Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22155, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għall-Affarijiet Interni, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – roadside electric vehicle charging infrastructure — periti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-periti (isem u kunjom) li għamlu l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għal-'ROADSIDE ELECTRIC VEHICLE CHARGING INFRASTRUCTURE' ġewwa Għawdex? Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu u kemm ħa jitħallsu ta' kull applikazzjoni li ssottomettew jew ħa jissottomettu u ta' xogħol ieħor li jistgħu jiġu mitluba jagħmlu bħal xogħol ta’ superviżjoni tat-twettiq taċ-Charging Infrastructure? Tista’ tgħid kemm-il applikazzjoni għamlu dawn il-periti ġewwa l-gżira ta' Għawdex, u kemm għad fadal jagħmlu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-periti li għamlu l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) jinsabu mniżżla pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-PA. Fl-ewwel fażi tal-proġett il-periti ġew magħżula permezz ta’ sejħa għall-offerti fis-sena 2020 u dawn ġew mħallsa skont ir-rekwiżiti li hemm fil-kuntratt. Fit-tieni fażi tal-proġett, il-Ministeru uża r-riżorsi professjonali interni. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li b’kollox hemm 23 applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ charging pillars ġodda ġewwa Għawdex li dawn jiżdiedu mat-8 li hemm diġà eżistenti.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — Bord tad-Diretturi

Question

B’referenza għall-avviż numru 1344 li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta’ Ottubru tista’ l-Ministru tgħid: a) kemm hu ż-żmien tal-ħatra ta’ kull wieħed mill-membri tal-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) appuntati skont kif mgħarraf f’dan l-avviż? b) kemm minn dawn il-membri kienu diġà membri tal-Bord tar-REWS u jekk hemm xi membri li qed jerġgħu jiġu riappuntati jekk ir-re-appointment tagħhom hiex l-ewwel re-appointment? c) a bażi ta’ liema kriterji ‘oġġettivi’ u ‘trasparenti’ ġew appuntati bħala membri u fejn ġew ippubblikati tali kriterji? d) x’kienet il-proċedura ‘indipendenti u imparzjali’ li ġiet segwita biex jiġu appuntati dawn il-membri? e) liema skema ta’ rotazzjoni xierqa qed tiġi applikat a tenur tal-artikolu 3(7) tal-Kap. 545?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'rabta mal-avviz Nru 1344 li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-12 t'Ottubru, il-bidla li ġiet ikkomunikata hija minħabba li waħda mill-membri tal-bord ġiet nieqsa. Intant, iż-żmien tal-ħatra ta' kull wieħed mill-membri tal-Bord tar-Regolatur ghas-Servizzi tal-Energija u l-Ilma (REWS) huwa ta' 5 snin. L-iskema ta' rotazzjoni li qed tiġi applikata hija a tenur tal-artiklu 3(7) tal-Kap. 545.
Leg 13 PQ #22522 Sitting 507 2021-11-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tas-Sannat — Pjazza Santa Margerita - proġett

Question

B'referenza għall-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita fir-raħal tas-Sannat li se jkun iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex, jista' ġentilment il-Ministru jaġġorna dwar dan il-proġett li ilu jiġi mwiegħed għal dawn l-aħħar snin? Jista' jgħid jekk ħarġitx it-tender ta' dan il-proġett u jekk ġietx awarded u jekk iva, jgħid f'liema xahar u sena hu maħsub li jinbeda x-xogħol infrastrutturali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ ta’ tenders u eventwalment x-xogħlijiet rispettivi marbuta mar-riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Sannat qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat. Għaldaqstant it-talba għal informazzjoni għandha tintbagħat lill-Ministeru kkonċernat.

Ix-Xewkija — Triq Ta' Sannat - ħofra fit-tarmak magħmul minn WSC

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet għala Triq Ta' Sannat fix-Xewkija li f'dawn l-aħħar ġimgħat ingħatat kollha kemm hi bit-tarmak mil-WSC, f'parti minnha f'dawn l-aħħar ġranet tfaċċat ħofra kbira li tagħtit bi pjanca tal-ħadid, u l-madwar tagħha beda jċedi? Tista' tgħid min kien il-perit responsabbli minn xogħlijiet ta' asphalt u xogħol ieħor li saru f'din it-triq mil-WSC u min kien il-perit li ċċertifika dan ix-xogħol u jpoġġi ċ-ċertifikazzjonijiet kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa għadu ma sar l-ebda pagament għax-xogħolijiet fit-triq imsemmija għax ix-xogħol li sar għadu ma ġiex iċċertifikat. Il-KSI għamlet l-istudji tagħha biex tasal għal konklużjoni ta’ x’wassal għal din il-ħsara wara maltempata kbira li kien hemm. Irriżulta li l-ħsara ġiet kawżata minn servizzi eżistenti li ma kienux jagħmlu parti minn dan il-proġett. Għaldaqstant ħarġet ordni biex l-ewwel isiru t-tiswijiet neċessarji fuq is-servizzi impattati u wara jerġa jsir il-wiċċ tat-triq fuq il-parti żgħira li ġarrbet ħsarat.
Leg 13 PQ #22610 Sitting 507 2021-11-01 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Reklamar dwar il-Baġit 2022

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Budget għas-sena 2022 inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 22605.

