Deputat Prim Ministru u Ministru u għas-Saħħa — nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa mill-elezzjoni sal-lum hija din:
189 membru fejn 89 minnhom huma nisa: 47%.
Dan hu b’konformità mal-wegħda elettorali li mill-inqas 40% tal-membri tal-bordijiet ikunu nisa.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellantli t-tagħrif mitlub qiegħed fit-tabella hawn taht.
Membri tal-Bord
Total
Nisa
National Authority for the Chemical Weapons Convention
4
0
Cultural Diplomacy Fund Selection Board
3
1
Sanctions Monitoring Board*
11
4
Official Development Assistance Selection Board
3
2
*Hemm ukoll Osservatrici (Total 1, Nisa 1)
Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali mill-elezzjoni sal-lum hija din:
11 membru fejn 4 minnhom huma nisa: 36.4%.
Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Ministeru għal Għawdex — nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministeru għal Għawdex mill-elezzjoni sal-lum hija din:
83 membru fejn 31 minnhom huma nisa: 37%.
Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4441, tista’ l-Ministru tgħid jekk preżentement il-Gozo Youth Council hux kostitwit? Tista' tgħid għaliex l-ammont ta' €25,000 li kien hemm ivvutat għal Gozo Youth Council fl-estimi għas-snin 2016, 2017 u 2018 ma ntefaq xejn minnhom f’kull sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li preżentement il-Gozo Youth Regional Council huwa kostitwit. Ir-raġuni għaliex l-ammont ta’ €25,000 li kien ivvutat għal Gozo Youth Regional Council għas-snin 2016, 2017 u 2018 ma ntefaq xejn minnhom f’kull sena hija li l-ftehim propost mill-Ministeru għal Għawdex u approvat mill-Ministeru tal-Finanzi ma ġiex iffirmat min-naħa tal-Gozo Youth Regional Council. Inoltre, minn kemm ilu li ġie ri-kompost il-GYC, ma ressqu ebda proposta, proġett jew inizjattiva li magħhom hi marbuta talba għall-fondi.
Nadur – Triq l-Imġarr u Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – survey report
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4429, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-survey report li sar fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur u Triq Sant'Antnin f'Għajnsielem? Tista' tgħid min għamel dan is-survey report u kemm kienet l-ispiża biex sar? Tista' tgħid x’inhu l-pass li jmiss fuq dawn iż-żewġ toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-survey sar mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex. Peress li se ikun hemm proċess ta’ procurement mhux għaqli li s-survey jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għajnuna MEUSAC – organizzazzjonijiet f’Għawdex li gawdew mill-fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 4603, fejn ġiet mistoqsija tgħid min huma s-70 organizzazzjoni f’Għawdex li mill-2008 ibbenefikaw ’il fuq minn €6.2 miljun f'fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-għajnuna tal-MEUSAC kif ukoll tgħid minn kemm ibbenefikat kull organizzazzjoni u għal liema proġett u mil-liema programm, tista’ l-Ministru tgħid kif din l-informazzjoni hija waħda ta' natura fiduċjarja meta fil-fatt dawn huma fondi pubbliċi u l-pubbliku għandu kull dritt li jkun jaf kif qed jintużaw, kif inhuma fondi pubbliċi dak li qed tuża l-MEUSAC biex tagħti l-għajnuna tagħha lil dawn l-organizzazzjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Il-MEUSAC ma qassam ebda fondi lil dawn l-organizzazzjonijiet. Il-MEUSAC assistihom fil-proċess ta’ applikazzjoni għal proġetti finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
Għasri Għawdex – Skola Primarja tal-Knisja Laura Vicuna – għalliem tal-P.E.
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel id-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex fl-iSkola Primarja tal-Knisja Laura Vicuna tal-Għasri, Għawdex ikun hemm teacher tal-P.E. u dan peress li issa din l-iskola ilha sentejn bla għalliem ta' dan is-suġġett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fir-rigward ta’ Edukaturi fl-iskejjel tal-Knisja il-Ministeru jara li jiffinanzja l-Edukaturi kollha li jkollhom bżonn dawn l-iskejjel biex ikunu jistgħu jagħtu l-edukazzjoni sħiħa lill-istudenti li jattendu fihom. Infurmat li l-iskola msemmija għandha approvazzjoni min-naħa tad-Direttorat biex timpjega għalliem tal-P.E.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Edukazzjoni għandux pjan li jamalgama xi skejjel primarji f’Għawdex? Jekk iva, jista’ jispjega x’hemm ippjanat u meta hu mistenni jseħħ dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li ma jeżistix tali pjan.
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex isir impjant ta' reverse osmosis fil-bajja ta' Ħondoq ir-Rummien? Jista' jgħid fiex waslet din l-applikazzjoni u x’inhi l-pożizzjoni tal-case officer fuq l-istess applikazzjoni? Intalab li jsir EIA fuq din l-applikazzjoni?
