Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu fil-Korp tal-Pulizija s-Surġent li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament? Jista' jgħid xi promozzjonjiet ingħata l-imsemmi Surġent matul is-snin li ilu fil-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid x'każijiet ta' dixxiplina kellu jew għad għandu pendenti fil-konfront tiegħu l-imsemmi Surġent?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi s-Surġent li d-dettalji dwaru ngħataw separatament daħal fil-Korp tal-Pulizija bħala Kuntistabbli fis-sena 2000 u ġie promoss bħala Surġent tal-Pulizija, fis-sena 2005. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ma nħossx li jkun prudenti u mhix il-prassi li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn meta l-ARMS Ltd, qed tibgħat il-kontijiet, qed taqsam il-kwota intitolata għal kull kont minflok ma tagħtiha kollha abbażi ta’ konsum kumulattiv skont il-liġi?
Ministeru għal Għawdex — Dekasteri - Bord tal-Għażla
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru Bordijiet tal-Għażla għall-postijiet/pożizzjonijiet vakanti fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet li jaqgħu taħtha? X'kien il-post/pożizzjoni vakanti li għalih inħatar kull Bord tal-Għażla? Min kienu ċ-Chairperson u l-membri ta' kull Bord maħtur? Għal kull Bord maħtur x'kienet ir-remunerazzjoni li ngħatat liċ-Chairperson u l-membri?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’kull Bord tal-Għazla fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, ic-Chairman tal-bord ikun uffiċjal pubbliku u għalhekk ma jitħallasx, filwaqt li kull bord ikollu żewġ membri (uffiċjali pubblici rtirati) li sad- 9 ta’ Lulju 2017 tħallsu €10.00 kull siegħa, filwaqt li mill-10 ta’ Lulju 2017 ’l hawn bdew jitħallsu bir-rata ta’ €14.50 kull siegħa. Ir-rati tal-Gozo Channel (Operations Limited) huma differenti: €70.00 kull siegħa għaċ-Chairman tal-Bord u €60.00 kull siegħa lill-membri.
Kull riżultat għal postijiet jew pożizzjonijiet fi hdan il-Ministeru għal Għawdex ġie pubblikat fuq il-notice board tal-Ministeru, ħlief fil-każijiet ta’ Assistenti Diretturi, li dan ir-riżultat jintbagħat id-dar ta’ kull applikant. Filwaqt li fil-każ tal-Gozo Channel (Operations Limited), il-kandidati jigu mgħarrfa biex imorru l-uffiċċju sabiex jaraw ir-riżultat
Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm saru Boards of Survey f'Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex biex jevalwaw oġġetti biex jitħassru mill-Inventarji rispettivi? Għal kull bord li sar, x'kienu l-oġġetti li tħassru, tneħħew eċċ.? Min ta l-approvazzjoni biex dawn l-oġġetti jitneħħew jew jitħassru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm car park għall-Iskola Primarja l-Ġdida li ser tinbena ġewwa r-Rabat Għawdex u jekk le x’inhi r-raġuni, meta din l-iskola se tinbena f'parti tar-Rabat fejn diġà hemm problema kbira ta' parkeġġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kumpless edukattiv fir-Rabat, Għawdex, fejn se tinbena l-Iskola Primarja l-ġdida, diġà hemm parkeġġ taħt is-Senior School u l-grawnd tagħha. Dan ser ikun ukoll għall-użu ta' għalliema tal-iskola primarja.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi beħsiebu jieħu jew diġà ħa huwa bħala Ministru u/jew beħsiebha tieħu jew diġà ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward taċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fid-dawl ta' dak li ddikjarat il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili f'sentenza li ngħatat nhar it-18 ta' April 2018 u ċjoè li ċ-Chairperson Eżekuttiv wera nuqqas ta' sensittività, naqas milli jaġġixxi u allegatament indaħal fl-infurzar, liema aġir skont l-istess Qorti jista' jammonta għal aġir ċensurabbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sentenza tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili li ngħatat nhar it-18 ta' April 2018, għar-rigward tac-Chairman Eżekuttiv, tirreferi għal ‘nuqqas apparetni’ u ‘allegat indħil’ u ma tasal għal ebda konferma ta’ dan.