Vintage Cars – eżenzjoni minn VRT Test

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk vintage cars li għandhom ‘il fuq minn 100 sena u li jintużaw għal shows biss, jistgħux ikunu eżenti minn VRT test?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li r-Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq (L.S. 65.15) ma jħallux lok għal eżenzjoni mit-test ta’ affidabilità stradali fuq vetturi li jintużaw fit-triq, irrispettivament minn kemm dawk il-vetturi jintu¿aw fit-triq jew mill-età tagħhom. Ninsab infurmat ukoll illi fit-test ta’ affidabilità stradali li jsir fuq vetturi klassifikati bħala Vintage u li għandhom liċenzja biex jinstaqu fit-triq jittieħdu nkonsiderazzjoni l-epoka u t-teknoloġija li kienet teżisti fiż-żmien li dawk il-vetturi kienu ġew mibnija, iżda fl-istess ħin jiġi żgurat illi l-komponenti kollha relatati mas-sigurtà fit-triq ta’ dawk il-vetturi jkunu f’kundizzjoni tajba ta’ tħaddim.

Park ta’ San Klement –Vjal Kottoner – pedestrian crossing

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21298, peress issa reġa’ daħal iż-żmien fejn ħafna nies jiffrekwentaw dan il-park, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq din il-pedestrian crossing biex n-nies li jmorru hemm jaqsmu t-triq b’mod sigur?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara komunikazzjoni mall-Kunsill Lokali jirrizulta li l-issue tas-supply ġiet rizolta u x-xogħol hu mistenni li jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Transport Malta qedgħa tassisti lill-Kunsill kif meħtieġ.

Applikazzjonijiet mhux imwieġba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ma setgħatx tiġi pproċessata, minħabba li d-dħul annwali jeċċedi l-ammont ta’ €10,000, minn Ġunju 2021 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2021 sal-lum, 88 applikazzjoni ma ġewx ipproċessati minħabba li kienu jeċċedu d-dħul stipulat skond il-kriterji ta’ eliġibilita’ fejn d-dħul annwali għal persuna waħdu huwa ta’ €10,000 filwaqt li għal koppji jew ġenituri l-kriterji huma differenti.

Ilmenti mill-Priġunieri

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13479, jista' issa l-Ministru jindika l-ilmenti bil-miktub jew verbalment lill-Bord ta' Moniteraġġ, eċċ mill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin f'din il-Leġiżlatura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul din il-legizlatura saru 303 ilment li gew trattati mill- Bord ta' Moniteraġġ. Infurmat ukoll li skont ir-Regolamenti Dwar il-Ħabs, d-dettalji l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant ma jistgħux jingħataw.

Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn huma mwaqqfa ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani? X’għandha tagħmel persuna sabiex tirċievi dan is-servizz? Kemm huwa l-ħlas sabiex anzjan/a jirċievi dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċentri għall-Anzjanità Attiva huma mwaqqfa f’dawn il-lokalitajiet: Mosta, Mġarr, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar, Birkirkara, Msida, Sliema, Ħal Qormi, Luqa, Birebbuġa, Żejtun, Marsaskala, Bormla, Santa Luċija, Safi, Kirkop, Żurrieq, Siġġiewi, Dingli, Ħamrun, Santa Venera, Santa Luċija, Swieqi, Gżira, Floriana, Paola, Swieqi. Persuna tista’ tapplika biex tattendi Ċentru għall-Anzjanità Attiva billi timla il-formola għas-servizzi li toffri l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħlas lill-GPs

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21906, jista’ issa d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tibda tiffunzjona l-iskema tal-ħlas tal-GPs meta jinvistaw pazjenti fil-komunità u kemm sejrin jitħallsu għal dan is-servizz il-ġdid?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema msemmija minnu diġa qegħda fis-seħħ. Ninfurmah ukoll illi fiż-żmien li ġej se tkompli skema oħra fejn it-tobba tal-familja jkunu jistgħu jkomplu jsegwu pazjenti wara 5 snin li kellhom il-kanċer tas-sider.

Sentenzi mogħtija minħabba l-Assenteiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid x’sentenzi ingħataw lil dawk l-1283 ġenitur li skont risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21903, jista’ issa l-Ministru jindika l-ismijiet u l-email addresses tal-uffiċjali li huma responsabbli taċ-Ċentri/Servizzi fil-Komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt: Office Phone Work Address Locality Agency for Community and Therapeutic Services Head Office 23345112 Community Family Centre, 2nd Floor Kunsill Lokali Msida, Triq il- Kuncizzjoni, Msida Msida Agency for Community and Therapeutic Services Head Office 23345111 Community Family Centre, 2nd Floor Kunsill Lokali Msida, Triq il- Kuncizzjoni, Msida Msida Western Region Qormi 21496045 393/395, Triq il-Vitoria, Hal Qormi QRM 2505 Qormi Cottonera Community Service 23985111 Centru Leap, Triq San Dwardu. Birgu Valletta Community Service 23953117 72, Melita street Valletta Valletta South Region, Kirkop 21640257 Centru Leap, Triq San Pietru Kirkop Mosta Community Services 21437447 5, St. Anne Street, Mosta Mosta Birkirkara / Msida Community Services 22583208 168, Valley Road, Msida Msida Zabbar Community Service 23985124 Centru LEAP, Triq San Dwardu Birgu Qawra Community Service 22697110 Qawra Community Services , Block B4 Triq il-Frejgatina, Qawra SPB 1276 Qawra