Response (BORG, IAN)
L-Awtorità tal-Ippjanar waslet quddiemha applikazzjoni għall-screening datata 23/03/2017 bin-numbru PA 00937/17 li tipproponi “Reactivation of use of building for desalination purposes. Restoration of the building envelope and changing cladding of the roofing system and main doors. Internal alterations within the building to include for a sea water reservoir, potable water reservoir and rainwater cistern, and workshop space and stores for equipment related to the plant. Use of existing office space as a training and experimental area and for exhibitions on related subjects. The reactivation for an existing pipeline to serve as a sea water overflow from wells and sea water reservoir. The boring of rock below the seabed for the laying of a pipeline below seabed for brine reject.”
L-Awtorità ħarget ‘screening letter’ datata 17/04/2017 li talbet lill-applikant jipprovdi fost informazzjoni oħra, l-istudji rikjesti mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Risorsi (ERA). Skont l-ERA, il-proġett ma jikkwalifikax għall-EIA (Environmental Impact Assessment). Però minħabba li s-sit huwa maġenb “Marine Protected Area”, intalab Appropriate Assessment skont artiklu 19 ta’ S.L.549.44.
Bħalissa, l-Awtorità tal-Ippjanar qegħdha fl-istadju li tistenna lill-applikant jipprovdi l-informazzjoni mitluba fl-i’screening letter’, sabiex tkun tista’ tivvalida u tibda tipproċessa l-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3747 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2017? Jista’ jgħid kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2017 kien hemm 1067 każ pendenti, filwaqt illi matul is-sena 2017 ġew deċiżi 278 każ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3742 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2017? Jista’ jgħid kemm ittieħdu studenti tal-primarja biex iżuruh, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ vizitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2017 kien ta’ 22,461. Skejjel primarji ma jżurux dan is-sit.
Id-dħul finanzjarju minn dan is-sit kien ta’ €520,360. Spejjeż ġenerali fuq l-istess post ammontaw għal €378,924. L-Ipoġew reġa’ fetaħ għall-pubbliku fil-15 ta’ Mejju 2017 wara l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-proġett ko-finanzjat mill-Fondi Norvegizi ta’ madwar €1,000,000.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3740 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017? Jista’ jgħid ukoll kemm ittieħdu studenti tal-primarja biex iżuruh? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi fit-Tempji Neolitici ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017 kien ta’ 67,638 li minnhom 488 kienu studenti ta’skejjel primarji.
Id-dħul finanzjarju ammonta għal €326,446.38. Spejjeż ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €185,897.
Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3739 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2017, l-istaff kien jikkonsisti minn Maniġer u tliet skrivani.
Ninsab infurmat illi kien hemm 29,536 persuna li għamlu u¿u mis-servizzi offruti mill-uffiċċju ta’ Raħal Ġdid tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, matul l-istess sena 2017.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri 3738 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Ottubru 2017, qed ikun hemm il-preżenza ta’ Maniġer, darbtejn fil-ġimgħa u matul il-ġranet l-oħra qed ikun hemm ukoll il-kordinatur tar-reġjun, kif ukoll illi matul il-ġimgħa, ta’ kuljum, ikun hemm żewġ skrivani.
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2017, kien hemm 14,820 persuna li għamlu użu mis-servizzi offruti mill-uffiċċju tal-Fgura tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ta’ min jgħid illi dan l-uffiċċju kien jiftaħ filgħodu biss, imma minn Ottubru 2017 beda’ jkun miftuħ ukoll wara nofs in-nhar minħabba li n-numru ta’ nies li jitolbu s-servizz beda’ jiżdied.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3543 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2655 u 2656 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni mitluba ġietx miġbura u jekk iva tistax tingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sall-lum intefqet is-somma ta’ €1,992,083 ink. VAT fuq xogħolijiet li qed isiru fil-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid. Ninsab infurmat ukoll li filwaqt li x-xogħol huwa mixi, il-kuntratt mal-kuntrattur fuq dan il-proġett jintemm f’Ottubru ta’ din is-sena bil-possibilita’ li jiġi estiż skont iċ-ċirkustanzi. Madanakollu, nassigura lill-Onor. Interpellant li qed isir mill-aħjar biex dawn ix-xogħlijiet jiġu fi tmiemhom qabel din id-data. Rigward kumpens lid-diversi operaturi, infurmat li s’issa tali kumpens ma ġiex konsiderat.
Lukanda f’Selmun u l-Palazz – intenzjonijiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-intenzjonijiet tal-Gvern fir-rigward ta’ dik li qabel kienet il-lukanda f’Selmun flimkien mal-Palazz biswit l-istess struttura?