Il-minuti tal-laqghat tal-Kunsill Ezekuttiv li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra juru biċ-ċar li l-aġir tal-Awtorità f’dan il-każ kien intenzjonat li jneħħi il-periklu, hekk kif dikjarat min diversi Periti.
Il-Ministru kkunsidra dan kif ukoll il-fatt illi l-proċeduri tal-Qorti għadhom għaddejjin fil-każ ta’ l-uffiċjal l-ieħor ta’ l’Awtorita’, msemmi fl-istess sentenza u għalhekk jikkonferma li fil-preżent ma hemmx lok ta’ l-ebda azzjoni.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — production costs għal TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ntefqux flus fuq production costs għal TV advertising.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — production costs għal TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed fit-tabella t’hawn taħt;
Dipartiment / Entita' / Agenzija:
Marzu 2013 - Diċembru 2013
Jannar - Diċembru 2014
Jannar - Diċembru 2015
Jannar - Diċembru 2016
Jannar - Diċembru 2017
Jannar - April 2018
MTIP
NIL
NIL
NIL
€ 5,897.60
NIL
NIL
Transport Malta
NIL
NIL
NIL
€ 12,920
€ 16,090
NIL
Planning Authority
€ 18,534.70
€ 1,475
€ 10,794.50
€ 4,324.70
€ 5,203.80
€ 6,277.40
Lands Authority
NIL
€ 36,040
NIL
NIL
€ 1,500
€ 6,500
Land Registry
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
BICC
NIL
NIL
NIL
€ 13,216
NIL
NIL
BRO
NIL
NIL
NIL
NIL
€ 6,513.60
NIL
Property Malta
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
Ministeru għal Għawdex — production costs għal TV advertising - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ Numru 2328 PRODUCTION COSTS GĦAL TV ADVERTISING - NEFQA.pdf
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — production costs għal TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ April 2018, bħala production costs għal TV advertising kien hemm din in-nefqa ;
Fl-2013(minn Marzu) - €975.50
Fl-2014 - €1,180
Fl-2015 - €1,379.69
Fl-2016 - €4,322
Fl-2017 - €11,434.45
Fl-2018(sa April) - €3,057.60
Uffiċċju tal-Prim Ministru – newspaper advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — newspaper advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi fis-servizz pubbliku li jaħdmu bl-elettriku? Jista’ jgħid x'inhu l-persentaġġ (%) ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku fis-settur pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha 13-il vettura tal-elettriku li tfisser 15% tal-flotta totali ta’ TM.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-iSmart Parking Technology kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat illi f’Diċembru tas-sena li għaddiet Transport Malta implimentat proġett pilota għal sistema ta’ ġestjoni ta’ parkeġġi li tagħmel użu minn sensuri intelliġenti fi Triq San Bastjan, il-Belt Valletta. Dan il-proġett kien jinvolvi r-riżultati li ġejjin:
