Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mid-Direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn Marzu 2013 sal-lum? Lil min ingħataw u kemm kien l-ammont fi flus għal kull direct order? Tista' tgħid ukoll fil-preżent kemm hemm direct orders li qed jitħaddmu u min huma l-persuni/il-kumpaniji/il-kuntratturi li qed jibbenefikaw minn dawn id-direct orders u jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu tenders flok dawn id-direct orders matul is-sena 2018? Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija diġa ppublikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern skont regolament 111 (2) tal-Avviż Legali 352 tal-2016, kif emendat bl-Avviż Legali 155 tal-2017, 233 tal-2017 u 26 tal-2018. Nikkonferma li l-awtoritajiet kontraenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kull sitt xhur jippubblikaw fil-Gazzetta, l-lista sħiħa tal-kuntratti dipartimentali kollha li jkunu ngħataw minnu u lista tal-każijiet kollha li jinvolvu varjazzjonijiet li jeċċedu l-valuri tal-kuntratt oriġinali b’iżjed minn ħamsa fil-mija. Dawn iż-żewġ listi jinkludu l-isem tal-operatur ekonomiku, in-natura tal-kuntratti, il-valuri oriġinali tal-kuntratti u l-valuri finali tal-kuntratti jekk ikun il-każ.
Il-Ministeru għal Għawdex jikkonferma wkoll li fejn possibli qegħdin jiġu ppublikati sejħiet għall-offerti [proċedura miftuħa].
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtrat il-mechanical sweeper li jintuża għall-knis fit-toroq prinċipali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid jekk din inxtratx b’direct order jew xorta oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ mechanical sweepers. Sweeper minnhom inxtrat snin ilu, iżda peress li għaddejja inkjesta maġisterjali l-file relattiv mhux disponibbli. Il-Mechanical Sweeper l-oħra inxtrat b’direct order għall-prezz ta’ €86,920 minn barra u dan peress li ma nstabet ebda sweeper lokalment li tikkorrispondi għall-ħtiġijiet indikati.
Ministeru għal Għawdex – rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk f’kull dipartiment jew entità li jaqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex sarux rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-postijiet diversi tax-xogħol minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ tali rakkomandazzjonijiet? Tista’ tgħid ukoll x’inhuma l-pjani ta’ kontinġenza li jeżistu fil-bini tal-Ministeru f’każ ta’ ħruq jew xi diżastru ieħor?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant dwar rakkomandazzjonijiet fil-passat l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Iżda ninforma lill-Onor. Interpellant li sar
audit
olistiku tal-binja kollha tal-Ministeru u ser isiru xogħlijiet biex ikollna binja aċċessibbli,
energy efficient
biex ukoll tkun mudell ta’ binja amministrattiva li hija
eco-friendly
.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser ikun hemm faċilitajiet ta’ parkeġġ mal-Gozo Museum li ser isir fi Triq Fortunato Mizzi ġewwa r-Rabat Għawdex u jekk iva kemm ser ikun jistgħu jipparkjaw karozzi f'dan il-parkeġġ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Mużew m’għandux parkeġġ inkorporat fih.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5240 u tgħid xi proġetti ta’ toroq hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex mill-fond ta' Operational Programme I European Structures and Investments Funds 2014-2020 u f’liema sena?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Awtorità ta’ Ġestjoni ma għandha l-ebda applikazzjoni għal toroq ġewwa Għawdex mill-fond ta' Operational Programme I European Structures and Investments Funds 2014-2020.
Peress li huwa fatt li l-Enemalta għandha monopolju fuq l-utilità tal-elettriku f’Malta u li hi suġġetta għar-Regolatur, u peress li r-REWS għandu d-dover li jħares l-interess tal-konsumatur, u filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru tal-intervent tiegħu meta sejjaħ għall-investigazzjoni dwar kontijiet li qed jinħarġu għola milli suppost, minħabba l-mod kif qed jiġi kkalkulat il-kont, jista’ l-Ministru jagħti t-time frame u l-eżitu ta’ dan l-istħarriġ?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li ngħarraf lill-Onor. Interpellant li m’huwiex possibbli li wieħed jippreġudika l-eżitu tal-istħarriġ, billi jikkonkludi li l-kontijiet jinħarġu ogħla milli suppost, kif allegat minnu, ngħarrfu wkoll li r-Regolatur jimxi b’mod awtonomu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu skont l-indipendenza statutorja tiegħu.
Nagħmel referenza għal użu żejjed ta’ boroż tal-plastik li qed jingħataw mill-ħwienet u għalkemm xi snin ilu kienet saret eco contribution fuq il-basktijiet tal-plastik, biex b’hekk jonqos it-tniġġis, imma ġara li b’xi mod in-negozjanti tal-merċa raw kif jaħarbu minna u fil-fatt minn dak iż-żmien minflok basket tal-plastik qed jagħtu boroż tal-plastik bil-konsegwenzi ambjentali u s-sistemi ħżiena tal-iskart li huma bil-bosta, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid kif il-Ministeru ser jindirizza dan in-nuqqas? Jista’ jgħid x’promozzjoni jew inċentivi qed isiru biex iġiegħel lix-xerrej jieħu basket miegħu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ta’ min jikkjarifika li l-eko-kontribuzzjoni fuq il-basktijiet tal-plastik m’għadiex in vigore, u minflok mill-1 ta’ Jannar tal-2016, ġiet imposta dazju tas-sisa fuq xkejjer u basktijiet tal-plastik li huma prodotti, importati u mqiegħda fuq is-suq Malti, hekk kif imsemmija fi ‘Skeda Hamsa fl-Att dwar id-dazju tas-sisa’ (Kap. 382).