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22520 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess ta' kull persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih kienet qed tinżamm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar biex tingħata l-informazzjoni b'mod sħiħ u skont kif mitluba, u dan minħabba filing antik u informazzjoni antika li għadha ma nstabietx.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw senrtenza ta' priġunerija jew detenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tiskonta sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) iżda li l-mewt tagħha seħħet f'post ieħor li mhux il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess tal-persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih seħħet il-mewt tal-persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar biex tingħata l-informazzjoni b'mod sħiħ u skont kif mitluba, u dan minħabba filing antik u informazzjoni antika li għadha ma nstabietx.

Direttur tas-Servizzi Korrettivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, l-isem u l-kunjom ta' kull persuna li mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, serviet jew qiegħda sservi bħala Direttur tas-Servizzi Korrettivi u/jew Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi? Jista' l-Ministru jgħid id-data ta' meta kull wieħed mill-istess persuni ġew maħtura u meta spiċċat il-ħatra tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. List of Directors and Acting Directors Mr Emmanuel Cassar Director Correctional Services March 1999 October 2002 Mr Neville Aquilina Acting Director (Correctional Services) September 2002 January 2003 Mr Alexander Gatt Acting Director (Correctional Services) January 2003 September 2008 Mr Abraham Zammit Acting Director (Correctional Services) September 2008 June 2013 Mr Emanuel Camilleri Acting Director of operations May 2013 October 2013 Mr Raymond Zammit Acting Director (Correctional Services) July 2013 October 2013 Mr Simon Buttigieg Executive Head July 2013 May 2016 Mr Raymond Zammit Acting Director May 2015 November 2015 Mr Paul Debattista Director (Correctional Services) May 2016 September 2017 Ms Mariella Camilleri Assitant Director Mr Alexander Dalli Director General (Correctional Services) June 2018

Triq is-Salina – xogħol – diskrepanzi fil-livell mogħti mill-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li fuq ix-xogħol li kien għaddej minn Infrastructure Malta fil-bidu ta’ Triq is-Salina viċin ir-roundabout li tagħti għal Triq il-Kosta instabux diskrepanzi fil-livelli mogħti mill-Awtorità tal-Ippjanar li fuqhom kien qed jaħdem il-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tal-Ippjanar mhix infurmata li kien hemm xi diskrepanzi fil-livelli mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Naxxar — Tas-Sagħtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar fi Triq il-Ħawħ, Triq Manwel Magri SJ u Triq Ċensu Muscat) - Żvilupp

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22502, 22444, 21995 u 21994, peress li fit-tweġibiet qed jirreferi għal barriera oħra u mhux dik li qed issir id-domanda fuqha, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ żvilupp lesta tikkunsidra l-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit li qabel kienet tintuża bħala barriera fiż-żona magħrufa Tas-Sagħjtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar li tinsab preċiżament Triq il-Ħawħ, Triq Manwel Magri SJ u Triq Ċensu Muscat) fil-limiti tan-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq is-sit indikat ġewwa l-lokalità tan-Naxxar l-Awtorità tal-Ippjanar qed tikkunsidra proposta ta’ żvilupp skont l-applikazzjoni pendenti bin-numru PA 3632/09 li ġiet preżentata wara l-ħruġ tal-permess outline numru PA 2435/97 datat 20 t’Awissu 2008. Illi dan il-permess ta’ żvilupp fi stadju ta’ outline huwa ghall-żvilupp komprensiv ta’ diversi blokki medium rise għall-użu ta’ appartamenti. Illi l-applikazzjoni PA 3632/09 hija ntiża li ssegwi dan l-permess outline billi jridu jiġu meqjusa dawk il-kundizzjonijijet elenkati fl-istess permess outline.

Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar – attenzjoni fuq iż-Żona tax-Xemxija

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-telqa li hemm prattikament fiż-żoni kollha tax-Xemxija jiġu mogħtija l-attenzjoni xierqa mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u dan wara li xhur ilu kont ġbidt l-attenzjoni għalihom, li però l-Kunsill naqas li jħares l-obbligi tiegħu fl-interess tar-residenti u baqa’ ma ħax azzjoni fuq il-maġġor parti tal-każijiet li kont ressaqt?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li minħabba diversi ċirkostanzi li l-Kunsill ma kellux kontrol fuqhom, ma kienx possibbli li l-ħsarat li tħallew jinġemgħaw għal bosta snin jittranġaw fi ftit ¿mien. Il-Kunsill għadu kif impjega persuna speċiċfikament għal xogħlijiet simili kif ukoll fil-ġranet li ġejjin mistenni jiġi ffirmat kuntratt relattat ma’ tender ġdid li għadu kif ingħata.