1. Provvista u installazzjoni ta’ 100 sensur fi Triq San Bastjan, Valletta;
2. Provvista u installazzjoni ta’ portal li juża t-teknoloġija biex jikkomunika mas-sensuri;
3. Provvista u installazzjoni ta’ management software; u
4. Applikazzjoni għat-telefons ċellulari.
Ninsab infurmat ukoll illi wara t-tlestija ta’ dan il-proġett pilota, il-Kunsill Lokali tal-Belt qiegħed fi stadju avvanzat fl-evalwazzjoni ta’ offerta pubblika biex ikun implimentat proġett akbar ta’ dan it-tip ġewwa l-Belt stess.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu fformat ir-Road Safety Council minn meta ġie mwaqqaf sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-kunsill? X'xogħol għamel tul is-snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Malta Road Safety Council ġie mwaqqaf f’Mejju 2015 u jinkludi rappreżentanti minn dawn l-entitajiet:
- Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura
- Transport Malta
- Intelligent Transport Systems Malta
- Protezzjoni Ċivili
- Malta Insurance Association
- Korp tal-Pulizija
- Dipartiment tas-Saħħa
- Dipartiment tal-Emergenza (Mater Dei)
- Dipartiment tal-Edukazzjoni
- Ghaqda taċ-Ċiklisti
- Kummissarju għat-Tfal
- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
- Malta Motorsport Federation
- Red Cross Malta
- Driving Instructors Association
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’
- Għaqda Żwiemel u Kultura
Dan il-Kunsill ġie mwaqqaf bil-għan li jlaqqa’ flimkien l-entitajiet u stakeholders oħra li huma b’xi mod involuti fil-qasam tat-trasport, sabiex jaħdmu għal aktar sigurta’ fit-toroq tagħna. Dan il-Kunsill qed jaħdem bis-sħiħ sabiex ikun hawn nfurzar ikbar tar-regolamenti tat-traffiku kif ukoll jaħdem biex jimplimenta l-istrateġija nazzjonali għas-sigurta’ fit-toroq.
Tul dan iz-zmien il-kunsill ħoloq kuxjenza nazzjonali fejn tidħol is-sigurta fit-toroq, dawn ġew attwatti minn kampaniji fuq meżżi tax-xandir u social media. Dawn kienu jikkonsistu mill-użu tal-mobile, rispett lejn ic-ciklisti, ħarsien lejn iż-żwiemel, tagħrif bażiku kif għandek tieħu ħsieb il-mutur u rispett fuq it-triq. Il-kampanja Eyes on the Road kompliet ukoll, waqt żjarat li jsiru fl-iskejjel primarji u sekondarji. Tajjeb li ngħidu li dawn ġew estiżi anki f ħdan il-Freshers Week ġewwa l-Universita u anki fis-Sixth Form f’Malta u Għawdex. Hemm attivitajiet oħra bħal Science in the City, Quality Malta, Careers & Reseach, Teens Science Kafe fost oħrajn.
Wieħed irid ukoll jirrimarka li l-membri tal-istess kunsill kienu huma li proponew miżuri ġodda t’infurzar bħal żidiet fil-penali għall-użu tal-mobile u l-introduzzjoni tas-sistema tal-punti tas-sewqan.
Il-kunsill jiltaqa b’mod regolari u tiżdied il-frekwenza meta xi attivita jew proposta tkun qed tiġi ppjanata w implimentata.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Coordination Unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Coordination Unit fi ħdan il-Ministeru tiegħu li fil-leġiżlatura li għaddiet kien immexxi mill-Ministru, għadux jiffunzjona jew le? Kemm-il laqgħa saret minn meta ġie ffurmat dan il-Unit, sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Minn min hu ffurmat dan il-kumitat/bord? Min imexxi dan il-kumitat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Traffic Management Committee f’din il- leġislatura kiber u issa hu ffurmat min rappreżentanti ta’ TM, Pulizija, rappreżentant tal-Ministeru, MTA, AKL, GRTU, LESA u MDA li flimkien jiddiskutu talbiet sabiex kemm jista’ jkun jitaffa l-piż fuq it-traffiku waqt attivitajiet ta’ ċertu portata u tibdil/għeluq ta’ toroq skond proġetti li jaffettwaw l-andament tat- traffiku.
Kull każ li jitressaq quddiem dan il-kumitat jiġu mistiednin jitkellmu il-partijiet kollha nvoluti flimkien mal-Kunsill u l-Pulizija tad-distrett jekk ikun il-każ. Kull min jitlob li jattendi għal xi każ partikolari għax iħoss li għandu jkun parti jiġi mistieden.
Dan il-Kumitat jiltaqa’ kull tlett ġimgħat jew b’urġenza jekk ikun il-bżonn u ilu jagħmel hekk minn mindu ġie ffurmat. Dan huwa mmexxi minn Transport Malta.