Fl-2017 saru tibdiliet neċessariji fil-qafas regolatorju sabiex ma jkunx hemm aktar distinzjoni bejn basktijiet tal-plastik u boroż tal-plastik oħra li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ sabiex jintużaw għal-fini ta’ ġarr ta’ oġġetti jew prodotti mixtrija. Dan il-plastik huwa kopert minn ‘Skeda Hamsa fl-Att dwar id-dazju tas-sisa’ (Kap. 382).
B'mod konformi mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, dan il-ħlas qed jingħadda fuq il-konsumaturi ta' basktijiet tal-plastik fil-punt tal-bejgħ sabiex jinċentiva lill-konsumaturi biex jadattaw għal kunċett ta’ SMART Shopping, bħal per eżempju l-użu ta’ basktijiet tad-drapp, bl-għan aħħari li jinkiseb tnaqqis sostenut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik f'livell nazzjonali.
B’referenza għax-Xatt l-Aħmar u t-tisfija ta’ drenaġġ mill-impjant ta’ Għawdex, u peress li d-drenaġġ mhux imsaffi qed joħroġ b’konsegwenza tad-demel tal-baqar li qed jintrema fl-impjant, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħu d-dipartiment rigward dan? X’konsultazzjoni saru mas-Segretarjat tal-Biedja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li kwalunkwe materjal li mhux drenaġġ domestiku jagħmel ħsara kbira fis-sistema ta’ twassil u t-trattament tad-drenaġġ. Madankollu, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien mal-entitajiet konċernati qed taħdem fuq numru ta’ soluzzjonijiet biex tissalvagwardja l-infrastruttura tad-drenaġġ.
B’referenza għax-Xatt l-Aħmar u t-tisfija ta’ drenaġġ mill-impjant ta’ Għawdex, peress li d-drenaġġ mhux imsaffi qed joħroġ konsegwenza tad-demel tal-baqar li qed jintrema fl-impjant, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħu d-Dipartiment tal-Biedja biex jiġu implimentati mezzi alternattivi? X’inhuma n-nuqqasijiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal-Mistoqsija Parlamentari 5612.
L’ Aġenzija tal-Governanza tal-Bio riżorsi Agrikoli (GAB) qabdet kuntrattur biex jinġabar u jisaffa s-srew tad-demel kollhu li hu prodott fuq l-irziezet tal-baqar u majjali f’Għawdex. Barra minn hekk, Il-GAB għaddejja minn proċess ta evaluazjoni ta’ proposti li intefgħu fuq sejħa maħruġa bi sħab ma l-MCST fuq proċeduri li jistgħu jkunu ta’ soluzjoni fuq livell nazzionali ghat-trattament u immaniġjar tas-srew tad-demel. Rigward in-nuqqasijiet nitolbu jispeċċifika x’nuqqasijiet qed jirreferi għalijhom.
Ninnota b’sodisfazzjon li l-barranin li jgħixu Malta qed jingħatalhom l-opportunità li jitgħallmu l-Malti fejn dan jgħinhom fl-inklużjoni, għaldaqstant tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ġiet imposta r-regola li trid tkun ilek Malta ħames snin biex tkun intitolat għal dan it-tagħlim? Tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jinbidel?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ġietx imposta ebda regola dwar tul ta’ żmien f’Malta sabiex imigrant ikun eliġibbli għall-klassijiet tal-Malti. Għall-kuntrarju il-barranin f’Malta qed ikunu mħajjra jaċċedu għall-dawn il-lezzjonijiet kmieni mal-wasla tagħhom f’Malta.
Ir-regola tal-ħames snin tapplika biss fir-rigward tat-talba għal residenza permanenti wara li jkunu milħuqa r-rekwiżiti tal-integrazzjoni u rekwiżiti oħra.
B’referenza għat-tneħħija tal-eżami tal-Matematika f`Livell Ordinarju bħala suġġett obbligatorju għal uħud mill-korsijiet fl-Università, jista’ l-Ministru jindika għal-liema korsijiet l-eżami tal-Matematika fil-Livell Ordinarju ma baqax suġġett obbligatorju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull persuna li tixtieq tidħol f’kors undergraduate fl-Università ta’ Malta jeħtieġ li tkun għaddiet mill-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC) fil-Matematika bi grad 5 jew aħjar. Applikanti barranin ukoll iridu jippreżentaw ċertifikat f’livell komparabbli f’dan is-suġġett.
