’Ġunju li għadda u fid-dawl li l-anzjan hu dijabetiku, jista’ jara li ġentilment l-appuntament isir fl-iqsar żmien possibbli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ qed jiġi segwit.

Għeluq ta’ toroq – organizzaturi/kmamar tan-nar – ħlas għal pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk minħabba l-ħruq tan-nar u l-festi u l-marċi, l-organizzaturi/kmamar tan-nar humiex ser ikunu mitluba jħallsu għal pulizija għal għeluq ta’ toroq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern qed jaghti għajnuna bla preċedent lill-festi, fejn permezz tal-Aġenzija Komunità Malta, il-gvern qed jgħin lill-organizzaturi tal-festi biex itaffu l-piż marbut mal-ħruq tan-nar fil-festi tal-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin. Riżultat tal-ftehim, maqbul mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda u l-Għaqda Piroteknika Maltija, fil-ġimgħa tal-festa, u jiem oħra tradizzjonalment marbuta mal-istess festa, l-organizzaturi tal-festa ma jħallsux għall-iskorti tan-nar. Il-ftehim jaħseb għal massimu ta’ tmien darbiet meta jkun hemm bżonn skorta u jkun imħaddem mill-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-istess organizzaturi. Il-ftehim għandu valur ta’ €100,000 fis-sena. Il-gvern għandu kull ħsieb li jkompli jsostni l-festi li huma meqjusa bħala parti mill-kultura Maltija. Fil-fatt, hekk għamel b’diversi inizjattivi tul l-aħħar snin u hekk se jkompli jagħmel fiż-żmien li ġej. Bħalma dejjem kienet il prassi l-istess organizzaturi mhux ser jintalbu jħallsu għas-servizzi mgħotija mill-pulizija matul il-ġimgħa tal-festa għal għeluq ta’ toroq, waqt purċissjonijiet u marċi. Qed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-kamra stqarrija mill-Ministeru Għall-Intern, Is-Sigurtà Nazzjonali u L-Infurzar tal-Liġi U mis-Segretarjat Parlamentari Għaċ-Ċittadinanza U l-Komunitajiet PR210286 maħruġa 09/02/2021.

Mosta – Triq Nicolò Isouard, Triq it-Tama u Triq San Ġużepp — bozoz

Question

Tista’ l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-bozoz f’Triq Nicolò Isouard, f’parti minn Triq it-Tama u fi Triq San Ġużepp fil-Mosta, issir it-tiswija li jkun hemm bżonn sabiex dawn il-bozoz ma jibqgħux ħin twil mitfija, b’riżultat li f’dawn it-toroq ikun hemm id-dlam għal ħin twil?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tiswijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Enemalta tlestew.