Il-Bord tad-Dħul tal-Università jista’ jaċċetta applikanti li, permezz ta’ dokumentazzjoni xierqa, juru li ma kisbux il-kwalifiki meħtieġa fil-livell tas-SEC fi kwalunkwe suġġett minħabba diżabbiltà sinifikanti (inkużi applikanti li huma fuq l-ispektrum tal-awtiżmu jew bi Specific Learning Difficulties) u sakemm dawn il-kwalifiki neqsin ma jeffettwawx ħażin l-istudji tagħhom fl-Università. Kull applikazzjoni bħal din tiġi kkunsidrata fuq il-merti tagħha.
B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5417, jista’ l-Ministru jelabora ftit iżjed fuq il-pjanijiet tal-Gvern għal dan il-wirt nazzjonali? Jista’ jgħid x’tip ta’ investiment qed jistenna li jattira? Jista’ jara li l-kundizzjonijiet ikunu jinkludu r-restawr ta’ dan il-Palazz skont is-sengħa? Apparti minn hekk, jista’ jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jkun involut f’kull stadju tad-diskussjonijiet (sa fejn tippermetti l-liġi)? Jista’ jara li wara li jkun lest ir-restawr tal-Palazz ta’ Selmun, jingħata aċċess lill-pubbliku inġenerali u anke lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex dan l-istess Palazz ikun jista’ jitgawda mill-pubbliku?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern se jikkonsulta u jħabbar il-pjani tiegħu għal lukanda u l-palazz ta’ Selmun fil-ħin opportun.
B’referenza mal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira, jista’ l-Ministru jgħid sarx l-istudju magħruf bħala l-EIA?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett għadu fi stadju ta’ pjanar u l-istudji għadhom għaddejjin. Fost l-istudji li saru nsibu Appropriate Assessment (AA), stadju marittimu taħt l-ospizzju tal-ERA, kif ukoll studju dwar il-kurrenti u l-impatt tagħhom kemm fuq il-bajja kif ukoll fuq il-breakwater li jinsab fil-viċinanza. Saret ukoll konsultazzjoni sħiħa ma’ diversi stakeholders fosthom il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, entitajiet, dipartiment u awtoritajiet tal-Gvern, kif ukoll mar-rappreżentant Malti tal-Blue Flag International.
B'rabta mal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju u analiżi dwar il-modelling/studju tal-kurrenti u l-impatt tagħhom meta r-ramel ikun se jitneħħa minn fejn jinsab illum sabiex allura tkun tista' titkabbar il-bajja?
Mill-istudji li saru jew li għad iridu jsiru dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jagħti garanzija li mhux se jintilef ramel matul is-snin u li l-bajja mhux se tiddegrada ġaladarba se jkun qiegħed jintmiss is-sand bank eżistenti?
Peress li qed jiġi kkunsidrat li jsir breakwater fil-viċinanzi tal-bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx modelling/studju dwar l-impatt fuq/ta' din l-istruttura u kif se jkunu affetwati l-kurrenti fuq l-istess bajja?
Bajja tal-Għadira – Garanzija għall-istatus ta’ Blue Flag
Question
Jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-istatus ta' Blue Flag miksub għall-Bajja tal-Għadira fil-Mellieha fl-2010, bl-ebda mod mhu se jkun qed jitpoġġa f'riskju ġaladarba jsir il-proġett tal-estensjoni tal-Bajja msemmija?
Żona tat-Tunnara fil-Mellieħa – sajjieda — bastimenti
Question
Jista' l-Ministru jserraħ ras is-sajjeda Mellieħin li kif ġara dejjem għal dawn l-aħħar 20 sena u aktar, dawn l-istess sajjieda se jitħallew iżommu l-bastimenti/dgħajjes tagħhom fiż-żona magħrufa tat-Tunnara fil-Mellieħa matul ix-xhur tax-xitwa liema żona kien sar investiment (wiċċ ġdid bit-tarmak, dawl ġdid u sinjali ġodda) fiha mill-kunsill lokali fl-2010 u li min dan l-investiment gawdew mhux biss is-sajjieda iżda dawk kollha li jagħmlu użu minnha s-sena kollha nkluż, kif kien sewwa u xieraq, il-pubbliku inġenerali?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru responsabbli mis-sajd.
May the Minister responsible for EU Funding under the European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) kindly indicate:
- the total number of applications received under measure 6.1 – Għajnuna tal-Bidu għall-bdiewa Żgħażagħ;
- how many of the applications received under measure 6.1 – Għajnuna tal-Bidu għall-bdiewa Żgħażagħ were submitted more than 12 months ago and how many applications were submitted within these last 12 months; and
- how many of the applications under measure 6.1 have been decided, and how many of them are still pending and how many pending applications under the same measure were received over 12 months ago?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li n-numru t’applikazzjonijiet minn bdiewa żgħażagħ taħt il-Miżura 6.1 huwa ta’ 23.
L-applikazzjonijiet kollha daħlu f’inqas minn 12 -il xahar ilu u dawn għadhom fil-proċess tal-għażla.